Park Nazzjonali ta' Teide
Il-Park Nazzjonali ta' Teide (bl-Ispanjol: Parque nacional del Teide, pronunzjata [ˈpaɾke naθjoˈnal de ˈtejðe]) huwa park nazzjonali li jinsab f'Tenerife, il-Gżejjer Kanarji, Spanja.
Il-park nazzjonali huwa ċċentrat fuq il-vulkan Teide, l-ogħla muntanja ta' Spanja (għolja 3,718 metru) kif ukoll l-ogħla vulkan fil-gżejjer tal-Oċean Atlantiku u t-tielet l-ogħla vulkan fid-dinja mill-bażi tiegħu fil-qiegħ tal-oċean (għoli 7,500 metru). Pico Viejo, inkluż ukoll fil-limiti tal-park nazzjonali, huwa t-tieni l-ogħla vulkan fil-Gżejjer Kanarji b'quċċata ta' 3,135 metru. Il-vulkani Teide u Pico Viejo huma l-unika żewġ qċaċet fil-Gżejjer Kanarji li jaqbżu l-livell ta' 3,000 metru.
Il-park għandu erja ta' 18,990 ettaru u jinsab fil-muniċipalità ta' La Orotava. Sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-28 ta' Ġunju 2007.[1] Mill-aħħar tal-2007, ġie meqjus bħala wieħed mit-12-il Teżor ta' Spanja. Fuq irdum, fil-Lvant ta' Teide, hemm it-teleskopji tal-Osservatorju ta' Teide.
Il-Park Nazzjonali ta' Teide huwa l-iżjed park nazzjonali viżitat fi Spanja u sal-2015 kien it-tmien l-iktar wieħed li żaruh nies fid-dinja[2], b'madwar tliet miljun viżitatur fis-sena. Fl-2016, żaruh 4,079,823 viżitatur u turist, li kien rekord storiku li qatt ma ntlaħaq qabel.[3][4]
Kuljum, filgħodu u filgħaxija, jiġu organizzati mawriet fil-park nazzjonali bil-karozzi tal-linja, u jitilqu minn diversi żoni fin-Nofsinhar tal-irħula turistiċi ta' Tenerife. L-aċċess sal-quċċata jirrikjedi permess b'xejn li jeħtieġ jiġi rriżervat bil-quddiem.[5]
Storja
immodifikaIl-Park Nazzjonali ta' Teide għandu valur storiku kbir. Dan il-post kellu importanza spiritwali importanti għall-aboriġini Guanches u ġew skoperti siti arkeoloġiċi importanti fil-park. Għall-Guanches, Teide kien post ta' qima, u kienu jemmnu li kien id-daħla għall-infern (Echeyde).[6]
L-istatus ta' park nazzjonali ġie ddikjarat fit-22 ta' Jannar 1954, u kien it-tielet wieħed fi Spanja. Fl-1981 il-park ġie kklassifikat mill-ġdid u ġie stabbilit b'reġim legali speċjali. Fl-1989, il-Kunsill tal-Ewropa tatu l-ogħla premju tagħha, id-Diploma Ewropea taż-Żoni Protetti. Dan ir-rikonoxximent u l-ġestjoni tal-konservazzjoni ġew imġedda sussegwentement fl-1994, fl-1999 u fl-2004.
Bħala ċelebrazzjoni tal-50 anniversarju tat-trasformazzjoni tiegħu f'park nazzjonali, fl-2002 tfasslet id-dokumentazzjoni biex il-park jiġi ddikjarat Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Fit-28 ta' Ġunju 2007, wara ħames snin ta' ħidma u sforzi, l-UNESCO ddeċidiet li tiddikjara l-Park Nazzjonali ta' Teide bħala Sit ta' Wirt Dinji fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO li saret f'Christchurch, in-New Zealand. Il-Park Nazzjonali ta' Teide ġie ddikjarat ukoll bħala wieħed mit-12-il Teżor ta' Spanja fl-aħħar tal-2007.
