Festival tal-Eurovision 2008
Il-Festival tal-Eurovision 2008 kien it-53 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision u sar ġewwa Belgrad, il-belt kapitali tas-Serbja. Iż-żewġ semifinali saru ġew organizzati ġewwa il-Belgrade Arena (Београдска Арена) li hija waħda mill-ikbar areni ġewwa l-Ewropa, b'kapaċità ta' 'l fuq minn 20,000 post. Is-Serbja rebħet d-dritt li tospita il-festival wara li Marija Šerifović rebħet il-festival tal-2007 ġewwa Ħelsinki, fil-Finlandja. L-istazzjon nazzjonali tas-Serbja, RTS, kien responsabbli li jorganizza l-produzzjoni.
Festival tal-Eurovision 2008 "The Confluence of Sound" | |
---|---|
Dati | |
Data tal-1el semifinali | 20 ta' Mejju 2008 |
Data tal-2ni semifinali | 22 ta' Mejju |
Data tal-finali | 24 ta' Mejju 2008 |
Ospitu | |
Sala | Belgrade Arena, Belgrad, Serbja[1] |
Preżentatur(i) | Jovana Janković[2] Željko Joksimović[2] |
Direttur | Sven Stojanovic |
Att tal-ftuħ | Marija Šerifović tkanta Moltiva(remix) (Finali) Video killed a radio star (SF1) Serbia for beginners akkumpanjati minn Konstantin Kostjukov (SF2) |
Att tal-intervall | Goran Bregović (Finali) Metropole Orkest, Slobodan Trkulja, Balkanopolis (SF 1) Teatru Nazzjonali f'Belgrad (SF2) |
Parteċipanti | |
Numru ta' parteċipanti | 43: 19 f'kull semifinali; 25 fil-finali, 10 minnhom ġew minn kull semifinali. |
Pajjiżi li rritornaw | ħadd |
Pajjiżi li rtiraw | Awstrija[3] |
Vote | |
Kanzunetta rebbieħa | Dima Bilan "Believe" |
Festival tal-Eurovision | |
◄2007 2009► |
Svante Stockselius, ikkonferma fit-28 ta' Settembru 2007 li l-EBU approvaw il-pjan li jseħħu żewġ semifinali qabel il-finali tal-2008.[4] Dan ġie deċiż minħabba kummenti kemm mid-delegazzjonijiet, inkluża dik Maltija, u anki mill-ammiraturi li gergru li l-festival qed isir wisq falz bil-pajjiżi tal-Lvant kollha jivvutaw għal xulxin waqt li dawk tal-Punent isibuha bi tqil biex joħorġu mis-semifinali. Iż-żewġ semifinali ixxandru kontemporanjament u l-pajjiżi kellhom l-obbligu li juru s-semifinali li qegħdin jikkompetu fiha f'xandira diretta waqt li l-oħra setgħu jxandruha wara jekk iridu, minkejja li ma kinux obbligati. Pajjiż seta' jivvota biss ġewwa s-semifinali li kien qiegħed jieħu sehem fiha.
