Alhambra

kumpless ta' palazz u fortizza f'Granada, l-Andalusija, Spanja

L-Alhambra ([alħamˈraːʔ], bl-Ispanjol: [aˈlambɾa]; bl-Għarbi: الْحَمْرَاء‎, b'ittri Rumani: Al-Ḥamrāʾ, li tfisser litteralment "Il-Ħamra") hija kumpless ta' palazz u fortizza li jinsab f'Granada, l-Andalusija, Spanja. Fl-1984 tniżżlet fil-lista ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1] Oriġinarjament kienet mibnija bħala fortizza żgħira fit-889 W.K. fuq il-fdalijiet ta' fortifikazzjonijiet Rumani, u mbagħad ġiet injorata fil-biċċa l-kbira sakemm il-fdalijiet tagħha ġew rinnovati u mibnija mill-ġdid f'nofs is-seklu 13 mill-emir Nasrid Mohammed ben Al-Ahmar tal-Emirat ta' Granada, li bena l-palazz u l-ħitan preżenti tiegħu. Dan ġie kkonvertit f'palazz irjali fl-1333 minn Jusuf I, Sultan ta' Granada.[2]

Wara li ntemmet ir-Rikonkwista Kristjana fl-1492, is-sit sar il-Qorti Rjali ta' Ferdinandu u Isabella (fejn Kristofru Kolombu rċieva approvazzjoni rjali għall-ispedizzjoni tiegħu), u l-palazzi ġew alterati parzjalment bl-istil Rinaxximentali. Fl-1526, Karlu I ta' Spanja kkummissjona palazz Rinaxximentali ġdid li kien jixraq iktar lil Imperatur Ruman Sagru. Dan inbena bi stil Manjerista influwenzat mill-filosofija umanista direttament faċċata tal-arkitettura Andalusjana ta' żmien Nasrid, iżda fl-aħħar mill-aħħar qatt ma tlesta minħabba l-irvelli fi Granada ta' grupp ta' Musulmani fi Spanja magħrufa bħala "Morisco".

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

L-Alhambra ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1984.[1] Għaxar snin wara s-sit ġie estiż biex jiġu inklużi wkoll Generalife u Albayzín.[3]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

 
Veduta panoramika tal-Alhambra billejl
 
L-ewwel raġġi ta' tlugħ ix-xemx fuq l-Alhambra

Iktar qari

immodifika
  • Fernández Puertas, Antonio (1997). The Alhambra. Vol 1: From the Ninth Century to Yusuf I (1354). Saqi Books. ISBN 978-0-86356-466-6.
  • Fernández Puertas, Antonio (1998). The Alhambra. Vol 2: (1354–1391). Saqi Books. ISBN 978-0-86356-467-3.
  • Fernández Puertas, Antonio (1999). The Alhambra. Vol 3: From 1391 to the Present Day. Saqi Books. ISBN 978-0-86356-589-2.
  • Grabar, Oleg. The Alhambra. Massachusetts: Harvard University Press, 1978.
  • Jacobs, Michael; Fernández, Francisco (2009). Alhambra. Frances Lincoln. ISBN 978-0-7112-2518-3.
  • Lowney, Chris. A Vanished World: Medieval Spain's Golden Age of Enlightenment. New York: Simon & Schuster, Inc., 2005.
  • Menocal, Maria, Rosa. The Ornament of the World. Boston: Little, Brown and Company, 2002.
  • Read, Jan. The Moors in Spain and Portugal. Londra: Faber and Faber, 1974.
  • Ruggles, D. Fairchild. "Alhambra," in Encyclopaedia of Islam, it-tielet edizzjoni. Leiden: E. J. Brill, 2008.
  • Ruggles, D. Fairchild. Gardens, Landscape, and Vision in the Palaces of Islamic Spain, Philadelphia: Pennsylvania State University Press, 2000.
  • Ruggles, D. Fairchild. Islamic Gardens and Landscapes, University of Pennsylvania Press, 2008.
  • Steves, Rick (2004). Spain and Portugal 2004, pp. 204–205. Avalon Travel Publishing. ISBN 1-56691-529-5.
  • Stewart, Desmond. The Alhambra. Newsweek Publishing, 1974. ISBN 0-88225-088-4.
  • The World Heritage. Istanbul and Cordoba, Vol. #15. Film Ideas, 2008. ISBN 1-57557-715-1.
  • García-Pulido, Luis José (September 2016). "The Mastery in Hydraulic Techniques for Water Supply at the Alhambra". Journal of Islamic Studies. 27 (3): 355–382.

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Alhambra, Generalife and Albayzín, Granada". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-31.
  2. ^ www.area25.es, Area25 IT-. "Historical introduction". Alhambra de Granada (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-31.
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "18 COM XI - Decision". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-31.