Festival tal-Eurovision 2013

kompetizzjoni annwali

Il-Festival tal-Eurovision 2013 kien it-58 edizzjoni ta' dan il-konkors mużikali. Dan l-avveniment sar f'Malmö, l-Iżvezja, wara li r-rebħa ta' Loreen fl-edizzjoni preċedenti tat id-dritt lil dan il-pajjiż sabiex jospita l-Eurovision għall-ħames darba fl-istorja. L-istazzjon Sveriges Television (SVT) għażlu lil Malmö Arena bħala s-sala għall-avveniment wara li ġew ikkunsidrati diversi swali u areni oħra fl-Iżvezja. Disgħa u tletin pajjiż ħadu sehem, fosthom l-Armenja li rritornaw wara l-assenza fl-edizzjoni tal-2012.[1] Il-Bożnija u Ħerżegovina, il-Portugall, is-Slovakkja u t-Turkija ħabbru li kienu se jirtiraw minn dan il-festival għal raġunijiet differenti. Id-disinn tal-konkors kien mibni madwar it-tema "We are one", bil-ħsieb jaqa' fuq l-ugwaljanza u l-għaqda fost il-pajjiżi parteċipanti id f'id mad-diversità u l-influwenza kulturali ta' kull parteċipant.[2]

Festival tal-Eurovision 2013
"We are One!"
Dati
Data tal-1el semifinali 14 ta' Mejju 2013
Data tal-2ni semifinali 16 ta' Mejju 2013
Data tal-finali 18 ta' Mejju 2013
Ospitu
Sala Malmö Arena
Malmö, Żvezja
Preżentatur(i) Petra Mede
Superviżur Jon Ola Sand
Xandar Sveriges Television (SVT)
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 39
Pajjiżi debuttanti Ħadd
Pajjiżi li rritornaw Bandiera tal-Armenja Armenja
Pajjiżi li rtiraw
Vote
Bla punti Ħadd
Kanzunetta rebbieħa Bandiera tad-Danimarka Danimarka
"Only Teardrops"
Festival tal-Eurovision
◄2012 2014►

Il-Preżentattriċi

immodifika

Fis-17 ta' Ottubru tal-2012, Martin Österdahl ħabbar li għal din l-edizzjoni ser ikun hemm preżentattriċi waħda, għall-kuntrarju tal-edizzjonijiet ta' qabel. L-aħħar festival li ġie ppreżentat minn persuna waħda kien dak tal-1995 li sar fl-Irlanda. Fit-28 ta' Jannar tal-2013, ġie mħabbar li l-preżentattriċi tal-festival se tkun Petra Mede.

It-tema ta' dan il-festival ġiet maħluqa mid-ditta Happy F&B, li hija bbażata fil-belt ta' Gothenburg. Fis-17 ta' Jannar tal-2013, l-EBU ħabbret it-tema ta' dan il-festival, li tinkludi farfett u l-islogan We are One.

Allokazzjoni tas-semifinali

immodifika

Bħas-snin ta' qabel, kien hemm polza li ddeterminat liema pajjiżi se jikkompetu fl-ewwel jew fit-tieni semifinali. Din saret fis-17 ta' Jannar tal-2013 fis-Sala Ċentrali ta' Malmö. Għall-kuntrarju tal-edizzjonijiet l-oħrajn, l-ordni tal-pajjiżi se tiġi deċiża mid-diretturi tal-festival, sabiex kull kanzunetta tkun imqassma b'tali mod li tkun differenti minn ta' qabilha u ta' warajha u l-festival ikun aktar interessanti. L-ordni ta' kif se jikkompetu l-pajjiżi se tiġi mħabbra f'April.

Bħas-snin ta' qabel, is-semifinalisti ġew imqassma f'ħames urni, bbażati fuq kif ivvutaw lil xulxin f'dawn l-aħħar disa' snin.

Urna 1 Urna 2 Urna 3 Urna 4 Urna 5

Minn dawn il-ħames urni: is-semifinalisti ġew imqassma f'żewġ semifinali:

Pajjiżi parteċipanti

immodifika

Nhar il-21 ta' Diċembru 2012 tħabbru d-39 pajjiż li kienu se jikkompetu fil-Festival tal-Eurovision 2013. L-Armenja, li l-aħħar li kienet ħadet sehem kien fl-2011, ikkonfermat li kienet se tirritorna lura wara waqfa ta' sena.[1] Il-Bożnija u Ħerżegovina u l-Portugall irtiraw minħabba diffikultajiet finanzjarji,[3][4] waqt li s-Slovakkja u t-Turkija rtiraw għal raġunijiet differenti.[5][6]

Semifinali

immodifika

Semifinali 1

immodifika

L-Italja, l-Iżvezja u r-Renju Unit ivvutaw f'din is-semifinali.[7] L-għaxar kanzunetti immarkati bi sfond oranġjo ikkwalifikaw għall-finali.

