Alġerija

stat sovran fit-Tramuntana tal-Afrika

L-Alġerija, uffiċjalment ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija, hija pajjiż fit-Tramuntana tal-Afrika li tmiss mal-Marokk u mas-Saħara tal-Punent fil-Punent, mal-Mauritania u mal-Mali fil-Lbiċ, man-Niġer fix-Xlokk, u mal-Libja u mat-Tuneżija fil-Lvant, bil-baħar Mediterran fit-Tramuntana. L-Alġerija tagħmel parti mir-reġjun tal-Magreb. Minħabba d-deżert tas-Saħara, li jokkupa kważi l-pajjiż kollu, il-maġġoranza tal-popolazzjoni tgħix fit-Tramuntana, fejn għalkemm huwa ddominat mill-muntanji tal-Atlas, hemm art fertili kif ukoll aċċess għall-baħar. B'erja ta' 2,381,741 kilometru kwadru, l-Alġerija hija l-ikbar pajjiż fl-Afrika, u l-għaxar l-ikbar pajjiż fid-dinja.[1] Il-pajjiż għandu popolazzjoni ta' 44 miljun ruħ, li jagħmlu it-32 l-aktar pajjiż popolat fid-dinja. L-Alġier hija l-belt kapitali kif ukoll l-ikbar belt fil-pajjiż.

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija
الجمهورية الجزائرية الديمقراطية الشعبية
al-Jumhūriyya al-Jazāʾiriyya ad-Dīmuqrāṭiyya aš Šaʿbiyya
(Għarbi)
République algérienne démocratique et populaire (Franċiż)
الجمهورية الجزائرية الديمقراطية الشعبية al-Jumhūriyya al-Jazāʾiriyya ad-Dīmuqrāṭiyya aš Šaʿbiyya (Għarbi) République algérienne démocratique et populaire (Franċiż) – Bandiera الجمهورية الجزائرية الديمقراطية الشعبية al-Jumhūriyya al-Jazāʾiriyya ad-Dīmuqrāṭiyya aš Šaʿbiyya (Għarbi) République algérienne démocratique et populaire (Franċiż) – Emblema
Mottu: بالشعب وللشعب
"Mill-poplu, għall-poplu"
Innu nazzjonali: Kassaman
"Naħilfu"
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Alger
Lingwi uffiċjali Għarbi, Berberu
Gruppi etniċi  75%–85% Għarab 15%–25% Berberi
Gvern Repubblika Unitarja Semi-presidenzjali
 -  President Abdelmadjid Tebboune
 -  Prim Ministru Aymen Benabderrahmane
Indipendenza (minn Franza)
 -  Rikonoxxuta 3 ta' Lulju, 1962 
 -  Iddikjarata 5 ta' Lulju, 1962 
Erja
 -  Total 2,381,741 km2 (10)
919,595 km2 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 1.1
 -  Densità 17.7/km2 (168)
45.8/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2022
 -  Total $708.568 biljun (43)
 -  Per capita $13,321 (111)
PGD (nominali) stima tal-2022
 -  Total $190.155 biljun (58)
 -  Per capita $4,151 (130)
Gini (2011) 27.6 (baxx
IŻU (2021) 0.745 (għoli) (91)
Valuta Dinar (DZD)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
Kodiċi telefoniku 213
TLD tal-internet .dz, الجزائر.
Organizzazzjoni territorjali
Mappa
Algiers, الجزائر, Alger (Minn fuq, mix-xellug għal-lemin: Kosta, Tifkira tal-Martri, Bini Ahmed Francis, Bażilika tal-Madonna tal-Afrika, Uffiċċju tal-Posta Ċentrali, Moskea Ketchaoua, Port)
Pittura ta' mara Kabyle bil-kostum folkloristiku, Iqbayliyen (Kabily) القبائل (Għarbi)

Inizjalment, fl-Alġerija kien hemm ir-renjijiet tan-Numidjani u l-Mauretani, qabel ma saret kolonizzazzjoni mill-Feniċi u mill-Kartaġiniżi, li wara ġew maħkuma mir-Rumani. Wara li waqgħet Ruma ġie mwaqqaf ir-renju tal-Vandali, u iktar tard, wara perjodu qasir taħt il-Biżantini, l-Alġerija rat diversi renji u dinastiji Għarab. Fl-1516 l-Alġerija ġiet taħt l-Ottomani, fejn waqt dan il-perjodu il-belt tal-Alġier saret waħda mill-ikbar u l-iktar bliet sinjuri fid-dinja, sakemm fl-1830 invadiet Franza. Taħt il-Franċiżi, l-Alġerija rat seklu diffiċli, tant illi wara massakri f' Sétif u Guelma fl-1945, faqqgħet il-Gwerra Alġerina fl-1954, li spiċċat fil-5 ta Lulju 1962 bl-Alġerija ħielsa bħala pajjiż independenti.

Il-lingwi uffiċjali tal-Alġerija huma l-Għarbi u l-Berberu, iżda il-lingwa primarja li tintuża hija l-Għarbi Alġerin. Il-Franċiz jintuża wkoll f'ċerti kuntesti governattivi u edukattivi, imma l-lingwa m'għandha l-ebda status uffiċjali. Il-maġġoranza tal-popolazzjoni hija Għarbija u l-ikbar reliġjon huwa l-Iżlam.[2]

L-Alġier (bl-Għarbi: الجزائر, romanizzat: al-Jazāʾir; bil-Franċiż: Alġer) huwa l-kapitali u l-akbar belt tal-Alġerija. Il-popolazzjoni tal-belt fiċ-ċensiment tal-2008 kienet 2,988,145 ruħ u fl-2020 kienet stmata li kienet madwar 4,500,000 ruħ. L-Alġier jinsab fil-parti taċ-ċentru tat-Tramuntana tal-Alġerija.

L-Alġier jinsab fuq in-naħa tal-Punent tal-Bajja ta' Alġier, fil-Baħar Mediterran. Il-parti moderna tal-belt hija mibnija fuq l-art invelli ma' xatt il-baħar; il-parti l-qadima, il-belt antika tad-deys, titla' l-għoljiet wieqfa wara l-belt moderna u fil-quċċata hemm il-kasbah jew iċ-ċittadella (Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO), 122 metru (400 pied) 'il fuq mill-baħar. Il-kasbah u ż-żewġ mollijiet jiffurmaw triangolu (laqmijiet: l-Alġier l-Abjad; l-Alġier li Jsaħħrek).

Referenzi immodifika

  1. ^ "Largest countries in Africa". Statista (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-15.
  2. ^ Algeria (bl-Ingliż). Central Intelligence Agency. 2023-05-09. Miġbur 2023-05-15.