San Marino fil-Festival tal-Eurovision
San Marino ipparteċipa darba biss fil-Festival tal-Eurovision, fejn idebutta fl-edizzjoni tal-2008, u mistenni li jagħmel it-tieni preżenza fl-edizzjoni tal-2011 ġewwa Düsseldorf.
San Marino | |
---|---|
Stazzjon membru | SMRTV |
Parteċipazzjoni | |
Dehriet | 2 |
L-ewwel dehra | 2008 |
L-aqwa riżultat | 16 SF (2011) |
L-agħar riżultat | 19 SF (2008) |
Ħoloq esterni | |
Paġna fuq Eurovision.tv |
F'Ġunju tal-2007, Radiotelevisione della Repubblica di San Marino (SMRTV), l-istazzjon ta' San Marino, indika interess li jingħaqad f'dan il-festival fil-futur. Ħames xhur wara, dan l-istazzjon ikkonferma l-parteċipazzjoni fil-Festival tal-Eurovision 2008 ta' Belgrad.[1] L-ewwel daħla kienet mill-grupp Miodio, bil-kanzunetta Taljana "Complice". San Marino għandu l-unur li sar il-ħamsin pajjiż li qatt ħa sehem fil-Eurovision, wara d-dehra li għamel fis-semifinali tal-konkors. Madanakollu, Miodio naqsu li jikkwalifikaw għall-finali fejn kisbu biss 5 punti u spiċċa fl-aħħar post.
Oriġinarjament, SMRTV ippjanaw li jkomplu l-avventura fl-edizzjoni tal-2009. Il-Ministru tal-Kultura ta' San Marino ħabbar ftit wara d-debutt li kellhom fl-2008 li huma "għandhom xewqat tajbin li jirritornaw".[2] Madanakollu, SMRTV ħabbru li kienu se jirrevedu l-konkors tal-2008, u fl-aħħar tas-sena jieħdu deċiżjoni fuq il-parteċipazzjoni fl-2009.[3] Wara ħafna għajdut, SMRTV irtiraw mill-edizzjoni tal-2009, minħabba diffikultajiet finanzjarji.[4][5]
SMRTV applikaw biex jieħdu sehem fil-konkors tal-2011, li aktar tard ġiet ikkonfermata. Ġiet magħżula l-kantanta Senit fejn se tkanta l-kanzunetta "Stand by" fl-ewwel semifinali.
Rappreżentanti
immodifikaSena | Artist | Kanzunetta | Finali | Punti | Semi | Punti |
---|---|---|---|---|---|---|
2008 | Miodio | "Complice" | X | X | 19 | 5 |
2011 | Senit | "Stand by" | X | X | 16 | 34 |
2012 | Valentina Monetta | The Social Network Song (Oh Oh - Uh Oh Oh) | X | X | 14 | 31 |
2013 | Valentina Monetta | Crisalide (Vola) |
Votazzjoni
immodifikaSan Marino ta l-aktar punti lil:
Nru. | Pajjiż | Punti |
---|---|---|
1 | Greċja | 12 |
2 | Iżrael | 10 |
3 | Armenja | 8 |
4 | Norveġja | 7 |
5 | Renju Unit | 6 |
Referenzi
immodifika- ^ "Exclusive: San Marino in Belgrade confirmed" (bl-Ingliż). ESCToday. 2007-11-12. Miġbur 2007-11-21.
- ^ Floras, Stella (2008-06-10). "San Marino: "We have good hopes to return"" (bl-Ingliż). ESCToday. Miġbur 2008-12-18.
- ^ "San Marino: State television hopes to participate in 2009 as well" (bl-Ingliż). Oikotimes. 2008-06-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-01-03. Miġbur 2008-12-18.
- ^ Viniker, Barry (2008-12-08). "San Marino not quitting Eurovision!" (bl-Ingliż). ESCToday. Miġbur 2008-12-18.
- ^ Barry Viniker (2008-12-18). "San Marino leaves Eurovision Song Contest" (bl-Ingliż). ESCToday. Miġbur 2008-12-18.