Bulgarija fil-Festival tal-Eurovision

Il-Bulgarija pparteċipat fil-Festival tal-Eurovision ħames darbiet.

Bulgarija
Bulgarija
Stazzjon membru BNT
Parteċipazzjoni
Dehriet {{{dehriet}}}
L-ewwel dehra 2005
L-aqwa riżultat 5 (2007)
L-agħar riżultat 19 SF (2005)
Ħoloq esterni
[{{{paġna_EBU}}} Paġna fuq Eurovision.tv]

Il-Bulgarija kkompetew l-ewwel darba fil-Festival tal-Eurovision 2005, fejn ġew rappreżentati mill-grupp jazz Kaffe bil-kanzunetta "Lorraine". Huma rċevew 49 punt, fejn ikklassifikaw fid-dsatax-il post, però naqsu li jagħmluha għall-finali. Is-suċċessur tagħhom kienet Mariana Popova b'"Let Me Cry", fejn din ukoll ma kantantx fis-serata finali wara li spiċċat fis-sbatax-il post b'36 punt fis-semifnali.

L-ewwel kwalifikazzjoni għall-finali waslet fl-2007 meta Elitsa Todorova u Stoyan Yankoulov kantaw il-kanzunetta "Voda". Fis-semifinali waslu sas-sitt post b'146 punt u b'hekk kellhom l-aċċess għall-finali. B'din il-kanzunetta, l-ewwel darba fl-istorja li kienet bil-lingwa Bulgara, Todorova u Yankulov irrepetew il-prestazzjoni fis-semifinali, fejn fil-finali kklassifikaw fil-ħames post minn total ta' 24 parteċipant, b'total ta' 157 punt.

Minħabba t-tibdil fir-regoli, il-Bulgarija xorta waħda ma kellhiex id-dritt li tikkwalifika għall-finali tas-sena suċċessiva, fejn b'hekk f'Belgrad, is-Serbja, kellha tikkompeti f'waħda mis-semifinali tal-edizzjoni tal-2008. Deep Zone u Balthazar bil-kanzunetta "DJ, Take Me Away", ma rnexxielhomx jirrepetu s-suċċess tas-sena ta' qabel fejn b'56 punt spiċċaw barra mill-finali. Lanqas ir-rappreżentant suċċessiv, Krassimir Avramov, ma sab post fil-finali meta l-Bulgarija kisbet biss is-sittax-il post tas-semifinali, biex b'hekk tkompli bi rekord xejn sabiħ ta' finali waħda minn ħames tentattivi.

RappreżentantiImmodifika

Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
2005 Kaffe Lorraine 19 49
2006 Mariana Popova Let Me Cry 17 36
2007 Elitsa Todorova u Stoyan Yankoulov Voda (Вода) 5 157 6 146
2008 Deep Zone u Balthazar DJ, Take Me Away 11 56
2009 Krassimir Avramov Illusion 16 7

VotazzjoniImmodifika

 
Deep Zone u Balthazar f'Belgrad (2008)

Il-Bulgarija tat l-aktar punti lil (finali biss):

Nu. Pajjiż Punti
1   Greċja 46
2   Armenja 24
3   Maċedonja 23
4   Russja 21
5   Turkija 19

Il-Bulgarija rċiviet l-aktar punti minn (finali biss):

Nu. Pajjiż Punti
1   Greċja 12
2   Ċipru 10
=   Ungerija 10
=   Spanja 10
3   Maċedonja 8
4   Repubblika Ċeka 7
=   Malta 7
=   Slovenja 7

ReferenziImmodifika