Angkor Wat

kumpless ta’ tempji tal-Ħinduiżmu/Buddiżmu fil-Kambodja

Angkor Wat (/ˌæŋkɔːr ˈwɒt/; bil-Khmer: អង្គរវត្ត "Belt it-Tempji"[1]) huwa kumpless ta' tempji fil-Kambodja u l-ikbar monument reliġjuż fid-dinja bħala erja ta' art (1,626 km2).[2] L-isem jirreferi kemm għall-kumpless ta' diversi tempji kif ukoll għat-tempju ewlieni. Dan tal-aħħar, oriġinarjament inbena bħala tempju Ħinduista ddedikat lil Vishnu fil-bidu tas-seklu 12[3], u lejn tmiem is-seklu ġie kkonvertit f'tempju Buddist u għadu hekk sa llum.[4]

Il-faċċata tat-tempju prinċipali ta' Angkor Wat

It-tempju nbena mir-Re Khmer Suryavarman II[5] fil-bidu tas-seklu 12 f'Yaśodharapura (bil-Khmer: យសោធរបុរៈ), il-belt kapitali tal-Imperu Khmer, bħala t-tempju statali għall-Imperu.[6]

Bħala l-iktar tempju ppreservat tajjeb fil-kumpless ta' tempji, huwa l-uniku tempju li baqa' jintuża bħala ċentru reliġjuż sinifikanti mit-twaqqif tiegħu 'l hawn. It-tempju jirrappreżenta l-quċċata tal-istil klassiku għoli tal-arkitettura Khmer. Illum, huwa wkoll wieħed mill-iktar siti importanti ta' pellegrinaġġ għall-Buddisti fil-Kambodja u fid-dinja kollha.[7] Angkor Wat sar simbolu tal-Kambodja[8], jidher fuq il-bandiera nazzjonali, u huwa l-attrazzjoni turistika prinċipali tal-pajjiż. It-tempju kellu rwol importanti fil-konverżjoni tal-Kambodja għall-Buddiżmu.

Angkor Wat jgħaqqad flimkien żewġ pjanti bażiċi tal-arkitettura Khmer tat-tempji: it-tempju f'għamla ta' muntanja u t-tempju bil-galleriji. Id-disinn tiegħu huwa maħsub biex jirrappreżenta l-Muntanja Meru, kenn id-devi fil-kożmoloġija Ħindu u Buddista. Mad-dawra tat-tempju hemm ħondoq twil iktar minn ħames kilometri u ħajt estern ta' 3.6 kilometri.[9] It-tempju fih tliet galleriji rettangolari, waħda fuq l-oħra. Fiċ-ċentru tat-tempju hemm ħames torrijiet f'għamla ġeometrika bħal fuq dada, b'erba' torrijiet fl-irkejjen ta' kwadrat u l-ħames wieħed fin-nofs. Għad-differenza tal-biċċa l-kbira tal-kumpless ta' tempji ta' Angkor, it-tempju ewlieni ta' Angkor Wat huwa orjentat lejn il-Punent. L-istudjużi ma jaqblux bejniethom x'inhi t-tifsira ta' dan. It-tempju jiġi ammirat għall-kobor u għall-armonija tal-arkitettura tiegħu, għar-riljevi mnaqqxin estensivi tiegħu, u għall-istatwi tal-Buddha u tad-Devi.

Etimoloġija immodifika

L-isem modern Angkor Wat (bil-Khmer: អង្គរវត្ត; isem alternattiv: Nokor Wat, bil-Khmer: នគរវត្ត)[10] ifisser "Belt it-Tempji". Angkor (bil-Khmer: អង្គរ), li tfisser "belt" jew "belt kapitali", hija l-forma vernakolari tal-kelma nokor (bil-Khmer: នគរ), li ġejja mill-kelma nagara bis-Sanskritu/bil-Pali (Devanāgarī: नगर).[11] Wat (bil-Khmer: វត្ត), li tfisser "art it-tempji", oriġinat ukoll mill-kelma vāṭa bis-Sanskritu/bil-Pali (Devanāgarī: वाट), li tfisser "għeluq tal-art".[1]

L-isem oriġinali tat-tempju kien Vrah Viṣṇuloka jew Parama Viṣṇuloka bis-Sanskritu (bil-Khmer: បរមវិស្ណុលោក – Barom Visnulōk) li kien l-isem il-fundatur irjali tat-tempju wara mewtu.[12]

Storja immodifika

 
Ir-riljiev imnaqqax ta' Suryavarman II li bena Angkor Wat

Angkor Wat tinsab 5.5 kilometri fit-Tramuntana tal-belt moderna ta' Siem Reap, u ftit bogħod fin-Nofsinhar u kemxejn fil-Lvat tal-belt kapitali preċedenti, li kienet iċċentrata f'Baphuon. Dan it-tempju huwa l-iktar wieħed fin-Nofsinhar tal-kumpless ta' tempji antiki.

Skont leġġenda, il-kostruzzjoni ta' Angkor Wat ġiet ordnata minn Indra biex iservi bħala palazz għal ibnu Precha Ket Mealea.[13] Skont il-vjaġġatur Ċiniż Zhou Daguan tas-seklu 13, uħud kienu jemmnu li t-tempju ġie mibni f'lejla waħda minn arkitett divin.[14]

Id-disinn u l-kostruzzjoni inizjali tat-tempju seħħew fl-ewwel nofs tas-seklu 12, waqt ir-renju ta' Suryavarman II (irrenja mill-1113 sa madwar l-1150). Angkor Wat ma ġiex iddedikat lil Shiva, bħalma kienet it-tradizzjoni tar-rejiet ta' qabel, iżda ġie ddedikat lil Vishnu. Ġie mibni bħala t-tempju statali tar-re u tal-belt kapitali. Peress li la l-istele tat-twaqqif u lanqas xi iskrizzjonijiet kontemporanji li jirreferu għat-tempju ma nstabu, l-isem oriġinali mhuwiex magħruf fiċ-ċert, iżda seta' kien imsejjaħ "Varah Vishnu-lok" biex jagħti ġieħ lill-alla tat-tempju. Ix-xogħlijiet jidher li ntemmu ftit wara li miet ir-re, u ftit mid-dekorazzjoni tal-ħitan bir-riljevi mnaqqxin baqgħu ma tlestewx. It-terminu Vrah Viṣṇuloka jew Parama Viṣṇuloka jfissru litteralment "ir-re li mar fid-dinja suprema ta' Vishnu", u jirreferu għal Suryavarman II wara mewtu biex jingħata ġieħ u jiġi mfakkar.[12]

 
Patri Buddist jagħmel ritwal f'Angkor Wat

Fl-1177, bejn wieħed u ieħor 27 sena wara l-mewt ta' Suryavarman II, ir-rikkezzi ta' Angkor insterqu mill-għedewwa tradizzjonali tal-Khmer, jiġifieri ċ-Cham mir-Renju ta' Champa.[15] Imbagħad l-imperu għadda f'idejn re ġdid, Jayavarman VII, li stabbilixxa belt kapitali ġdida u tempju statali ġdid ftit iktar fit-Tramuntana (Angkor Thom u Bayon rispettivament), li ġew iddedikati lill-Buddiżmu, minħabba li r-re kien jemmen li l-alla Ħindu ma kienx qeda ħtiġijietu. Għaldaqstant, b'mod gradwali, Angkor Wat ġie kkonvertit f'sit Buddist u ħafna skulturi tal-Ħinduiżmu ġew sostitwiti b'xogħlijiet tal-arti tal-Buddiżmu.[16]

Lejn l-aħħar tas-seklu 12, b'mod gradwali Angkor Wat ġie ttrasformat minn ċentru tal-qima Ħindu għal ċentru tal-qima tal-Buddiżmu u għadu hekk sa llum.[4] Angkor Wat huwa partikolari fost il-kumpless ta' tempji għaliex minkejja li ġie ttraskurat ferm wara s-seklu 16, qatt ma ġie abbandunat għalkollox.[17] Erbatax-il iskrizzjoni li saru fis-seklu 17 u li ġew skoperti fiż-żona ta' Angkor, jixhdu li xi pellegrini Buddisti Ġappuniżi kienu stabbilew insedjamenti żgħar flimkien mal-Khmer lokali.[18] Dak iż-żmien, il-viżitaturi Ġappuniżi kienu jemmnu li t-tempju kien il-ġnien famuż tal-Jetavana tal-Buddha, li oriġinarjament kien jinsab fir-renju ta' Magadha, l-Indja. L-iktar iskrizzjoni magħrufa ssemmi lil Ukondayu Kazufusa, li ċċelebra s-Sena l-Ġdida tal-Khmer f'Angkor Wat fl-1632.

