Armenja fil-Festival tal-Eurovision

L-Armenja għamlet id-debutt fil-Festival tal-Eurovision fl-2006 bil-kanzunetta mingħand André bl-isem ta' "Without Your Love". Billi kienet ġdida fil-kompetizzjoni, l-Armenja kellha tikkompeti fis-semifinali u André kien l-ewwel li kanta f'dik is-serata, fejn irnexxielu jikkwalifika għall-finali ta' dik l-edizzjoni tal-20 ta' Mejju. Finalment, l-Armenja kisbet riżultat prestiġjuż; dak tat-tmien post.

Armenja
Armenja
Stazzjon membru ARMTV
Parteċipazzjoni
Dehriet 9
L-ewwel dehra 2006
L-aqwa riżultat 4 (2008, 2014)
L-agħar riżultat 18 (2013)
Ħoloq esterni
Paġna fuq Eurovision.tv

Minħabba li kienet spiċċat mal-ewwel għaxra, l-Armenja kkwalifikat direttament għall-finali tal-2007 u kisbet għat-tieni sena konsekuttiva t-tmien post. Fatt simpatiku hu kif l-Armenja, fl-2006, spiċċat b'punt vantaġġ fuq il-Greċja, waqt li fis-sena ta' wara, hi spiċċat b'punt taħt il-Greċja.

Fis-sena suċċessiva l-aħwa Inga u Anush Arshakyans reġgħu rrepetew is-suċċess għall-Armenja, u b'hekk saru wieħed minn tliet pajjiżi li dejjem spiċċaw fost l-aqwa għaxra mill-introduzzjoni tas-semifinali fl-2004. Il-pajjiżi l-oħra huma l-Greċja u l-Ażerbajġan.

RappreżentantiImmodifika

Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
2006 André Without Your Love 8 129 6 150
2007 Hayko Anytime You Need 8 138 X X
2008 Sirusho Qele Qele 4 199 2 139
2009 Inga u Anush Jan Jan 10 92 5 99
2010 Eva Rivas Apricot Stone 7 141 6 83
2011 Emmy Boom Boom X X 12 54
2013 Dorians Lonely Planet 18 41 7 69
2014 Aram Mp3 Not Alone 4 174 4 121
2015 Genealogy Face The Shadow 16 34 7 77
2016 Iveta Mukuchyan

VotazzjoniImmodifika

 
Hayko f'Ħelsinki (2007)
 
Sirusho f'Belgrad (2008)

L-Armenja tat l-aktar punti lil (finali biss):

Nru. Pajjiż Punti
1   Russja 58
2   Greċja 37
3   Ukrajna 32
4   Ġeorġja 27
5   Franza 20
=   Norveġja 20

L-Armenja rċiviet l-aktar punti minn (finali biss):

Nru. Pajjiż Punti
1   Russja 51
2   Olanda 49
3   Belġju 48
=   Turkija 44
=   Franza 44
5   Bulgarija 38

Ħoloq esterniImmodifika