Albanija fil-Festival tal-Eurovision
L-Albanija ipparteċipat fil-Festival tal-Eurovision seba' darbiet, fejn iddebuttat fl-2004. L-aqwa pożizzjoni ġiet fis-sena debuttanti, fejn Anjeza Shahini kisbet is-seba' post bil-kanzunetta "The Image Of You". Minħabba li spiċċat mal-ewwel għaxra, l-Albanija kellha post garantit fil-finali fejn Ledina Çelo interpretat "Tomorrow I Go". Ledina ma tantx kisbet riżultat tajjeb, fejn spiċċat fis-sittax-il post u b'hekk kellha tikkompeti fis-semi-finali.
Albanija | |
---|---|
Stazzjon membru | RTSH |
Selezzjoni nazzjonali | Festivali I Këngës |
Parteċipazzjoni | |
Dehriet | 8 |
L-ewwel dehra | 2004 |
L-aqwa riżultat | 7 (2004) |
L-agħar riżultat | 17 SF (2007) |
Ħoloq esterni | |
Paġna fuq Eurovision.tv |
La Luiz Ejlli u lanqas Frederik Ndoci ma rnexxielhomx jikkwalifikaw mis-semifinali. Olta Boka, ir-rappreżentatriċi tal-Albanija fl-2008, irnexxielha takkwista l-ewwel finali wara assenza ta' sentejn.
Għall-Festival tal-Eurovision 2009, l-Albanija kienet l-ewwel pajjiż li għażlet kemm l-artist kif ukoll il-kanzunetta għal dan il-konkors. Ir-rebbieħ ġie magħżul mill-festival nazzjonali, Festivali I Këngës. Ir-rebbieħa kienet Kejsi Tola bil-kanzunetta "Më merr në ëndërr" (Ħudni fil-ħolm tiegħek), li ġiet komposta minn Edmond Zhulali u Agim Doçi, li t-tnejn li huma kkomponu l-kanzunetta tal-ewwel parteċipazzjoni tal-Albanija.[1] Il-kanzunetta tkantat bl-Ingliż bħala "Carry Me in Your Dreams". Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Albanija ikkwalifikaw għall-finali wara s-seba' post miksub fis-semifinali. Finalment, Kejsi Tola waslet sas-sbatax-il post b'48 punt.
Rappreżentanti
immodifikaSena | Artist | Kanzunetta | Finali | Punti | Semi | Punti |
---|---|---|---|---|---|---|
2004 | Anjeza Shahini | "The Image Of You" | 7 | 106 | 4 | 167 |
2005 | Ledina Çelo | "Tomorrow I Go" | 16 | 53 | X | X |
2006 | Luiz Ejlli | "Zjarr E Ftohtë" | X | X | 14 | 58 |
2007 | Aida u Frederik Ndoci | "Hear my Plea" | X | X | 17 | 49 |
2008 | Olta Boka | "Zemrën lamë peng" | 16 | 55 | 9 | 67 |
2009 | Kejsi Tola | "Carry Me in Your Dreams" | 17 | 48 | 7 | 73 |
2010 | Juliana Pasha | "It's All About You" | 16 | 62 | 6 | 76 |
2011 | Aurela Gaçe | "Feel the Passion" | X | X | 13 | 47 |
2012 | Rona Nishliu | "Suus" | 5 | 146 | 2 | 146 |
2013 | Adrian Lulgjuraj & Bledar Sejko | "Identitet" |
Votazzjoni
immodifikaL-Albanija tat l-aktar punti lil:
Nru. | Pajjiż | Punti |
---|---|---|
1 | Greċja | 85 |
2 | Turkija | 61 |
3 | Bosnja-Ħerzegovina | 48 |
4 | Spanja | 29 |
5 | Ġermanja | 26 |
L-Albanija irċiviet l-aktar punti minn:
Nru. | Pajjiż | Punti |
---|---|---|
1 | Maċedonja | 55 |
2 | Greċja | 47 |
3 | Żvizzera | 39 |
4 | Kroazja | 26 |
4 | Turkija | 26 |
Referenzi
immodifika- ^ Klier, Marcus (2008-12-21). "Albania decided: Kejsi Tola to Eurovision!" (bl-Ingliż). ESCToday. Miġbur 2008-12-24.