Il-Park Nazzjonali ta' Teide huwa komplementari għall-Park Nazzjonali tal-Vulkani ta' Hawaii.[7] Dan l-iktar għaliex fiż-żewġ parks jiġu rrappreżentati l-istrutturi vulkaniċi u l-formazzjonijiet inqas evoluti tal-magma ta' gżejjer (Hawaii) u iktar evoluti u differenzjati (Teide).[8] Barra minn hekk, il-Park Nazzjonali ta' Teide jikkondividi karatteristiċi xeniċi simili mal-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon f'Arizona, l-Istati Uniti.
Ġeografija u klima
immodifikaIl-Park Nazzjonali ta' Teide ġeneralment għandu klima niexfa u miti, b'ħafna xemx. Il-klimi ewlenin li jinstabu fil-Park Nazzjonali ta' Teide huma l-klima Mediterranja (Csa/Csb) u l-klima semiarida (BSk).[9]
L-Osservatorju ta' Teide ta' Izaña, li jinsab 2,371 metru (7,779 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar jirreġistra temperatura medja annwali ta' 10.2 °C (50.4 °F) u kważi 3,500 siegħa ta' xemx fis-sena. Il-biċċa l-kbira tal-jiem tas-sajf ikunu b'sema bla sħab.[10]
Data klimatika għall-Osservatorju ta' Izaña (altitudni: 2,371 metru (7,779 pied)) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord high f'°C (°F) | 18.3
(64.9) |
19.9
(67.8) |
22.0
(71.6) |
23.0
(73.4) |
26.0
(78.8) |
27.7
(81.9) |
30.4
(86.7) |
29.6
(85.3) |
27.2
(81.0) |
23.0
(73.4) |
20.8
(69.4) |
20.1
(68.2) |
30.4
(86.7) |
Temp. medja f'°C (°F) | 7.5
(45.5) |
8.0
(46.4) |
10.2
(50.4) |
11.8
(53.2) |
14.5
(58.1) |
18.9
(66.0) |
23.0
(73.4) |
22.6
(72.7) |
18.6
(65.5) |
14.3
(57.7) |
11.1
(52.0) |
8.8
(47.8) |
14.1
(57.4) |
Temp. medja kuljum f'°C (°F) | 4.3
(39.7) |
4.7
(40.5) |
6.4
(43.5) |
7.6
(45.7) |
10.1
(50.2) |
14.4
(57.9) |
18.5
(65.3) |
18.2
(64.8) |
14.5
(58.1) |
10.6
(51.1) |
7.8
(46.0) |
5.6
(42.1) |
10.2
(50.4) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 1.1
(34.0) |
1.3
(34.3) |
2.7
(36.9) |
3.5
(38.3) |
5.8
(42.4) |
9.9
(49.8) |
14.0
(57.2) |
13.8
(56.8) |
10.4
(50.7) |
6.9
(44.4) |
4.5
(40.1) |
2.4
(36.3) |
6.4
(43.5) |
Temp. baxxa relord f'°C (°F) | −8.0
(17.6) |
−9.8
(14.4) |
−9.1
(15.6) |
−8.2
(17.2) |
−5.1
(22.8) |
−1.4
(29.5) |
−0.2
(31.6) |
1.2
(34.2) |
0.0
(32.0) |
−3.0
(26.6) |
−4.0
(24.8) |
−6.8
(19.8) |
−9.8
(14.4) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 47
(1.9) |
67
(2.6) |
58
(2.3) |
18
(0.7) |
7
(0.3) |
1
(0.0) |
0
(0) |
5
(0.2) |
13
(0.5) |
37
(1.5) |
54
(2.1) |
60
(2.4) |
367
(14.5) |
Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) | 5 | 4 | 4 | 3 | 1 | 0 | 0 | 1 | 2 | 4 | 4 | 6 | 34 |
Umdità relattiva medja (%) | 50 | 54 | 48 | 45 | 40 | 32 | 25 | 30 | 43 | 55 | 54 | 52 | 44 |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 226 | 223 | 260 | 294 | 356 | 382 | 382 | 358 | 295 | 259 | 220 | 218 | 3,473 |
Sors: medji tal-1981-2010 u estremi tal-1920-2021. L-Aġenzija Statali tal-Meteoroloġija.[11][12] |