Wieħed mill-ewwel viżitaturi tal-Punent kien António da Madalena, patri Portugiż li żar it-tempju fl-1586 u li stqarr li "tant huwa kostruzzjoni straordinarja li mhux possibbli li tiddeskrivieh bil-kitba, speċjalment għaliex ma hemm l-ebda binja simili oħra fid-dinja. Fih torrijiet u dekorazzjoni, kif ukoll l-irfinar kollu li jista' jiġi f'moħħ il-bniedem".[19]

Fl-1860, it-tempju ġie effettivament skopert mill-ġdid min-naturalista u mill-esploratur Franċiż Henri Mouhot, li wassal biex il-Punent isir jaf b'dan is-sit permezz tal-pubblikazzjoni tan-noti tal-ivvjaġġar tiegħu, fejn kiteb: "Wieħed minn dawn it-tempji, li jħaqqaqha ma' dak ta' Salamun, u li nbena minn xi Mikelanġlu tal-qedem, jista' jitqiegħed bl-unuri mal-isbaħ binjiet tagħna. Huwa isbaħ minn kwalunkwe fdal li ħallewlna l-Griegi u r-Rumani Antiki, u joħloq kuntrast ta' dieqa minħabba l-qagħda ta' barbariżmu li jinsab fiha n-nazzjon".[20]

 
Tpinġija tal-faċċata ta' Angkor Wat ta' Henri Mouhot (1860)

Il-legat artistiku mill-isbaħ ta' Angkor Wat u ta' monumenti oħra tal-Khmer fiż-żona ta' Angkor wassal biex Franza tadotta lill-Kambodja bħala protettorat fil-11 ta' Awwissu 1863 u biex tinvadi lis-Siam biex tieħu f'idejha l-kontroll tal-fdalijiet. Dan malajr wassal biex il-Kambodja tieħu f'idejha l-artijiet fil-Majjistral tal-pajjiż li kienu taħt il-kontroll ta' Siam (issa t-Tajlandja) mill-1351 (Manich Jumsai 2001), jew skont uħud fl-1431.[21]

Ma kien hemm l-ebda binja jew dar ordinarja jew xi sinjal ieħor ta' insedjament, inkluż utensili tat-tisjir, armi, jew ħwejjeġ li s-soltu jinstabu f'siti antiki. Minflok, hemm evidenza biss tal-monumenti nfushom.[22] Kummissjoni ta' esplorazzjoni Franċiża bdiet billi tfassal lista tal-monumenti prinċipali. Missjonijiet sussegwenti kkopjaw l-iskrizzjonijiet miktuba fuq il-binjiet ta' Angkor biex l-istudjużi jkunu jistgħu jittraduċuhom u jitkixxfu iktar dwar l-istorja ta' Angkor.

Sal-1885 kienu fasslu kronoloġija tal-mexxejja u żviluppaw deskrizzjoni fuq fuq taċ-ċivilizzazzjoni li kienet ipproduċiet il-kumpless ta' tempji. Fl-1898, il-Franċiżi ddeċidew jallokaw fondi sostanzjali għall-preservazzjoni ta' Angkor. Sekli sħaħ ta' telqa ħallew il-ġungla terġa' taħkem ħafna mill-istrutturi l-iktar sinifikanti, u mingħajr ċerti sforzi biex il-binjiet jinħelsu mill-għeruq tas-siġar tal-banyan u taċ-ceiba, x'aktarx li kienu jinqerdu għalkollox (għalkemm mhux is-siġar kollha li kibru minn ġol-fdalijiet tneħħew).

 
Tpinġija ta' Angkor Wat ta' Louis Delaporte (1880)

L-estetika ta' Angkor Wat kienet intweriet ukoll fil-mużew tal-forom tal-ġibs ta' Louis Delaporte msejjaħ musée Indo-chinois li kien jeżisti fil-Palazz ta' Trocadero f'Pariġi għall-ħabta tal-1880 sa nofs is-snin 20 tas-seklu 20.[23]

Fis-seklu 20 sar restawr konsiderevoli tal-kumpless ta' tempji ta' Angkor Wat.[24] B'mod gradwali, ħaddiema u arkeologi ħadmu qatigħ flimkien biex inaddfu l-fdalijiet mill-veġetazzjoni tal-ġungla u kixfu partijiet kbar tal-ġebel tal-binjiet. B'hekk, ix-xemx setgħet terġa' tiżreġ direttament fuq il-binjiet tat-tempju. Angkor Wat ġibed l-attenzjoni u qanqal l-immaġinazzjoni ta' iktar nies fl-Ewropa meta l-padiljun tal-protettorat Franċiż tal-Kambodja, bħala parti mill-Indoċina Franċiża, ħoloq replika bl-istess daqs ta' Angkor Wat waqt il-Wirja Kolonjali ta' Pariġi fl-1931.[25]

 
Replika kbira ta' Angkor Wat fil-Wirja Kolonjali ta' Pariġi (1931) kienet tirrappreżenta l-ġmiel kbir tal-protettorat Franċiż tal-Kambodja.

Il-Kambodja kisbet l-indipendenza minn Franza fid-9 ta' Novembru 1953 u ħadet il-kontroll ta' Angkor Wat minn dak iż-żmien 'il quddiem. Jista' jingħad ukoll li mill-perjodu kolonjali sa meta s-sit ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992, dan it-tempju speċifiku ta' Angkor Wat kien strumentali biex jissawwar il-kunċett modern u gradwalment globalizzat tal-wirt kulturali mibni.[26]

Ix-xogħlijiet tar-restawr ġew interrotti mill-Gwerra Ċivili tal-Kambodja u l-Khmer Rouge ħadu l-kontroll tal-pajjiż waqt is-snin 70 u 80 tas-seklu 20, għalkemm f'dan il-perjodu t-tempju ma tantx ġarrab ħsarat. Il-forzi tal-Khmer Rouge stabbilew kampijiet ħdejn it-tempju u użaw l-injam kollu li sabu mill-binjiet tat-tempju bħala ħatab. Barra minn hekk, xi tiri tal-ġlied bl-armi tan-nar bejn il-Khmer Rouge u l-Vjetnam laqtu r-riljievi mnaqqxin tat-tempju. Wara l-gwerer, saret ħafna iktar ħsara mill-ħallelin tal-opri tal-arti li kienu qed joperaw mit-Tajlandja, għaliex fl-aħħar tas-snin 80 u fil-bidu tas-snin 90 tas-seklu 20, il-biċċa l-kbira tal-irjus tal-istatwi tat-tempji ġew maqlugħin mill-istrutturi, inkluż ir-rikostruzzjonijiet.[27]

 
Toqob ikkawżati mit-tiri fil-ġlied bl-armi tan-nar bejn il-Khmer Rouge u l-Vjetnam f'Angkor Wat.