Fl-14 ta' Settembru, is-sindku ta' Ħelsinki ta ċ-"Ċwievet tal-Eurovision" lid-deputat ta' Belgrad. Hemm il-ħsieb li din iċ-ċeremonja issir kull sena u li ċ-ċurkett ikollu ċavetta minn kull belt li ospitat il-festival.[5]
Minħabba xi problemi u rvellijiet f'Belgrad, rigward l-indipendenza tal-Kosovo, fit-22 ta' Frar 2008, l-EBU għamlet konferenza biex jiddeċiedu jekk il-festival isirx f'xi belt oħra. L-Ukrajna kienet ikkunsidrata bħala għażla minħabba li kienu spiċċaw it-tieni fl-edizzjoni preċedenti. YLE kienu għażla oħra, hekk kif huma ospitaw l-edizzjoni tal-kompetizzjoni tas-sena ta' qabel f'Ħelsinki, il-Finlandja.[6] ERT offriet ukoll li tospita l-festival f'Ateni, il-Greċja.[7] Wara ġie deċiż li l-edizzjoni tal-2008 se ssir xorta f'Belgrad, bl-EBU tagħti l-appoġġ tagħha. RTS ingħatat garanzija ta' sigutà mill-gvern Serb għall-viżitaturi u l-parteċipanti kollha.[8] Għalhekk, id-delegazzjonijiet tal-Kroazja, tal-Iżrael u tal-Albanija ingħataw sigurtà speċjali.[9] Il-festival kien ospitat minn Jovana Janković u Željko Joksimović.[2] Jelena Tomašević irrapreżentat lis-Serbja b'kanzunetta bil-kompożizzjoni ta' Joksimović; din ġabet dibattitu dwar l-irwol tiegħu fil-festival.[10]
Format
immodifikaDin l-edizzjoni ġiet maqsuma fi tliet serati, fejn għall-ewwel darba ġiet introdotta s-sistemà taż-żewġ semifinali. Kull xandar kien obbligat li jxandar is-semifinali li jkun qed jieħu sehem fiha, bix-xandira tas-semifinali l-oħra tkun waħda oppzjonali. Il-poloz tal-allokazzjoni tas-semifinali saru fil-Belgrade City Hall nhar it-Tnejn 28 ta' Jannar 2008 fis-siegħa ta' wara nofsinhar (ħin ta' Malta), u kienet kondotta minn żeffiena tan-"National Dance Ensemble KOLO". L-ewwel, żewġ enveloppi bl-'Ewwel Semi-Finali' u bit-'Tieni Semi-Finali' ġew mtellgħin. Wara, tliet pajjiżi minn kull urna ġew magħżula bix-xorti biex jieħdu sehem fl-ewwel semifinali, waqt li tlieta oħra fit-tieni waħda. Il-pajjiż li kien għad baqa' fil-ħames urna ħa sehem fis-semifinali tal-ewwel envelop li tela', waqt li l-pajjiż li kien għad baqa' fis-sitt urna ħa sehem fit-tieni wieħed.[11]
Il-finalisti awtomatiċi setgħu jagħżlu jekk ixandrux iż-żewġ semifinali jew waħda biss, imma t-telespettaturi setgħu jivvutaw f'waħda biss. Mill-poloz ġie deċiż liema mill-ħames finalisti se jxandar u jista' jivvota miż-żewġ semifinali. Is-semifinali ixxandru diretti fuq is-sit elettroniku tal-Eurovision, eurovision.tv. L-aqwa disa' kanzunetti mill-votazzjoni tal-pajjiżi ikkwalifikaw għall-finali, waqt li l-għaxar waħda kienet determinata mill-ġurija. Ħamsa u għoxrin kanzunetta se jikkompetu fil-finali.
Allokazzjoni tas-semifinali
immodifikaFl-24 ta' Jannar 2008, it-38 pajjiż fis-semifinali ġew separati f'urni bbażat skond l-istorja tal-votazzjoni u l-lokazzjoni ġeografika:
Urna 1 | Urna 2 | Urna 3 | Urna 4 | Urna 5 | Urna 6 |
---|---|---|---|---|---|
Pajjiżi parteċipanti
immodifikaFil-21 ta' Diċembru 2007, l-EBU ikkonfermat li 43 pajjiż kienu se jieħdu sehem fl-edizzjoni ta' Belgrad.[12] San Marino, flimkien mal-membri ġodda tal-EBU, l-Ażerbajġan, għamlu d-debutt fil-konkors tal-2008. L-Awstrija ma ħaditx sehem; l-istazzjon tagħha ORF stqarrew li skont dak li raw fl-2007 ma kinitx il-kwalita tal-kanzunetta, imma l-pajjiż oriġini kien dak li jiddetermina kollox.[3] L-Italja, ma għamiltx ir-ritorn tagħha wara nuqqas mill-1997 mill-kompetizzjoni, waqt li l-Islovakkja kienet assenti minħabba problemi ta' baġit.