Flora u fawna
immodifikaIl-flussi tal-lava fuq ix-xaqlibiet tal-vulkan Teide jittieklu sa ma jsiru saff irqiq ħafna ta' ħamrija mimlija nutrijenti u minerali. Din il-ħamrija ssostni għadd kbir ta' speċijiet ta' pjanti. Il-flora vaskulari tikkonsisti minn 168 speċi ta' pjanti; 33 minnhom huma endemiċi għal Tenerife.[13]
Foresti taż-żnuber tal-Gżejjer Kanarji (Pinus canariensis) jokkorru f'altitudni ta' 1,000-2,100 metru, u jiksu x-xaqlibiet medji tal-vulkan, b'kopertura Alpina 1,000 metru iktar baxxa minn dik tal-muntanji kontinentali b'latitudni simili.[14] F'altitudnijiet ogħla, il-krater ta' Las Cañadas jipprovdi biżżejjed kenn biex jikbru speċijiet iktar fraġli bħaċ-ċedru tal-Gżejjer Kanarji (Juniperus cedrus) u ż-żnuber tal-Gżejjer Kanarji (Pinus canariensis).[15]
L-iżjed speċijiet ta' pjanti dominanti fil-Park Nazzjonali ta' Teide huma l-ġinestra bajda ta' Teide (Spartocytisus supranubius), li tarmi fjuri bojod u roża; il-ġiżi tal-Gżejjer Kanarji (Erysimum scoparium), li tarmi fjuri bojod u vjola; u l-buglossa ta' Teide (Echium wildpretii), li tarmi fjuri ħomor li jiffurmaw piramida għolja sa tliet metri. Il-margerita ta' Teide (Argyranthemum teneriffae) tista' tinstab f'altitudnijiet qrib it-3,600 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar. Il-vjola ta' Teide (Viola cheiranthifolia) tista' tinstab sal-quċċata tal-vulkan, u b'hekk hija l-pjanta li tarmi fjuri fl-ogħla altitudni fi Spanja.[16]
Dawn il-pjanti adattaw għall-kundizzjonijiet ambjentali diffiċli tal-vulkan bħall-altitudni għolja, ix-xemx qawwija, il-varjazzjonijiet estremi fit-temperaturi, u n-nuqqas ta' ndewwa. L-adattamenti jinkludu l-għamliet semisferiċi tagħhom, l-għata 'l isfel jew bix-xama' tagħhom, it-tnaqqis tal-weraq espost tagħhom, u l-produzzjoni kbira ta' fjuri tagħhom.[15][17] Dawn l-ispeċijiet ta' pjanti jarmu l-fjuri lejn l-aħħar tar-rebbiegħa jew fil-bidu tas-sajf, fix-xhur ta' Mejju u ta' Ġunju.[13]
Il-Park Nazzjonali ta' Teide fih firxa wiesgħa ta' invertebrati, u iktar minn 40 % minnhom huma speċijiet endemiċi. 70 speċi jinstabu biss fil-park nazzjonali. Fost dawn l-invertebrati hemm brimb, ħanfus, dipterani, emipterani, u imenopteri.[18]
B'kuntrast ma' dan, il-Park Nazzjonali ta' Teide għandu varjetà limitata ta' vertebrati. Għaxar speċijiet ta' għasafar ibejtu fil-park. Dawn jinkludu l-isponsun tal-Gżejjer Kanarji (Fringilla teydea teydea); id-diżż ta' Berthelot (Anthus berthelotii berthelotii); il-kanarin tal-Atlantiku (Serinus canaria); u sottospeċi ta' spanjulett (Falco tinnunculus canariensis).[18][19][20]
Fil-park hemm ukoll tliet speċijiet ta' rettili endemiċi – il-gremxula tal-Gżejjer Kanarji (Gallotia galloti galloti), il-wiżgħa tal-Gżejjer Kanarji (Tarentola delalandii), u x-xaħmet l-art tal-Gżejjer Kanarji (Chalcides viridanus viridanus).[18][21]