It-tempju huwa simbolu importanti tal-Kambodja, u huwa sors ta' kburija nazzjonali kbira li tqies fir-relazzjonijiet diplomatiċi ma' Franza, l-Istati Uniti u t-Tajlandja. It-tempju ta' Angkor Wat ilu jidher bħala parti ċentrali tal-bnadar nazzjonali tal-Kambodja mill-introduzzjoni tal-ewwel verżjoni lejn l-1863.[28] Madankollu, minn perspettiva storika u anke transkulturali ikbar, it-tempju ta' Angkor Wat ma sarx simbolu tal-kburija nazzjonali sui generis iżda ddaħħal fi proċess politiku u kulturali ikbar tal-produzzjoni tal-wirt kolonjali Franċiż fejn repliki tat-tempju oriġinali ntwerew f'wirjiet kolonjali Franċiżi u universali f'Pariġi u f'Marsilja bejn l-1889 u l-1937.[29]

F'Diċembru 2015, ġie mħabbar li tim tar-riċerka mill-Università ta' Sydney kien sab grupp ieħor ta' torrijiet li kienu nbnew, iġġarrfu u ntradmu waqt il-kostruzzjoni ta' Angkor Wat, kif ukoll struttura kbira li l-iskop tagħha mhuwiex magħruf fin-naħa tan-Nofsinhar tal-grupp u fortifikazzjonijiet tal-injam. Is-sejbiet jinkludu wkoll evidenza li kien hemm insedjament residenzjali b'densità baxxa fiż-żona, b'network ta' toroq, għadajjar u għoljiet artifiċjali. Dawn jindikaw li l-artijiet ta' Angkor Wat, imdawra b'ħondoq u b'ħajt, jaf ma kinux jintużaw biss mill-elit reliġjuż, kif kien maħsub qabel. It-tim uża t-teknoloġija tal-LiDAR, ir-radar li jippenetra l-art u skavi mmirati biex jimmappja s-sit ta' Angkor Wat.[30]

Arkitettura immodifika

Sit u pjanta immodifika

 
Pjanta tat-tempju ta' Angkor Wat

Angkor Wat, li jinsab eżattament 13°24′45″N 103°52′0″E, huwa kombinazzjoni unika ta' tempju f'għamla ta' muntanja (id-disinn standard għat-tempji statali tal-imperu) u tal-pjanta suċċessiva b'galleriji konċentriċi. Il-kostruzzjoni ta' Angkor Wat tissuġġerixxi wkoll li xi karatteristiċi tat-tempju kellhom rabta apposta mal-pożizzjoni tax-xemx. Dan joħroġ fid-dieher fil-mod kif inhu orjentat it-tempju fil-Lvant u fil-Punent, u l-veduti fix-xefaq mit-terrazzi tat-tempju fejn torrijiet speċifiċi jidhru li nbnew eżatt fejn titla' x-xemx f'solstizju.[31] It-tempju huwa rappreżentazzjoni tal-Muntanja Meru, fejn jgħixu l-allat: il-ħames torrijiet ewlenin jissimboleġġaw il-ħames qċaċet tal-muntanja, u l-ħitan u l-ħondoq jissimboleġġaw il-ktajjen muntanjużi tal-madwar u l-oċean.[32] L-aċċess għall-partijiet ta' fuq tat-tempju kienu dejjem iktar esklużivi, u l-lajċi kienu jitħallew biss sal-livell ta' taħt nett.[33]

 
Veduta ta' Angkor Wat mill-ajru
 
Pjanta dettaljata tal-istruttura ċentrali

Għad-differenza tal-biċċa l-kbira tat-tempji tal-Khmer, Angkor Wat huwa orjentat lejn il-Punent iktar milli lejn il-Lvant. Dan wassal biex bosta (inkluż Maurice Glaize u George Coedès) jikkonkludu li Suryavarman kellu f'moħħu li t-tempju jintuża bħala tempju funebri.[34]Il-mibgħut diplomatiku Zhou Da Guan li ntbagħat mill-Imperatur Temür Khan lejn Angkor fl-1295 kien irrapporta li l-kap ta' stat kien midfun f'torri wara mewtu, u rrefera għal Angkor Wat bħala mawżolew. Evidenza ulterjuri għal dan il-ħsieb tinsab fir-riljievi li ġew imnaqqxa fid-direzzjoni kontra l-arloġġ—prasavya fit-terminoloġija Ħindu—peress li dan huwa l-kontra tal-ordni normali. Ir-ritwali jsiru f'ordni bil-maqlub waqt is-servizzi funebri Braħminiċi. L-arkeologu Charles Higham jiddeskrivi wkoll kontenitur li jaf kien intuża għal skopijiet funebri u li kien instab fit-torri ċentrali.[35] Uħud iddeskrivew dan kollu bħala l-ikbar sforz u użu ta' enerġija biex jindifen katavru.[36] Madankollu, Freeman u Jacques innotaw li diversi tempji oħra ta' Angkor ma jsegwux l-orjentazzjoni tipika lejn il-Lvant, u jissuġġerixxu li l-allinjament ta' Angkor Wat kien dovut għall-fatt li kien iddedikat lil Vishnu, li kien assoċjat mal-Punent.[32]

Abbażi tal-allinjament u tad-dimensjonijiet tat-tempju, u abbażi tal-kontenut u tal-arranġament tar-riljievi, ir-riċerkatriċi Eleanor Mannikka targumenta li l-istruttura tirrappreżenta era ġdida ta' paċi taħt ir-Re Suryavarman II: "peress li l-kejliet taċ-ċikli tax-xemx u tal-qamar ġew meqjusa fil-kostruzzjoni tal-ispazju sagru ta' Angkor Wat, dan il-mandat divin ta' tmexxija kien ankrat mal-kmamar u mal-kurituri kkonsagrati li kienu maħsuba biex jipperpetwaw is-setgħa tar-re u biex jonoraw u jipplakaw l-allat immanifestati fis-smewwiet ta' fuq it-tempju".[37][38] Is-suġġerimenti ta' Mannikka ntlaqgħu b'taħlita ta' interess u xettiċiżmu fost l-akkademiċi.[35] Hi żżomm 'il bogħod mill-ispekulazzjonijiet ta' oħrajn bħal Graham Hancock, li Angkor Wat jifforma parti minn rappreżentazzjoni tal-kostellazzjoni Draco.[39]

It-torri ewlieni ta' Angkor Wat jallinja maż-żerniq tal-ekwinozju tar-rebbiegħa.[40][41]

Stil immodifika

 
Veduta ta' Angkor Wat mill-ġenb

Angkor Wat huwa eżempju mill-aqwa tal-istil klassiku tal-arkitettura tal-Khmer, l-istil ta' Angkor Wat, u tah ismu. Sas-seklu 12, l-arkitetti Khmer kisbu l-ħiliet u l-kunfidenza biex jużaw il-blat ramli (iktar milli l-brikks jew il-laterit) bħala l-materjal għat-tempju prinċipali. Il-biċċa l-kbira tal-postijiet viżibbli huma magħmulin minn blokok tal-blat ramli, filwaqt li l-laterit kien jintuża għall-ħajt estern u għal partijiet strutturali moħbija. L-aġent li ntuża bħala tkaħħil biex il-blokok jiġu mġannta ma' xulxin għad irid jiġi identifikat, għalkemm ġie ssuġġerit li ntużaw reżini naturali jew l-idrossidu tal-kalċju.[42]

It-tempju ġie mfaħħar l-iktar għall-armonija tad-disinn tiegħu. Skont Maurice Glaize, konservatur ta' Angkor ta' nofs is-seklu 20, it-tempju "jikseb perfezzjoni klassika permezz tal-monumentalità mrażżna tal-elementi bbilanċjati bir-reqqa u permezz tal-arranġament preċiż tal-proporzjonijiet tiegħu. Huwa xogħol ta' setgħa, għaqda u stil".[43]

B'mod arkitettoniku, l-elementi karatteristiċi tal-istil jinkludu: it-torrijiet bil-ponta tagħhom ġejja għat-tond bħal raħsiet tal-lotus; nofs gallerija biex iwessgħu l-passaġġi; galleriji assjali li jikkollegaw l-ispazji magħluqa; u t-terrazzi forma ta' salib li jinsabu fl-assi prinċipali tat-tempju. L-elementi dekorattivi tipiċi huma d-devati (jew l-apsari), ir-riljievi mnaqqxa, u girlandi estensivi u xeni narrattivi fuq il-frontuni. L-istatwi ta' Angkor Wat jitqies li huwa konservattiv, u huma iktar statiċi u inqas grazzjużi minn xogħol preċedenti. Elementi oħra tad-disinn inqerdu mit-trapass taż-żmien u minħabba s-serq tal-fdalijiet. Dawn kienu jinkludu stukko mdieheb fuq it-torrijiet, indurar fuq xi figuri tar-riljievi, u suffitti u bibien tal-injam.[44]

Karatteristiċi immodifika

Binja esterna immodifika

 
Veduta tad-diversi daħliet u l-ħajt tal-Punent tal-binja esterna ta' Angkor min-naħa l-oħra tal-ħondoq
 
Statwa ta' Ta Reach f'Angkor Wat, oriġinarjament ta' Vishnu bi tmien dirgħajn, iżda b'ras ta' Buddha.[45]