Dawn il-pajjiżi kkompetew f'żewġ semifinali li xxandru dirett nhar it-Tlieta 20 ta' Mejju u l-Ħamis 22 ta' Mejju 2008. Aktar minn hekk, il-finalisti awtomatiċi tal-Ġermanja u Spanja eżeerċitaw id-dritt tal-votazzjoni fl-ewwel semifinali. Franza, ir-Renju Unit u s-Serbja ivvutaw fit-tieni waħda. Spanja u Franza xandru biss is-semifinali fejn kienu se jivvutaw; il-Ġermanja, is-Serbja u r-Renju Unit xandru t-tnejn.
Finali
immodifikaIl-finalisti huma:
- l-erba' pajjiżi li jikkwalifikaw awtomatikament kull sena li huma Franza, il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit;
- il-pajjiż ospitu tas-Serbja;
- l-ewwel disa' pajjiżi mill-ewwel semifinali flimkien ma' post riservat magħżul mill-ġurija
- l-ewwel disa' pajjiżi mit-tieni semifinali flimkien ma' post riservat magħżul mill-ġurija
Il-finali saret fl-24 ta' Mejju 2008 u ġiet mirbuħa mir-Russja.
# | Pajjiż | Artist | Kanzunetta | Traduzzjoni | Pożizzjoni | Punti |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | Rumanija | Nico u Vlad | "Pe-o Margine de Lume" | Fuq ix-Xifer tad-Dinja | 20 | 45 |
2 | Renju Unit | Andy Abraham | "Even If" | Anke Kieku | 25* | 14 |
3 | Albanija | Olta Boka | "Zemrën e lamë peng" | Qlub Mitlufa fiż-Żmien | 17 | 55 |
4 | Ġermanja | No Angels | "Disappear" | Sparixxi | 23* | 14 |
5 | Armenja | Sirusho | "Qélé, Qélé" | Ejja, Ejja | 4 | 199 |
6 | Bosnja-Ħerzegovina | Laka | "Pokušaj" | Esperimenta | 10 | 110 |
7 | Iżrael | Boaz | "The Fire In Your Eyes" | In-Nar f'Għajnejk | 9 | 124 |
8 | Finlandja | Teräsbetoni | "Missä miehet ratsastaa" | Fejn Jirkbu l-Irġiel | 22 | 35 |
9 | Kroazja | Kraljevi Ulice u 75 cents | "Romanca" | Rumanz | 21 | 44 |
10 | Polonja | Isis Gee | "For Life" | Għall-Ħajja | 24* | 14 |
11 | Iżlanda | Euroband | "This is My Life" | Din Hi Ħajti | 14 | 64 |
12 | Turkija | Mor ve Ötesi | "Deli" | Miġnun | 7 | 138 |
13 | Portugall | Vânia Fernandes | "Senhora do mar (Negras águas)" | Il-Mara tal-Baħar | 13 | 69 |
14 | Latvja | Pirates of the Sea | "Wolves of the Sea" | Lpup tal-Baħar | 12 | 83 |
15 | Żvezja | Charlotte Perrelli | "Hero" | Eroj | 18 | 47 |
16 | Danimarka | Simon Matthew | "All Night Long" | Il-Lejl Sħiħ | 15 | 60 |
17 | Ġeorġja | Diana Gurtskaya | "Peace Will Come" | Il-Paċi Għad Tasal | 11 | 83 |
18 | Ukrajna | Ani Lorak | "Shady Lady" | Mara Suspettuża | 2 | 230 |
19 | Franza | Sébastien Tellier | "Divine" | Divin | 19 | 47 |
20 | Ażerbajġan | Elnur u Samir | "Day After Day" | Jum Wara Ieħor | 8 | 132 |
21 | Greċja | Kalomoira | "Secret Combination" | Kombinazzjoni Sigrieta | 3 | 218 |
22 | Spanja | Rodolfo Chikilicuatre | "Baila el Chiki-chiki" | Iżfen iċ-Chiki-chiki | 16 | 55 |
23 | Serbja | Jelena Tomašević | "Oro" | (Żifna tradizzjonali) | 6 | 160 |
24 | Russja | Dima Bilan | "Believe" | Emmen | 1 | 272 |
25 | Norveġja | Maria Haukaas Storeng | "Hold On Be Strong" | Żomm Sod, Kun b'Saħħtek | 5 | 182 |
Il-Polonja, ir-Renju Unit u l-Ġermanja rċevew ilkoll 14-il punt. Waqt li r-regoli tal-festival jiddeskrivu mekkaniżmu dettaljat kif jiġi deċiż l-ewwel post jekk ikun hemm aktar minn pajjiż wieħed f'din l-istess pożizzjoni, hu ambigwu l-fatt jekk din il-proċedura tiġix applikata għall-pożizzjonijiet l-oħra. Jekk japplikaw, il-Ġermanja tikklassifika fit-23 post wara li rċiviet l-aktar 12-il punt. Il-Polonja ssegwi wara li kisbet aktar 10 punti mir-Renju Unit, u b'hekk dan tal-aħħar jispiċċa fil-25 post. Sorsi oħra jistgħu jelenkaw dawn it-tliet pajjiżi lkoll fit-23 post.