L-unika mammiferi nativi tal-park huma l-friefet il-lejl. L-iżjed speċi komuni huwa l-farfett il-lejl ta' Leisler (Nyctalus leisleri). Mammiferi oħra bħall-muflun (nagħġa selvaġġa), il-fenek, il-ġurdien, il-far iswed, il-qattus selvaġġ, u l-qanfud Alġerin kollha ġew introdotti fil-park.[22]
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIl-Park Nazzjonali ta' Teide ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".[1]
Għeliem xjentifiku
immodifikaIs-similarità bejn il-kundizzjonijiet ambjentali u ġeoloġiċi fil-Park Nazzjonali ta' Teide u l-pjaneta Marte wasslu biex dan il-park jitqies bħala punt ta' referenza vulkanika b'rabta mal-pjaneta l-ħamra.[23]
Din is-similarità bejniethom wasslu biex il-park jitqies bħala post ideali għall-ittestjar tal-istrumenti li jintbagħtu lejn Marte biex jiżvelaw xi ħajja tal-imgħoddi jew tal-preżent fuq il-pjaneta l-ħamra. Fl-2010, tim tar-riċerka f'Las Cañadas del Teide ttestja l-istrument ta' Raman li mbagħad intuża fl-ispedizzjoni ExoMars tal-ESA-NASA lejn Marte.[23]
Fl-2017, l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) ittestjat vetturi (rovers) planetarji f'żona tal-park magħrufa bħala Las Minas de San José.[24]
Parks ġemellati
immodifikaBarra minn hekk, il-Park Nazzjonali ta' Teide jipparteċipa f'programmi internazzjonali differenti u jiskambja l-konsulenzi ma' parks nazzjonali oħra fid-dinja, speċjalment fl-Amerka Ċentrali, fl-Amerka t'Isfel u fl-Ewropa. In regard to international cooperation, the Teide National Park has provided technical support to the Souss-Massa National Park located in southwestern of Morocco.[26]
Films li nġibdu fil-park u kurżitajiet
immodifika- Brian May kiteb il-kanzunetta tal-Queen "Tie Your Mother Down" fl-Osservatorju ta' Teide ta' Izaña (f'altitudni ta' 7,770 pied), fil-ħarifa tal-1971, waqt li kien qed jaħdem fuq it-teżi tal-lawrja tiegħu.[27]
- Dan ix-xenarju drammatiku deher f'films bħal One Million Years B.C. (1966), Intacto (2002), Clash of the Titans (2010) u Wrath of the Titans (2012).
- Il-poster ta' Raquel Welch ta' One Million Years B.C. li taħdem rwol sinifikanti fil-film tal-1994 The Shawshank Redemption inġibed fil-vulkan Teide.
- Mike Oldfield inkluda fil-kompilazzjoni tiegħu The Complete fel tal-1985, il-kanzunetta Mount Teide ddedikata lill-vulkan famuż ta' Tenerife.
- Fit-8 ta' Diċembru 2008, fuq inizjattiva mill-komunità Lhudija tal-Gżejjer Kanarji, bandiera ta' Iżrael tpoġġiet ħdejn il-quċċata tal-vulkan Teide.[28]
- Il-park għandu kappella żgħira ddedikata lill-Madonna tal-Borra (bl-Ispanjol: Virgen de las Nieves) li hija l-ogħla kapppella/knisja Kristjana fi Spanja.