Il-ħajt estern, 1,024 metru bi 802 metri, b'għoli ta' 4.5 metri, huwa mdawwar b'biċċa art fil-beraħ u b'ħondoq wiesa' 190 metru u b'perimetru ta' iktar minn ħames kilometri.[9] Il-ħondoq jestendi għal 1.5 kilometru mil-Lvant għall-Punent u għal 1.3 kilometri mit-Tramuntana għan-Nofsinhar.[46] Biċċa art olzata fil-Lvant, magħmula bil-ħamrija kkumpattata u bil-ġebel, tagħti aċċess għat-tempju. Il-mogħdija għolja tal-blat ramli fil-Punent, li issa hija d-daħla prinċipali, ġiet miżjuda wara, possibbilment minflok pont tal-injam.[47] F'kull wieħed mill-punti kardinali hemm gopura, jiġifieri bieb/daħla prinċipali; dak fil-Punent huwa l-ikbar wieħed u fih tliet torrijiet imġarrfin. Glaize jinnota li dan il-bieb, fl-istess ħin, jaħbi u jirrifletti l-għamla tat-tempju nnifsu.[48] Taħt it-torri tan-Nofsinhar hemm statwa magħrufa bħala Ta Reach, li oriġinarjament kienet statwa ta' Vishnu bi tmien dirgħajn, iżda meta t-tempju ġie kkonvertit f'tempju Buddist fis-seklu 13, l-istatwa ġiet ikkonvertita fi statwa ta' Buddha billi minflok ras Vishnu tpoġġiet dik ta' Buddha; oriġinarjament jaf kienet tokkupa s-santwarju ċentrali tat-tempju.[47] Bejn it-torrijiet hemm galleriji u hemm żewġ daħliet oħra fuq kull naħa tal-gopura li spiss jiġu msejħa "bibien tal-iljunfanti", għaliex tant huma kbar li l-iljunfanti jistgħu jgħaddu minnhom (kif fil-fatt għadu jiġri sa llum għal skopijiet turistiċi). Dawn il-galleriji għandhom pilastri kwadri fuq in-naħa ta' barra (fil-Punent) u ħajt magħluq fuq in-naħa ta' ġewwa (fil-Lvant). Is-saqaf bejn il-pilastri huwa ddekorat b'tinqix ta' fjuri tal-lotus; il-faċċata tal-Punent tal-ħajt hija ddekorat b'tinqix ta' żeffiena nisa; u l-faċċata tal-Lvant tal-ħajt hija ddekorata bi twieqi bil-balavostri, b'żeffiena rġiel merfugħa mill-annimali, u b'devati, inkluż l-uniku devata bis-snien jidhru fit-tempju (fin-Nofsinhar tad-daħla).

 
Librerija tat-Tramuntana

Il-ħajt estern jagħlaq spazju ta' 820,000 metru kwadru, li apparti t-tempju nnifsu kien u oriġinarjament iħaddan fih il-belt u, fit-Tramuntana tat-tempju, il-palazz irjali. Bħal kull binja lajka ta' Angkor, dawn kienu nbnew b'materjali mhux durabbli, u mhux bil-ġebel. Għaldaqstant, ma fadal xejn minnhom għajr il-fdalijiet ta' wħud mit-toroq.[49] Il-biċċa l-kbira tal-ispazju issa tgħattiet mill-foresta. Mogħdija għolja ta' 350 metru tikkollega l-gopura tal-Punent mat-tempju, b'balavostri tan-naga u sitt settijiet ta' taraġ fuq kull naħa li jagħtu għall-belt. Fuq kull naħa hemm ukoll librerija b'daħliet f'kull punt kardinali, quddiem it-tielet sett ta' taraġ mid-daħla, u għadira bejn il-librerija u t-tempju nnifsu. L-għadajjar ġew miżjuda iktar tard fid-disinn, flimkien mat-terrazza b'forma ta' salib, li hija mħarsa minn iljuni, li tikkollega l-mogħdija għolja mal-istruttura ċentrali.[49]

Struttura ċentrali immodifika
 
Veduta mill-ajru tal-istruttura ċentrali u t-terrazza quddiemha b'forma ta' salib.
 
It-torri ċentrali ta' Angkor Wat jirrappreżenta l-muntanja sagra Meru

It-tempju jinsab fuq terrazza olzata iktar 'il fuq mill-belt. Fih tliet galleriji rettangolari li jitilgħu lejn torri ċentrali, u kull livell ogħla minn ta' qablu. Mannikka tinterpreta dawn il-galleriji bħala dedika għar-re, Braħma, il-qamar, u Vishnu. Kull gallerija għandha gopura f'kull punt kardinali, u ż-żewġ galleriji ta' ġewwa għandhom torrijiet fl-irkejjen tagħhom, li jiffurmaw għamla ġeometrika bħal fuq dada, b'erba' torrijiet fl-irkejjen ta' kwadrat u l-ħames wieħed fin-nofs. Peress li t-tempju jħares lejn il-Punent, il-karatteristiċi tiegħu huma kollha fuq in-naħa ta' wara lejn il-Lvant, biex jitħalla iktar spazju x'jimtela f'kull binja esterna u f'kull gallerija fil-Punent; għall-istess raġuni, it-taraġ li jħares lejn il-Punent huma iktar baxxi minn dawk tan-naħat l-oħra.

Il-gallerija esterna hija 187 metru b'215-il metru, b'padiljuni iktar milli torrijiet fl-irkejjen. Il-gallerija tagħti għall-beraħ barra mit-tempju, b'nofs galleriji bil-kolonni li jestendu u li jirfdu l-istruttura. Il-gallerija ta' barra tikkollega mat-tieni binja fuq in-naħa tal-Punent permezz ta' kjostru b'forma ta' salib, imsejjaħ Preah Poan (li jfisser "il-Gallerija tal-Elf Buddha"). Matul is-sekli, il-pellegrini ħallew ħafna immaġnijiet tal-Buddha fil-kjostru, għalkemm il-biċċa l-kbira tagħha tneħħew mill-post. Din iż-żona fiha ħafna iskrizzjonijiet marbuta mal-azzjonijiet tajbin li wettqu l-pellegrini, il-biċċa l-kbira miktuba bil-Khmer iżda hemm ukoll oħrajn bil-lingwa ta' Burma u bil-Ġappuniż. L-erba' parapetti żgħar iffurmati mill-kjostru jaf oriġinarjament kienu mimlijin bl-ilma.[50] Fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar tal-kjostru hemm żewġ libreriji.

 
Veduta tal-gallerija esterna ta' Angkor Wat

Iktar lil hinn, it-tieni galleriji fuq ġewwa huma kkollegati ma' xulxin u ma' żewġ libreriji maġenbhom b'terrazza oħra b'forma ta' salib, u mill-ġdid din żdiedet wara. Mit-tieni livell 'il fuq, id-devati jiddekoraw ħafna mill-ħitan, waħedhom jew fi gruppi sa massimu ta' erba' f'daqqa. Il-binja fit-tieni livell hija 100 metru b'115-il metru, u oriġinarjament jaf kienet mimlija bl-ilma biex tirrappreżenta l-oċean madwar il-Muntanja Meru.[51] Tliet settijiet ta' taraġ fuq kull naħa jwasslu sat-torrijiet tal-irkejjen u sal-gopuri tal-gallerija ta' ġewwa. It-taraġ wieqaf ħafna jirrappreżenta d-diffikultà li wieħed jasal fir-renju tal-allat.[52] Din il-gallerija ta' ġewwa, imsejħa l-Bakan, hija kwadru ta' 60 metru b'galleriji assjali li jikkollegaw kull gopura mas-santwarju ċentrali, u santwarji sussidjarji li jinsabu taħt it-torrijiet fl-irkejjen. Is-soqfa tal-galleriji huma ddekorati bid-disinn dekorattiv ta' ġisem ta' serp bl-irjus ta' ljuni jew garudi. Ħġur u frontuni mnaqqxin jiddekoraw id-daħliet għall-galleriji u għas-santwarji. It-torri fuq is-santwarju ċentrali jitla' 43 metru għal għoli ta' 65 metru 'l fuq mill-art; għad-differenza ta' dawk ta' tempji preċedenti f'għamla ta' muntanja, it-torri ċentrali huwa olzat 'il fuq mill-erba' torrijiet l-oħra.[53] Is-santwarju nnifsu, oriġinarjament okkupat minn statwa ta' Vishnu u miftuħ fuq kull naħa, ġie magħluq bil-ħitan meta t-tempju ġie kkonvertit għall-Buddiżmu Teravada, u l-ħitan il-ġodda ġew iddekorati b'immaġnijiet ta' Buddha bilwieqfa. Fl-1934, il-konservatur George Trouvé wettaq skavi fil-fossa taħt is-santwarju ċentrali: din kienet mimlija bir-ramel u bl-ilma u t-teżori li kien fiha kienu diġà għosfru, madakollu rnexxielu jsib pedament indurat bid-deheb li x'aktarx meqjus bħala sagru, xi żewġ metri 'l fuq mil-livell tal-art.[54]

Dekorazzjoni immodifika
 
Id-devati u l-apsari huma dekorazzjonijiet karatteristiċi tal-istil ta' Angkor Wat.
 
