Sant'Antnin ta' Padova

Sant'Antnin ta' Padova (Liżbona, 1195 – Padova, 1231) kien saċerdot, patri Franġiskan, u Duttur tal-Knisja. Padova hi l-isem tal-belt fl-Italja fejn San Antnin għex l-aħħar snin ta’ ħajtu, mhux fejn twieled.

Sant'Antnin ta' Padova

Guercino: Sant'Antnin ta' Padova bil-Bambin
Twelid 15 ta' Awwissu 1195
Liżbona, il-Portugall
Mewt 13 ta' Ġunju 1231
Padova, l-Italja
Kanonizzazzjoni 30 ta' Mejju 1232, Spoleto minn Papa Gregorju IX
L-ikbar santwarju Bażilika ta' Sant'Antnin ta' Padova, Padova
Festa 13 ta' Ġunju
Attributi ktieb, ħut, ġilju, il-Bambin Ġesù
Patrun/a il-fqar, il-maħqurin, in-nisa tqal, l-imġewħin, il-vjaġġaturi, l-oġġetti mitlufin, is-sajjieda, iż-żwiemel, il-baħħara, in-nattivi Amerikani, l-isterilità, l-għarajjes, iż-żwieġ

Tfulija u Żgħożija

immodifika

Twieled Liżbona, il-Portugall, fl-1191, minn familja nobbli, u fil-magħmudija semmewh Ferdinandu. Beda l-iskola fil-Katidral ta’ Liżbona. Ta’ ħmistax-il sena daħal mal-Kanoniċi Regolari ta’ Santu Wistin, iżda billi kien qed ikollu ħafna żjajjar minn qrabatu u ħbiebu talab biex ibiddel il-monasteru, u ġie mibgħut f’Koimbra. Hawnhekk studja sew l-Iskrittura u s-Santi Padri, u ħa wkoll il-Quddiesa.

Fis-16 ta’ Jannar 1220 ġew maqtula fil-Marokk l-ewwel ħames martri Franġiskani, u f’dik is-sena stess ġabu l-iġsma tagħhom f’Koimbra. Meta Ferdinandu ra l-proċessjoni għaddejja tqanqal ħafna biex jidħol mal-Franġiskani ħalli jkun jista’ jmur il-Missjoni u jmut martri.

Patri Franġiskan

Fl-1221, daħal mal-Franġiskani Minuri u ħa l-isem ta’ Anton. Fil-ħarifa ta’ l-istess sena telaq lejn il-Marokk. Hemmhekk marad, u wara ftit xhur kellu jirritorna lejn pajjiżu, iżda billi l-vapur li kien fuqu ltaqa’ ma’ tempesta, flok il-Portugall sab ruħu Sqallija ġo Messina.

Minn Messina mar Assisi fejn kellu jiltaqa’ l-Kapitlu Ġenerali, hawn ra u sama’ lil San Franġisk. Minn hemm mar Montepaulo mal-Provinċjal fejn għex ħajja ta’ ġabra. Darba minnhom ġie mitlub biex jagħmel kelmtejn fil-Katidral ta’ Forli, u tant ipprietka tajjeb li wara, il-Provinċjal talbu biex jagħti ruħu għall-prietki. Hekk għamel, filwaqt li baqa’ jistudja u ħa d-Dottorat fit-Teoloġija. San Franġisk sama’ b’għerfu u ħatru biex jgħallem it-teoloġija lill-Patrijiet sħabu.

Predikatur

immodifika

Għamel ħafna ġiri jipprietka fl-Italja, fi Spanja, u fi Franza. Fl-1224 kien Gwardjan, u fl-1226 ġie maħtur Ministru Provinċjal. Fl-1228 mar Ruma fuq xogħol ta’ l-Ordni. Hemm ipprietka quddiem il-Papa Girgor IX, li sejjaħlu ”Arka tat-testment u moħba ta’ l-Iskrittura”. Fl-1230, fuq talba tiegħu biex ikompli jipprietka, ġie meħlus mill-uffiċċju ta’ Ministru, u mar fil-Kunvent ta’ Padova li kien bena hu nnifsu. Hawn ħadem bla heda speċjalment għall-fqar, li sal-lum għadna nisimgħu bil-”ħobż ta’ San Antnin”.Fil-prietki tar-Randan ta’ dik is-sena l-folla ta’ nies li marret tisimgħu laħqet it-30,000.

Mewt, Qaddis u Duttur tal-Knisja

immodifika

Miet meta kellu 35 sena, fit-13 ta’ Ġunju 1231. Ħdax-il xahar wara, il-Papa Girgor IX iddikjarah Qaddis. Fl-1946 il-Papa Piju XII ipproklamah Duttur tal-Knisja. San Antnin hu meqjum ħafna fil-Bażilika li bnewlu l-Franġiskani Konventwali f’Padova, fejn hemm il-fdal tiegħu.