- Tenerife kien il-post fejn L. Ron Hubbard (il-fundatur tal-Knisja tax-Xjentoloġija) sejjaħ xi materjali li ġabar bħala "materjali OT-III", li skont din id-duttrina juru li wieħed mill-vulkani li nxteħtu fit-tetani 75 miljun sena ilu kien il-vulkan Teide, flimkien ma' vulkani oħra fid-dinja, l-iktar minn Hawaii.
- Fl-24 ta' Ġunju 1989, l-istazzjon tar-radju Espacio en Blanco tar-Radiocadena Española sejjaħ "Allerta tal-UFOs" fil-Park Nazzjonali ta' Teide sabiex jikseb xi tip ta' kuntatt ma' ħlejqiet ekstraterrestri. Dan l-avveniment attendew għalih madwar erbgħin elf ruħ.
- Fit-8 ta' Jannar 1998, membri ta' setta mmexxija mill-psikologu Ġermaniż Heide Fittkau Garthe ġew arrestati, meta ppruvaw iwettqu suwiċidju ritwali fuq il-vulkan Teide.
- Il-kompożitur tal-Kanarji Benito Cabrera ġie ispirat mill-pajsaġġ tal-vulkan Teide għall-kanzunetta famuża tiegħu Nube de Hielo.[29]
- Is-sitt film ta' The Fast and the Furious tal-protagonista Vin Diesel u tar-reġista Justin Lin, uża l-vulkan Teide għall-biċċa l-kbira tal-vjaġġi bl-ajruplani.
- Il-Park Nazzjonali ta' Teide sar post popolari għat-taħriġ qalb iċ-ċiklisti professjonisti ewlenin, peress li jippermettilhom jitħarrġu f'altitudni filwaqt li jkollhom aċċess ukoll għal terren fuq il-livell tal-baħar għal taħriġ ta' intensità kbira, f'kundizzjonijiet stabbli tat-temp, bi ftit distrazzjonijiet minħabba l-pożizzjoni iżolata tiegħu. Xi timijiet użaw il-park għat-taħriġ, fosthom Team Sky, Liquigas u Team Astana.[30]
- Fl-2017, il-Park Nazzjonali ta' Teide kien it-tmien l-iktar sit li żaruh nies virtwalment fuq il-pjattaforma Google Street View, b'total ta' 8.6 miljun viżitatur, u ħaqqaqha ma' postijiet famużi oħra bħat-Taj Mahal, Mont Blanc, il-Piramidi Eġizzjani, Angkor Wat jew Stonehenge.
- Fl-2018, it-territorju madwar il-Park Nazzjonali ta' Teide ospita parti mill-ġbid tal-film Amerikan Rambo: Last Blood, li ħadmu fih Sylvester Stallone u Paz Vega fost oħrajn.[31]
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Teide National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-19.
- ^ "En las entrañas del volcán". El Español (bl-Ispanjol). 2016-03-21. Miġbur 2022-03-19.
- ^ España, El Periódico de. "El Periódico de España | epe.es". elperiodicodeespana (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-03-19.
- ^ Press, Europa (2017-04-11). "El Teide bate su récord de visitantes en 2016, con más de cuatro millones". www.europapress.es. Miġbur 2022-03-19.
- ^ "Mount Teide Cable Car Prices and Timetable | Volcano Teide". www.volcanoteide.com. Miġbur 2022-03-19.
- ^ Carracedo, Juan Carlos; Troll, Valentin R., eds. (2013). Teide Volcano: Geology and Eruptions of a Highly Differentiated Oceanic Stratovolcano. Active Volcanoes of the World. Berlin Heidelberg: Springer-Verlag. ISBN 978-3-642-25892-3.
- ^ Carracedo, J. C. (Juan Carlos). The geology of the Canary Islands. Troll, V. R. Amsterdam, in-Netherlands. ISBN 978-0-12-809664-2.
- ^ "El Parque Nacional del Teide, Patrimonio Mundial: Valores geológicos determinantes" (PDF).