Ir-riljiev imnaqqax taż-Żinglatura tal-Baħar tal-Ħalib juri lil Vishnu fin-nofs, il-fekruna tal-ilma tiegħu Avatar Kurma taħt, asuri u devi fuq ix-xellug u fuq il-lemin, u apsari u Indra fuqhom.

Angkor Wat x'aktarx li huwa magħruf l-iktar għad-dekorazzjoni estensiva tiegħu, li hija integrata mal-arkitettura tal-bini. L-iktar forma predominanti ta' dekorazzjoni hija r-riljievi mnaqqxin. Il-ħitan ta' ġewwa tal-gallerija esterna fihom sensiela ta' xeni fuq skala kbira li juru l-iktar episodji mill-ġrajjiet epiċi tal-Ħinduiżmu, ir-Ramayana u l-Mahabharata. Higham jgħid li huma "l-ikbar arranġament lineari magħruf ta' tinqix fil-ġebel".[55] Mir-rokna tal-Majjistral fid-direzzjoni kontra l-arloġġ, il-gallerija tal-Punent turi l-Battalja ta' Lanka (mir-Ramayana, fejn Rama jirbaħ kontra Ravana) u l-Battalja ta' Kurukshetra (mill-Mahabharata, li turi l-qerda reċiproka tal-klannijiet tal-Kaurava u tal-Pandava). Fil-gallerija tan-Nofsinhar hemm l-unika xena storika, purċissjoni fejn jidher Suryavarman II, imbagħad 32 infern u 37 ġenna tal-Ħinduiżmu.[56]

Fil-gallerija tal-Lvant hemm waħda mill-iktar xeni magħrufa, iż-Żinglatura tal-Baħar tal-Ħalib, li turi 92 asura u 88 deva jużaw is-serp Vasuki biex iħawwdu l-baħar taħt id-direzzjoni ta' Vishnu (Mannikka tgħodd 91 asura biss, u tispjega li n-numri asimetriċi jirrappreżentaw l-għadd ta' jiem mis-solstizju tax-xitwa sal-ekwinozju tar-rebbiegħa, u mill-ekwinozju sas-solstizju tas-sajf).[57] Imbagħad jidher Vishnu jirbaħ kontra l-asuri (xena li ġiet miżjuda fis-seklu 16). Il-gallerija tat-Tramuntana turi r-rebħa ta' Krishna fuq Bana (fejn skont Glaize, "is-sengħa tat-tinqix hija l-agħar waħda li nsibu fit-tempju").[58]

Angkor Wat huwa ddekorat b'immaġnijiet ta' apsari u ta' devati; hemm iktar minn 1,796 immaġni ta' devati fl-inventarju tar-riċerka attwali.[59] L-arkitetti ta' Angkor Wat użaw immaġnijiet żgħar ta' apsari (bejn 30 cm u 40 cm) bħala disinni dekorattivi fuq il-pilastri u l-ħitan. Dawn kienu jinkorporaw immaġnijiet ikbar ta' devati (b'ġisimhom kollu (bejn 95 cm u 110 cm) iktar prominenti f'kull livell tat-tempju mill-padiljun tad-dħul sal-qċaċet tat-torrijiet għoljin. Fl-1927, Sappho Marchal ippubblikat studju li jikkataloga d-diversità notevoli tal-fattizzi tal-apsari u tad-devati: xagħarhom, ix-xedd ornamentali ta' rashom, l-ilbies, il-pożi, il-ġojjellerija u l-fjuri dekorattivi. Marchal ikkonkludiet li dawn il-fattizzi kollha kienu bbażati fuq affarijiet li kienu jeżistu tassew fil-perjodu ta' Angkor.[60]

Tekniki tal-kostruzzjoni immodifika

 
Kuritur bil-kolonni lixxi

Il-ġebel, lixx daqs l-irħam illostrat, tqiegħed fuq xulxin mingħajr tkaħħil b'ġonturi li xi kultant diffiċli ħafna li ssib fejn qegħdin. Il-blokok kienu jinżammu ma' xulxin permezz ta' ġonturi apposta fejn kultant ġebla waħda tidħol ġol-oħra, u drabi oħra permezz ta' ġonturi bil-minċotti jew bl-użu tal-gravità. Il-blokok x'aktarx li tpoġġew f'posthom permezz ta' kombinament ta' iljunfanti, ħbula tal-kajjar, taljoli, u armar u fallakki tal-kostruzzjoni tal-bambù. Henri Mouhot innota li l-biċċa l-kbira tal-blokok kellhom toqob b'dijametru ta' 2.5 cm u fondi 3 cm, u li l-blokok il-kbar kellhom iktar toqob. Xi studjużi ssuġġerew li dawn it-toqob kienu jintużaw biex il-blokok jiġu kkollegati ma' xulxin b'vireg tal-ħadid, iżda oħra jsostnu li t-toqob kienu jintużaw biex fihom jitqiegħdu kavilji temporanji biex il-blokok ikunu jistgħu jitqiegħdu f'posthom.

 
Dekorazzjoni bit-tinqix f'waħda mill-irkejjen

Il-monument inbena b'madwar ħames sa għaxar miljun blokka tal-blat ramli, b'piż massimu ta' tunnellata u nofs kull blokka.[61] Fil-fatt, biex inbniet il-belt kollha ta' Angkor, kien hemm bżonn iktar ammonti ta' ġebel milli kien hemm bżonn għall-piramidi Eġizzjani kollha f'daqqa, u kienu jokkupaw erja ferm ikbar minn Pariġi ta' llum il-ġurnata. Barra minn hekk, għad-differenza tal-piramidi Eġizzjani li kienu jużaw il-ġebla tal-ġir minn barrieri xi nofs kilometru 'l bogħod mis-sit tal-kostruzzjoni, il-belt kollha ta' Angkor inbniet bil-blat ramli minn barrieri xi 40 km 'il bogħod.[62] Dan il-blat ramli kellu jiġi ttrasportat mill-Muntanja Kulen, barriera li tinsab xi 40 km fil-Grigal. Ġie ssuġġerit li r-rotta biex jitwassal il-ġebel kienet fil-fatt 35 km tul kanal mil-lag ta' Tonlé Sap, 35 km oħra min-naħa għall-oħra tal-lag, u fl-aħħar 15-il kilometru kontra l-kurrent tul ix-xmara ta' Siem Reap, biex b'hekk il-vjaġġ totali biex jinġiebu l-blokok kien jammonta għal 90 km. Madankollu, permezz tal-immaġnijiet satellitari, Etsuo Uchida u Ichita Shimoda tal-Università ta' Waseda f'Tokjo, il-Ġappun, fl-2011 skoprew kanal iqsar ta' 35 km li jikkollega l-Muntanja Kulen u Angkor Wat u t-tnejn li huma jemmnu li l-Khmer użaw din ir-rotta.[63]