#[8] Pajjiż[9] Language[10] Artist[11] Kanzunetta[11]
01   Awstrija Ingliż Natália Kelly "Shine"
02   Estonja Estonjan Birgit "Et uus saaks alguse"
03   Slovenja Ingliż Hannah "Straight Into Love"
04   Kroazja Kroat Klapa s Mora "Mižerja"
05   Danimarka Ingliż Emmelie de Forest "Only Teardrops"
06   Russja Ingliż Dina Garipova "What If"
07   Ukrajna Ingliż Zlata Ognevich "Gravity"
08   Netherlands Ingliż Anouk "Birds"
09   Montenegro Montenegrin Who See "Igranka"
10   Litwanja Ingliż Andrius Pojavis "Something"
11   Bjelorussja Ingliż Alyona Lanskaya "Solayoh"
12   Moldova Rumen Aliona Moon "O mie"
13   Irlanda Ingliż Ryan Dolan "Only Love Survives"
14   Ċipru Grieg Despina Olympiou "An Me Thimasai" (Αν Με Θυμάσαι)
15   Belġju Ingliż Roberto Bellarosa "Love Kills"
16   Serbja Serb Moje 3 "Ljubav je svuda" (Љубав је свуда)

Semifinali 2

immodifika
#[8] Pajjiż[9] Language[10] Artist[11] Kanzunetta[11]
01   Latvja Ingliż PeR "Here We Go"
02   San Marino Taljan Valentina Monetta "Crisalide (Vola)"
03   Maċedonja Maċedonjan Esma & Lozano "Pred Da Se Razdeni"
04   Ażerbajġan Ingliż Farid Mammadov "Hold Me"
05   Finlandja Ingliż Krista Siegfrids "Marry Me"
06   Malta Ingliż Gianluca "Tomorrow"
07   Bulgarija Bulgariż Elitsa Todorova, Stoyan Yankulov "Samo Shampioni (Only Champions)"
08   Iżlanda Iżlandiż Eythor Ingi "Èg À Lìf"
09   Greċja Grieg, Ingliż Koza Mostra feat. Agathon Iakovidis "Alcohol Is Free"
10   Iżrael Ebrajk Moran Mazor "Rak Bishvilo"
11   Armenja Ingliż Dorians "Lonely Planet"
12   Ungerija Ungeriż ByeAlex "Kedvesem (Zoohacker Remix)"
13   Norveġja Ingliż Margaret Berger "I Feed You My Love"
14   Albanija Albaniż Adrian Lulgjuraj & Bledar Sejko "Identitet"
15   Ġeorġja Ingliż Nodi Tatishvili & Sophie Gelovani "Waterfall"
16   Żvizzera Ingliż Takasa "You And Me"
17   Rumanija Ingliż Cezar "It's My Life"
# Pajjiż Artist Kanzunetta Punti Pożizzjoni
01   Franza Amandine Bourgeois L'Enfer et moi 14 23
02   Litwanja Andrius Pojavis Something 17 22
03   Moldova Aliona Moon O Mie 71 11
04   Finlandja Krista Siegfrids Marry Me 13 24
05   Spanja ESDM Contigo Hasta El Final (With You Until the End) 8 25
06   Belġju Roberto Bellarosa Love Kills 71 12
07   Estonja Birgit Et Uus Saaks Alguse 19 20
08   Bjelorussja Alyona Lanskaya Solayoh 48 16
09   Malta Gianluca Tomorrow 120 8
10   Russja Dina Garipova What If 174 5
11   Ġermanja Cascada Glorious 18 21
12   Armenja Dorians Lonely Planet 41 18
13   Netherlands Anouk Birds 114 9
14   Rumanija Cezar It's My Life 65 13
15   Renju Unit Bonnie Tyler Believe in Me 23 19
16   Żvezja Robin Stjernberg You 62 14
17   Ungerija ByeAlex Kedvesem (Zoohacker Remix) 84 10
18   Danimarka Emmelie de Forest Only Teardrops 281 1
19   Iżlanda Eythor Ingi Ég á Líf 47 17
20   Ażerbajġan Farid Mammadov Hold Me 234 2
21   Greċja Koza Mostra feat. Agathon Iakovidis Alcohol is Free 152 6
22   Ukrajna Zlata Ognevich Gravity 214 3
23   Italja Marco Mengoni L'Essenziale 126 7
24   Norveġja Margaret Berger I Feed You My Love 191 4
25   Ġeorġja Nodi Tatishvili and Sophie Gelovani Waterfall 50 15
26   Irlanda Ryan Dolan Only Love Survives 5 26

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b Hondal, Victor (2021-05-27). ESCToday.com (ed.). "Armenia set to return in 2013" (bl-Ingliż). Miġbur 2012-05-27.
  2. ^ Jarmo, Siim (2013-01-17). European Broadcasting Union (ed.). "Malmö 2013: We are one" (bl-Ingliż). Miġbur 2013-01-17.
  3. ^ Dž, A (2012-12-14). Klix.ba (ed.). "Bosna i Hercegovina odustala od učešća na Eurosongu u Švedskoj" (bil-Kroat). Miġbur 2012-12-14.
  4. ^ Jiandani, Sanjay (2012-11-22). ESCToday.com (ed.). "Portugal will not participate in Eurovision 2013" (bl-Ingliż). Miġbur 2012-11-22.
  5. ^ Kubík, Zdeněk (2012-12-04). EuroContest.cz (ed.). "Víme první: Slovensko nebude na Eurovizi 2013!" (biċ-Ċek). Miġbur 2012-12-04.
  6. ^ Jiandani, Sanjay (2012-12-14). ESCToday.com (ed.). "Turkey will not go to Eurovision in Malmö" (bl-Ingliż). Miġbur 2012-12-14.
  7. ^ Siim, Jarmo (2013-12-17). European Broadcasting Union (ed.). "Draw results: Who's in which Semi-Final?" (bl-Ingliż). Miġbur 2013-01-17.
  8. ^ a b "Eurovision 2013 Results: Voting & Points".
  9. ^ a b Siim, Jarmo (2013-01-16). "39 countries to take part in Eurovision 2013". European Broadcasting Union. Miġbur 2012-12-21.
  10. ^ a b "Eurovision Song Contest 2013". The Diggiloo Thrush. Miġbur 2013-03-01.
  11. ^ a b ċ d "Eurovision Song Contest Participants - Malmö 2013". European Broadcasting Union. Miġbur 2013-03-01.

Ħoloq esterni

immodifika