- ^ Meteorología, Agencia Estatal de. "Standard climate Values - State Meteorological Agency - AEMET - Spanish Government". www.aemet.es (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-19.
- ^ Meteorología, Agencia Estatal de. "Izaña: Izaña - State Meteorological Agency - AEMET - Spanish Government". www.aemet.es (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-19.
- ^ Meteorología, Agencia Estatal de. "Izaña: Izaña - State Meteorological Agency - AEMET - Spanish Government". www.aemet.es (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-19.
- ^ Meteorología, Agencia Estatal de. "Izaña: Izaña - Absolute extreme values - Selector - State Meteorological Agency - AEMET - Spanish Government". www.aemet.es (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-19.
- ^ a b Dupont, Yoko L., Dennis M., Olesen, Jens M., Structure of a plant-flower-visitor network in the high altitude sub-alpine desert of Tenerife, Canary Islands, Ecography. 26(3), 2003, pp. 301–310.
- ^ Gieger, Thomas and Leuschner, Christoph, Altitudinal change in needle water relations of the Canary pine (Pinus Canariensis) and possible evidence of a drought-induced alpine timberline on Mt. Teide, Tenerife, Flora - Morphology, Distribution, Functional Ecology of Plants, 199(2), 2004, pp. 100-109.
- ^ a b J.M. Fernandez-Palacios, Climatic response of plant species on Tenerife, the Canary islands, J. Veg. Sci. 3, 1992, pp. 595–602.
- ^ J.M. Fernandez-Palacios and J.P de Nicolas, Altitudinal pattern of vegetation variation on Tenerife, J. Veg. Sci. 6, 1995, pp. 183–190.
- ^ C. Leuschner, Timberline and alpine vegetation on the tropical and warm-temperate oceanic islands of the world: elevation, structure and floristics, Vegetatio 123, 1996, pp. 193–206.
- ^ a b ċ Thorpe, R.S., McGregor, D.P., Cumming, A.M., and Jordan, W.C., DNA evolution and colonisation sequence of island lizards in relation to geological history: MTDNA RFLP, cytochrome B, cytochrome oxidase, 123 RRNA sequence, and nuclear RAPD analysis, evolution, 48(2), 1994, pp. 230-240.
- ^ Lack, D., and H.N. Southern. 1949. Birds of Tenerife. Ibis, 91:607-626.
- ^ P.R. Grant, "Ecological compatibility of bird species on islands", Amer. Nat., 100(914), 1966, pp. 451–462.
- ^ P.R. Grant, "Ecological compatibility of bird species on islands", Amer. Nat., 100(914), 1966, pp. 451–462.
- ^ Nogales, M., Rodríguez-Luengo, J.L. & Marrero, P. (2006) "Ecological effects and distribution of invasive non-native mammals on the Canary Islands" Mammal Review, 36, 49–65.
- ^ a b "Tenerife se convierte en un laboratorio marciano | Ciencia | elmundo.es". www.elmundo.es. Miġbur 2022-03-19.
- ^ "Rovers drive through Tenerife darkness". www.esa.int (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-19.
- ^ "España: Cooperación en Parques Nacionales" (PDF).
- ^ a b "Cooperación internacional entre parques nacionales" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2013-10-04. Miġbur 2022-03-19.
- ^ "Answers - The Most Trusted Place for Answering Life's Questions". Answers (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-19.
- ^ "La bandera de Israel ondea en el Teide (Islas Canarias)". ישראל גרפית ISRAEL GRÁFICO. Miġbur 2022-03-19.
- ^ "Benito Cabrera: "Hay tantos Teide como estados de ánimo". web.archive.org. 2016-07-18. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-17. Miġbur 2022-03-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Volcano gives Bradley Wiggins the fire for assault on Tour de France". the Guardian (bl-Ingliż). 2012-05-22. Miġbur 2022-03-19.
- ^ Press, Europa (2018-11-13). "'Rambo V' dejará en Tenerife más de ocho millones de euros". www.europapress.es. Miġbur 2022-03-19.