Prattikament, is-superfiċi, il-kolonni, il-ħġur u saħansitra s-soqfa kollha minn barra huma mnaqqxin. Hemm kilometri sħaħ ta' riljievi li juru xeni mil-letteratura Indjana, pereżempju b'unikorni, grifuni, draguni bil-ġwienaħ jiġbdu karrijiet kif ukoll ġellieda jsegwu lill-mexxej tagħhom fuq dahar iljunfant u żeffiena nisa tas-smewwiet bi stili elaborati tax-xagħar. Il-ħitan tal-galleriji waħedhom huma ddekorati bi kważi 1,000 metru kwadru ta' riljievi. Xi toqob fuq uħud mill-ħitan ta' Angkor Wat jindikaw li jaf kienu ddekorati b'folji tal-bronż. Dawn kienu jintużaw ħafna fil-qedem u kienu wkoll l-ewwel ħaġa li kienu jitfgħu għajnejhom fuqhom il-ħallelin. Waqt l-iskavi ta' Khajuraho, Alex Evans, naġġar u skultur, ħoloq skultura tal-ġebel ta' 1.2 metru, u dam xi 60 jum biex inaqqaxha kollha.[64] Roger Hopkins u Mark Lehner wettqu esperimenti wkoll biex jaqtgħu l-ġebla tal-ġir u 12 il-ħaddiema tal-barrieri damu 22 jum biex jaqtgħu xi 400 tunnellata ta' ġebel.[65] Għaldaqstant il-forza tax-xogħol meħtieġa għall-barrieri, għat-trasport, għat-tinqix u għall-installazzjoni ta' tant blokok tal-blat ramli, x'aktarx li kienet tammonta għal eluf ta' artiġjani b'sengħa kbira. Il-ħiliet meħtieġa għat-tinqix ta' dawn l-iskulturi ġew żviluppati mijiet ta' snin qabel, kif jidher ċar minn xi artefatti li jmorru lura għas-seklu 7, qabel ma l-Khmer kisbu l-poter.[22][66]

Sit ta' Wirt Dinji immodifika

Il-kumpless ta' tempji ta' Angkor huwa wieħed mill-iktar siti arkeoloġiċi importanti fix-Xlokk tal-Asja. Fl-1992, il-kumpless ta' tempji ta' Angkor, li jinkludi diversi tempji bħal Angkor Wat, Angkor Thom, Banteay Srei u Bayon, ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Il-kumpless ta' tempji ta' Angkor ġie meqjus li għandu valur straordinarju universali abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem", ladarba l-kumpless jirrappreżenta l-firxa sħiħa tal-arti Khmer mis-seklu 9 sas-seklu 14 b'diversi kapulavuri; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ", ladarba l-influwenza tal-arti Khmer kif żviluppata f'Angkor kienet waħda qawwija fix-Xlokk tal-Asja u kellha rwol fundamentali fl-evoluzzjoni tagħha; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet", ladarba l-Imperu Khmer tas-sekli 9 sa 14 kellu rwol fl-iffurmar tal-iżvilupp politiku u kulturali fix-Xlokk tal-Asja u l-biċċa l-kbira tal-fdalijiet ta' dak l-imperu jinsabu fil-kumpless ta' tempji ta' Angkor; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem", ladarba l-arkitettura tal-Khmer evolviet ferm minn dik tas-sottokontinent Indjan u żviluppat il-karatteristiċi distinti tagħha b'mod indipendenti jew inkella minn tradizzjonijiet kulturali oħra ta' pajjiżi ġirien. Dan kollu sarraf f'orizzont artistiku ġdid fl-arti u fl-arkitettura orjentali.[67]

Angkor Wat illum immodifika

Restawr u konservazzjoni immodifika

Filmat tal-Fond Dinji għall-Monumenti dwar il-konservazzjoni ta' Angkor Wat

Bħal fil-każ tal-biċċa l-kbira ta' tempji antiki oħra fil-Kambodja, Angkor Wat ġarrab ħsarat u deterjorament estensivi minħabba l-veġetazzjoni tal-ġungla, il-fungi, iċ-ċaqliq tal-art, il-gwerer u s-serq. Madankollu, il-ħsarat mill-gwerer kienu limitati ħafna, meta mqabbla mal-bqija tal-fdalijiet tat-tempji fil-Kambodja. It-tempju rċieva wkoll l-iktar restawr bir-reqqa.[27]

Ir-restawr ta' Angkor Wat fl-era moderna beda bit-twaqqif tal-Conservation d'Angkor (l-Assoċjazzoni tal-Konservazzjon ta' Angkor) mill-École française d'Extrême-Orient (EFEO) fl-1908; qabel dik id-data, l-attivitajiet li saru fis-sit kellhom x'jaqsmu l-iktar mal-esplorazzjoni.[68][69] L-Assoċjazzjoni tal-Konservazzjoni ta' Angkor kienet responsabbli għall-attivitajiet tar-riċerka, tal-konservazzjoni u tar-restawr li twettqu f'Angkor sal-bidu tas-snin 70 tas-seklu 20, u restawr ewlieni ta' Angkor sar fis-snin 60 tas-seklu 20.[70] Madankollu, ix-xogħlijiet f'Angkor ġew abbandunati matul l-era tal-Khmer Rouge u l-Assoċjazzjoni tal-Konservazzjoni ta' Angkor sfaxxat fl-1975.[71] Bejn l-1986 u l-1992, l-Istħarriġ Arkeoloġiku tal-Indja wettaq xogħol ta' restawr fit-tempju[72], peress li Franza dak iż-żmien ma kinitx tirrikonoxxi lill-gvern tal-Kambodja. Tressqet kritika kemm rigward it-tentattivi bikrin ta' restawr tal-Franċiżi u partikolarment rigward it-tentattivi ta' wara tal-Indjani, u kien hemm tħassib dwar il-ħsara li saret fis-superfiċe tal-ġebla bl-użu ta' sustanzi kimiċi u tal-konkoż.[27][73][74]

 
Ir-ras restawrata ta' naga maġenb iljun mhux restawrat fil-bidu ta' mogħdija għolja li twassal għad-daħla ta' Angkor Wat. Il-kuntrast bejn l-istatwi restawrati u mhux restawrati huwa intenzjonat. L-ikbar restawr tal-mogħdija għolja nbeda għall-ewwel darba fis-snin 60 tas-seklu 20 mill-Franċiżi.

Fl-1992, wara li Norodom Sihanouk appella għall-għajnuna tal-komunità internazzjonali, Angkor Wat ġie elenkat fl-istess ħin fil-lista tal-UNESCO ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-periklu (u mbagħad tneħħa fl-2004) u fil-lista tal-UNESCO ta' Siti ta' Wirt Dinji.[75][76] Fl-1994 ġew stabbiliti żoni ta' lqugħ biex is-sit ta' Angkor ikun protett. Barra minn hekk, APSARA ġiet stabbilita fl-1995 biex tipproteġi u tiġġestixxi s-sit kollu, u fl-1996 għaddiet liġi biex il-wirt tal-Kambodja jiġi protett.[77][78]

Għadd ta' pajjiżi bħal Franza, il-Ġappun u ċ-Ċina huma attwalment involuti f'diversi proġetti ta' konservazzjoni ta' Angkor Wat. Il-Proġett Ġermaniż ta' Konservazzjoni tal-Apsari (GACP) qed jaħdem biex jipproteġi l-apsari, id-devati u r-riljievi l-oħra li jiddekoraw it-tempju, biex ma ssirilhomx ħsara. L-istħarriġ tal-organizzazzjoni sab li madwar 20 % tad-devati qegħdin f'kundizzjoni ħażin ħafna, l-iktar minħabba l-erożjoni naturali u d-deterjorament tal-ġebla, iżda anke minħabba l-isforzi tar-restawr li kienu saru. Xogħol ieħor jinvolvi t-tiswija tas-sezzjonijiet tal-istruttura li ċedew, u l-prevenzjoni kontra ċedimenti oħra: il-faċċata tal-Punent tal-livell ta' fuq, pereżempju, ilha mirfuda bl-armar tar-restawr mill-2002, filwaqt li tim Ġappuniż temm ir-restawr tal-librerija tat-Tramuntana tal-binja esterna fl-2005.

Il-Fond Dinji għall-Monumenti beda x-xogħol ta' konservazzjoni tal-Gallerija taż-Żinglatura tal-Baħar tal-Ħalib fl-2008 wara diversi snin ta' studji dwar il-kundizzjoni li kienet tinsab fiha. Il-proġett irrestawra s-sistema tradizzjonali ta' kif il-Khmer kienu jsaqqfu l-binjiet u tneħħa l-konkoż li kien intuża fit-tentattivi ta' restawr ta' qabel li kienu rriżultaw f'imluħa li bdew jakkumulaw fl-istruttura wara r-riljievi, u jeqirdu l-kulur u jikkawżaw ħsara lis-superfiċi skolpiti. Il-fażi ewlenija tax-xogħol intemmet fl-2012, u l-komponent finali kien l-installazzjoni tat-truf tas-saqaf tal-gallerija fl-2013.