Semifinali
immodifikaSemifinali 1
immodifikaL-ewwel semifinali saret fl-20 ta' Mejju 2008
# | Pajjiż | Artist | Kanzunetta | Traduzzjoni | Pożizzjoni | Punti |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | Montenegro | Stefan Filipović | "Zauvijek volim te" | Inħobbok Għal Dejjem | 14 | 23 |
2 | Iżrael | Boaz | "The Fire In Your Eyes" | In-Nar f'Għajnejk | 5 | 104 |
3 | Estonja | Kreisiraadio | "Leto svet" | Dawl Sajfi | 18 | 8 |
4 | Moldova | Geta Burlacu | A century of love | Mitt sena t' imħabba | 12 | 36 |
5 | San Marino | Miodio | "Complice" | Kompliċi | 19 | 5 |
6 | Belġju | Ishtar | "O Julissi" | (kliem immaġinarju) | 17 | 16 |
7 | Ażerbajġan | Elnur u Samir | "Day After Day" | Jum Wara Ieħor | 6 | 96 |
8 | Slovenja | Rebeka Dremelj | "Vrag naj vzame" | Għax-xjaten! | 11 | 36 |
9 | Norveġja | Maria Haukaas Storeng | "Hold On Be Strong" | Żomm Sod, Kun b'Saħħtek | 4 | 106 |
10 | Polonja | Isis Gee | "For Life" | Għall-ħajja | 10 | 42 |
11 | Irlanda | Dustin the Turkey | "Irelande Douze Pointe" | Irlanda, Tnax-il Punt | 15 | 22 |
12 | Andorra | Gisela | "Casanova" | Kasanova | 16 | 22 |
13 | Bosnja-Ħerzegovina | Laka | "Pokušaj" | Esperimenta | 9 | 72 |
14 | Armenja | Sirusho | "Qélé, Qélé" | Ejja, Ejja | 2 | 139 |
15 | Netherlands | Hind | "Your Heart Belongs to Me" | Qalbek hi tiegħi | 13 | 27 |
16 | Finlandja | Teräsbetoni | "Missä miehet ratsastaa" | Fejn jirkbu l-irġiel | 8 | 79 |
17 | Rumanija | Nico u Vlad Miriţă | "Pe-o Margine de Lume" | Fuq ix-Xifer tad-Dinja | 7 | 94 |
18 | Russja | Dima Bilan | "Believe" | Emmen | 3 | 135 |
19 | Greċja | Kalomoira | "Secret Combination" | Kombinazzjoni Sigrieta | 1 | 156 |
Semifinali 2
immodifikaIt-tieni semifinali saret fit-22 ta' Mejju 2008.
