Olta Boka (Tirana, 4 ta' Novembru 1991) hi kantanta Albaniża li ġiet magħżula biex tirrapreżenta lill-Albanija fil-Festival tal-Eurovision 2008 bil-kanzunetta Zemrën lamë peng.[1] Hi rebħet il-finali nazzjonali tal-Albanija, li hi msejħa bħala Festivali I Këngës u kkompetiet fit-tieni semifinali tat-22 ta' Mejju u rnexxielha tikseb post fil-finali. Fil-finali, nhar l-24 ta' Mejju hi spiċċat fis-sbatax-il post minn 25 kanzunetta. Hi saret l-iżgħar kantanta li qatt ħadet sehem fil-Festival tal-Eurovision mis-sena 2004, wara li Lisa Andreas irrapreżentat lil Ċipru f'età ta' sittax-il sena, u Gigliola Cinquetti irrapreżentat lill-Italja ta' sbatax-il sena.

Olta Boka
Informazzjoni ġenerali
Isem sħiħ Olta Boka
Twieled 4 ta' Novembru 1991 (1991-11-04) (33 sena)
Oriġini Albanija
Ġeneru Pop, folk
Snin ta' attività 2007–preżent

Referenzi

immodifika
  1. ^ ESC Today, ed. (07-12-2007). "Albania decided: Olta Boka to Belgrade!" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)