Instab li rita mikrobika kienet qed tiddegrada l-blat ramli ta' Angkor Wat, Preah Khan, Bayon u Prasat tal-Punent f'Angkor.[79] Iċ-ċjanobatterji b'filamenti reżistenti għad-deidratazzjoni u għar-radjazzjoni jistgħu jipproduċu aċidi organiċi li jiddegradaw il-ġebla. F'kampjuni interni u esterni ta' Preah Khan instab fungu skur bil-filamenti, filwaqt li l-alga Trentepohlia nstabet biss f'kampjuni li ttieħdu mill-ġebel estern imtebba' bir-roża f'Preah Khan. Ġew prodotti repliki biex jissostitwixxu uħud mill-iskulturi li ntilfu jew li ġew danneġġati.[80]

Turiżmu immodifika

 
Patri Buddist jagħti barkiet lil turist.

Mis-snin 90 tas-seklu 20, Angkor Wat sar destinazzjoni turistika ewlenija. Fl-1993, kien hemm biss 7,650 viżitatur[81]; sal-2004, iċ-ċifri tal-gvern urew li dik is-sena kienu waslu 561,000 viżitatur barrani fil-provinċja ta' Seam Reap, bejn wieħed u ieħor 50 % tat-turisti barranin kollha fil-Kambodja.[82] Il-viżitaturi qabżu ċ-ċifra ta' miljun fl-2007, u sal-2012 qabżu ż-żewġ miljuni. Il-maġġoranza żaru t-tempju ta' Angkor Wat, li laqa' iktar minn żewġ miljun turist barrani fl-2013[83], u 2.6 miljuni sal-2018.[84] Is-sit ġie ġestit mill-grupp privat SOKIMEX bejn l-1990 u l-2016[85], li krew is-sit mill-gvern tal-Kambodja. Il-fluss ta' turisti s'issa ma tantx ikkawża ħsara, ħlief xi graffiti; tpoġġa taraġ tal-injam fuq it-taraġ u l-art tal-ġebel biex ma ssirx ħsara mill-passi kontinwi u tpoġġew ħbula mad-dawra tar-riljievi biex it-turisti ma jersqux wisq viċin tagħhom. It-turiżmu pprovda wkoll fondi addizzjonali għall-manutenzjoni tas-sit. Mis-sena 2000, kważi 28 % tad-dħul mill-biljetti tas-sit ta' Angkor Wat intefaq fuq il-manutenzjoni tat-tempji, għalkemm il-biċċa l-kbira tax-xogħol jitwettaq mit-timijiet sponsorjati mill-gvernijiet barranin iktar milli mill-awtoritajiet tal-Kambodja.[86]

Peress li Angkor Wat esperjenza tkabbir sinifikanti fit-turiżmu tul is-snin, l-UNESCO u l-Kumitat ta' Koordinazzjoni Internazzjonali tagħha għas-Salvagwardja u l-Iżvilupp tas-Sit Storiku ta' Angkor (ICC), flimkien mar-rappreżentanti mill-Gvern Irjali u minn APSARA, organizzaw seminars biex jiġi diskuss il-kunċett ta' "turiżmu kulturali". Bit-tir li jiġi evitat it-turiżmu kummerċjali u tal-massa, is-seminars saħqu fuq l-importanza li jkun hemm akkomodazzjoni u servizzi ta' kwalità għolja sabiex il-gvern tal-Kambodja jkun jista' jibbenefika b'mod ekonomiku, filwaqt li tiġi inkorporata r-rikkezza tal-kultura tal-Kambodja. Fl-2001, dan l-inċentiv irriżulta fil-kunċett tal-"Belt Turistika ta' Angkor" biex tiġi żviluppata b'rispett għall-arkitettura Khmer tradizzjonali, u jkun fiha faċilitajiet turistiċi u tad-divertiment, filwaqt li tipprovdi lukandi lussużi li jkunu jistgħu jlaħħqu man-numru kbir ta' turisti.[87]

 
Ammont kbir ta' turisti jistennew ix-xemx tiela' quddiem għadira bir-rifless ta' Angkor Wat

Il-prospettiva li jiġu żviluppati akkomodazzjonijiet tant kbar wasslet għal tħassib kemm minn APSARA kif ukoll mill-ICC, li sostnew li l-iżviluppi turistiċi preċedenti fiż-żona injoraw ir-regolamenti dwar il-kostruzzjoni u jekk ikun hemm iktar minn dawn il-proġetti, x'aktarx li jkollhom il-potenzjal li jeqirdu l-pajsaġġ karatteristiku. Barra minn hekk, is-skala kbira ta' dawn il-proġetti bdiet thedded il-kwalità tas-sistemi tal-ilma, tad-dranaġġ u tal-elettriku tal-belt qrib Angkor. Ġie nnotat li frekwenza tant kbira ta' turiżmu u ż-żieda fid-domanda għal akkomodazzjonijiet ta' kwalità fiż-żona, kif ukoll l-iżvilupp ta' awtostrada kbira, kellhom effett dirett fuq l-ilma tal-pjan, u sussegwentement bdew joħonqu l-istabbiltà strutturali tat-tempji ta' Angkor. Il-popolazzjoni lokali ta' Siem Reap leħħnet it-tħassib tagħha li l-pajsaġġ u l-atmosfera tal-belt kienet qed tiġi kompromessa favur it-turiżmu. Peress li din l-atmosfera lokali hija l-komponent ewlieni għal proġetti bħall-Belt Turistika ta' Angkor, l-uffiċjali lokali qed ikomplu jiddiskutu kif jista' jirnexxielhom jinkorporaw it-turiżmu fil-futur mingħajr ma jissagrifikaw il-valuri u l-kultura lokali.[87]

Fil-Forum dwar it-Turiżmu tal-ASEAN, ġie miftiehem li jkun hemm ġemellaġġ tal-provinċji u tas-siti ta' Borobodur fl-Indoneżja u ta' Angkor Wat fil-Kambodja.[88]