# | Pajjiż | Artist | Kanzunetta | Traduzzjoni | Pożizzjoni | Punti |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | Iżlanda | Euroband | "This is My Life" | Din Hi Ħajti | 8 | 68 |
2 | Żvezja | Charlotte Perrelli | "Hero" | Eroj | 12 | 54 |
3 | Turkija | Mor ve Ötesi | "Deli" | Miġnun | 7 | 85 |
4 | Ukrajna | Ani Lorak | "Shady Lady" | Mara Suspettuża | 1 | 152 |
5 | Litwanja | Jeronimas Milius | "Nomads in the Night" | Nomadi fil-Lejl | 16 | 30 |
6 | Albanija | Olta Boka | "Zemrën e lamë peng" | Lagħbna l-qalb | 9 | 67 |
7 | Żvizzera | Paolo Meneguzzi | "Era Stupendo" | Kien Stupend | 13 | 47 |
8 | Repubblika Ċeka | Tereza Kerndlová | "Have Some Fun" | Ħu Ftit Pjaċir | 18 | 9 |
9 | Bjelorussja | Ruslan Alenkhno | "Hasta La Vista" | Narak aktar tard | 17 | 27 |
10 | Latvja | Pirates of the Sea | "Wolves of the Sea" | Lpup tal-Baħar | 6 | 86 |
11 | Kroazja | Kraljevi Ulice u 75 cents | "Romanca" | Rumanz | 4 | 112 |
12 | Bulgarija | Deep Zone u Balthazar | "DJ Take Me Away" | Ħudni l' hemm DJ | 11 | 56 |
13 | Danimarka | Simon Matthew | "All Night Long" | Il-Lejl Sħiħ | 3 | 112 |
14 | Ġeorġja | Diana Gurtskaya | "Peace Will Come" | Il-Paċi Għad Tasal | 5 | 107 |
15 | Ungerija | Csézy | "Candlelight" | Dawl ta' xemgħa | 19 | 6 |
16 | Malta | Morena | "Vodka" | Vodka | 14 | 38 |
17 | Ċipru | Evdokia Kadi | "Femme Fatale" | Mara Fatali | 15 | 36 |
18 | Maċedonja | Tamara, Vrčak u Adrijan | "Let Me Love You" | Ħallini Inħobbok | 10 | 64 |
19 | Portugall | Vânia Fernandes | "Senhora do mar (Negras águas)" | Il-Mara tal-Baħar | 2 | 120 |
Mappa
immodifikaGallerija
immodifikaReferenzi
immodifika- ^ "Welcome to Belgrade Arena" (bl-Ingliż). Eurovision.tv. 2007-05-13. Miġbur 2007-05-14.
- ^ a b ċ "Jovana Janković & Željko Joksimović the hosts" (bl-Ingliż). Oikotimes.com. 2008-03-04. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-19. Miġbur 2008-03-04.
- ^ a b "Austria will not go to Belgrade" (bl-Ingliż). ESCToday.com. 2007-11-20. Miġbur 2007-11-20.
- ^ "Two semi finals in 2008" (bl-Ingliż). ESCToday.com. 2007-07-31. Miġbur 2007-05-14.
- ^ "Belgrade received Helsinki city keys" (bl-Ingliż). Eurovision.tv. 2007-09-14. Miġbur 2007-09-19.
- ^ "Helsinki could host Eurovision again" (bl-Ingliż). ESCToday.com. 2008-02-22. Miġbur 2008-02-22.
- ^ "EBU holds phone conference to decide host city" (bl-Ingliż). Oikotimes.com. 2008-02-02]. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-02-12. Miġbur 2008-02-22. Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ "Eurovision 2008: Set to stay in Belgrade" (bl-Ingliż). esctoday.com. 2008-02-22. Miġbur 2008-02-22.
- ^ "ЕВРОВИЗИЈА ПОД СИЛНО ОБЕЗБЕДУВАЊЕ: Во Белград ќе се пее со страв" (bir-Russu). vreme.com.mk. 2008-02-22. Miġbur 2008-02-22.
- ^ "Serbia: Zeljiko's double role in question" (bl-Ingliż). ESCtoday.com. 2008-03-13. Miġbur 2008-03-13.
- ^ Eurovision.tv (ed.). "All you need to know for Monday's draw!" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-01-24.
- ^ "43 Countries for Eurovision 2008" (bl-Ingliż). ESCToday.com. Miġbur 2007-12-23.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Festival tal-Eurovision 2008 |