Referenzi immodifika

  1. ^ a b Cambodian-English Dictionary by Robert K. Headley, Kylin Chhor, Lam Kheng Lim, Lim Hak Kheang, and Chen Chun (1977, Catholic University Press)
  2. ^ "Largest religious structure" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  3. ^ "Angkor Wat - National Geographic Society" (bl-Ingliż). 2013-03-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-02-07. Miġbur 2021-02-25. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  4. ^ a b "Recycling Monuments: The Hinduism/Buddhism Switch at Angkor. CyArk". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  5. ^ Higham, C. (2014). Early Mainland Southeast Asia. Bangkok: River Books Co., Ltd. pp. 372, 378–379. ISBN 978-616-7339-44-3.
  6. ^ Atlas of the World's Religions. Oxford university press. p. 93.
  7. ^ "Angkor Wat | Description, Location, History, Restoration, & Facts" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  8. ^ "Cambodia - The World Factbook". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  9. ^ a b "Jarus, Owen (5 April 2018). "Angkor Wat: History of Ancient Temple". Live Science". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  10. ^ Khmer dictionary adopted from Khmer dictionary of Buddhist institute of Cambodia, p. 1424, pub. 2007.
  11. ^ Chuon Nath Khmer Dictionary (1966, Buddhist Institute, Phnom Penh)
  12. ^ a b Falser, Michael (16 December 2019). Angkor Wat – A Transcultural History of Heritage: Volume 1: Angkor in France. From Plaster Casts to Exhibition Pavilions. Volume 2: Angkor in Cambodia. From Jungle Find to Global Icon. Walter de Gruyter GmbH & Co KG. p. 12. ISBN 978-3-11-033584-2.
  13. ^ J. Hackin; Clayment Huart; Raymonde Linossier; Raymonde Linossier; H. de Wilman Grabowska; Charles-Henri Marchal; Henri Maspero; Serge Eliseev (1932). Asiatic Mythology:A Detailed Description and Explanation of the Mythologies of All the Great Nations of Asia. p. 194. ISBN 978-81-206-0920-4.
  14. ^ Daguan Zhou (2007). A Record of Cambodia: The Land and Its People. Translated by Peter Harris. Silkworm Books.
  15. ^ Coedès, George (1968). Walter F. Vella (ed.). The Indianized States of Southeast Asia. trans.Susan Brown Cowing. University of Hawaii Press. p. 164. ISBN 978-0-8248-0368-1.
  16. ^ "Angkor Wat | Description, Location, History, Restoration, & Facts" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  17. ^ Glaize, The Monuments of the Angkor Group p. 59.
  18. ^ Stan Fukawa / 6 Nov 2014, Masako Fukawa. "Japanese Diaspora - Cambodia" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  19. ^ Higham, The Civilization of Angkor pp. 1–2.
  20. ^ "Brief Presentation by Venerable Vodano Sophan Seng" (PDF). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  21. ^ Penny Edwards (2007).Cambodge: The Cultivation of a Nation, 1860–1945 ISBN 978-0-8248-2923-0
  22. ^ a b Time Life Lost Civilizations series: Southeast Asia: A Past Regained (1995). pp. 67-99.
  23. ^ Falser, Michael (2013). From Gaillon to Sanchi, from Vézelay to Angkor Wat. The Musée Indo-Chinois in Paris: A Transcultural Perspective on Architectural Museums.
  24. ^ Glaize p. 59.
  25. ^ "Kuster, Brigitta. "On the international colonial exhibition in Paris 1931 | transversal texts". transversal.at". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  26. ^ Falser, Michael: Clearing the Path towards Civilization – 150 Years of "Saving Angkor". In: Michael Falser (ed.) Cultural Heritage as Civilizing Mission. From Decay to Recovery. Springer: Heidelberg, New York, pp. 279–346.
  27. ^ a b ċ "Russell Ciochon & Jamie James (14 October 1989). "The Battle of Angkor Wat". New Scientist. pp. 52–57". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  28. ^ "Cambodian Flag History". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  29. ^ Falser, Michael (2011). Krishna and the Plaster Cast. Translating the Cambodian Temple of Angkor Wat in the French Colonial Period.
  30. ^ "New discoveries redefine Angkor Wat's history" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  31. ^ Fleming, Stuart (1985). "Science Scope: The City of Angkor Wat: A Royal Observatory on Life?". Archaeology. 38 (1): 62–72.
  32. ^ a b Freeman u Jacques p. 48.
  33. ^ Glaize p. 62.
  34. ^ Coedès, George (1968). Walter F. Vella (ed.). The Indianized States of Southeast Asia. trans.Susan Brown Cowing. University of Hawaii Press. p. 162. ISBN 978-0-8248-0368-1.
  35. ^ a b Higham, The Civilization of Angkor p. 118.
  36. ^ Scarre, Chris, ed. (1999). The Seventy Wonders of the Ancient World. London: Thames & Hudson. pp. 81–85.
  37. ^ Stencel, Robert; Gifford, Fred; Morón, Eleanor (1976). "Astronomy and Cosmology at Angkor Wat". Science. 193 (4250): 281–287.
  38. ^ "Mannikka, Eleanor. "Angkor Wat, 1113–1150". Arkivjat 20-07-2011". Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-07-20. Miġbur 2021-02-25. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  39. ^ ""Transcript of Atlantis Reborn", broadcast BBC2". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  40. ^ ""How countries around the world celebrate the spring equinox". www.msn.com. Arkivjat 04-10-2018". Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-10-04. Miġbur 2021-02-25. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  41. ^ "Ankgor Wat, Cambodia". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  42. ^ German Apsara Conservation Project Building Techniques, p. 5.
  43. ^ Glaize p. 25.
  44. ^ Freeman u Jacques p. 29.
  45. ^ "Ta Reach Statue at Angkor Wat in Angkor Archaeological Park, Cambodia" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  46. ^ Fletcher, Roland; Evans, Damian; Pottier, Christophe; Rachna, Chhay (December 2015). "Angkor Wat: An introduction". Antiquity. 89 (348): 1395.
  47. ^ a b Freeman u Jacques p. 49.
  48. ^ Glaize p. 61.
  49. ^ a b Freeman u Jacques p. 50.
  50. ^ Glaize p. 63.
  51. ^ Ray, Lonely Planet guide to Cambodia p. 195.
  52. ^ Ray p. 199.
  53. ^ Briggs p. 199.
  54. ^ Glaize p. 65.
  55. ^ Higham, Early Cultures of Mainland Southeast Asia p. 318.
  56. ^ Glaize p. 68.
  57. ^ "Churning the Ocean of Milk by Michael Buckley". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  58. ^ Glaize p. 69.
  59. ^ "Angkor Wat devata inventory – Frar 2010. Arkivjat 23-04-2010". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-04-23. Miġbur 2021-02-25. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  60. ^ Sappho Marchal, Khmer Costumes and Ornaments of the Devatas of Angkor Wat.
  61. ^ Ghose, Tia. "Mystery of Angkor Wat Temple's Huge Stones Solved" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  62. ^ "Lost City of Angkor Wat". National Geographic.
  63. ^ Uchida, Etsuo; Shimoda, Ichita (2013). "Quarries and transportation routes of Angkor monument sandstone blocks". Journal of Archaeological Science. 40 (2): 1158–1164. ISSN 0305-4403.
  64. ^ "Lost Worlds of the Kama Sutra". History channel.
  65. ^ Lehner, Mark (1997). The Complete Pyramids, London: Thames and Hudson, pp. 202–225 ISBN 0-500-05084-8.
  66. ^ Scarre, Chris, ed. (1999). The Seventy Wonders of the Ancient World. London: Thames & Hudson. pp. 81–85.
  67. ^ UNESCO, World Heritage Centre. "Angkor" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  68. ^ ""Considerations for the Conservation and Presentation of the. Historic City of Angkor" (PDF). World Monuments Fund. p. 65. Arkivjat 16-05-2011" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2011-05-16. Miġbur 2021-02-25. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  69. ^ "EFEO - Centres - Siem Reap". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  70. ^ Cambodia. Lonely Planet. 2010. p. 157. ISBN 978-1-74179-457-1.
  71. ^ Kapila D. Silva; Neel Kamal Chapagain, eds. (2013). Asian Heritage Management: Contexts, Concerns, and Prospects. Routledge. pp. 220–221. ISBN 978-0-415-52054-6.
  72. ^ "Archaeological Survey of India". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  73. ^ Shenon, Philip (1992-06-21). "Washing Buddha's Face (Published 1992)". The New York Times (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  74. ^ Kapila D. Silva; Neel Kamal Chapagain, eds. (2013). Asian Heritage Management: Contexts, Concerns, and Prospects. Routledge. p. 223. ISBN 978-0-415-52054-6
  75. ^ Michael Falser, ed. (2015). Cultural Heritage as Civilizing Mission: From Decay to Recovery. Springer International. p. 253. ISBN 978-3-319-13638-7.
  76. ^ Albert Mumma; Susan Smith (2012). Poverty Alleviation and Environmental Law. ElgarOnline. p. 290. ISBN 978-1-78100-329-9.
  77. ^ Yorke M. Rowan; Uzi Baram (2004). Marketing Heritage: Archaeology and the Consumption of the Past. AltaMira Press. p. 123. ISBN 978-0-7591-0342-9.
  78. ^ "Hing Thoraxy. "Achievement of "APSARA". Arkivjat 03-03-2001". Arkivjat mill-oriġinal fl-2001-03-03. Miġbur 2021-02-25. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  79. ^ Gaylarde CC; Rodríguez CH; Navarro-Noya YE; Ortega-Morales BO (February 2012). "Microbial biofilms on the sandstone monuments of the Angkor Wat Complex, Cambodia". Current Microbiology. 64 (2): 85–92.
  80. ^ "Restoring ancient monuments at Cambodia's Angkor Wat". BBC News (bl-Ingliż). 2012-08-20. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  81. ^ Smith, Justine (2007-02-25). "Tourist invasion threatens to ruin glories of Angkor Wat" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  82. ^ "Cambodia Tourism Statistics - Tourist Information Center | Tourism Cambodia" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  83. ^ Muyhong, Chan. "Ticket sales at Angkor Wat exceed 2 million" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  84. ^ "Angkor hosts 2.6M visitors" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  85. ^ "Ticket revenue at Angkor complex up 8 percent" (bl-Ingliż). 2019-01-01. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  86. ^ "Tales of Asia - Ang Choulean". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  87. ^ a b Winter, Tim (2007). "Rethinking tourism in asia". Annals of Tourism Research. 34: 27–44.
  88. ^ "Borobudur, Angkor Wat to become sister sites - The Jakarta Post" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)