Festival tal-Eurovision 2007
Il-Festival tal-Eurovision 2007 kienet it-52 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision u ġie organizzat fil-Hartwall Areena ġewwa Ħelsinki, Finlandja fl-10 ta’ Mejju (għas-semifinali) u fit-12 ta’ Mejju (il-finali). Il-Finlandja kisbet id-dritt li torganiżża il-Festival meta rebħet il-festival ta’ l-2006 ġewwa Ateni, il-Greċja. Din kienet l-ewwel darba li l-festival sar fil-Finlandja u r-rebbieħ kien il-pajjiż debuttant tas-Serbja.[1]
Festival tal-Eurovision 2007 "True Fantasy" | |
---|---|
Dati | |
Data tas-semifinali | {{{semi}}} |
Data tal-finali | 12 ta' Mejju 2007 |
Ospitu | |
Sala | Hartwall Areena, Ħelsinki, Finlandja |
Preżentatur(i) | Jaana Pelkonen Mikko Leppilampi Krisse Salminen (mistiedna) |
Att tal-ftuħ | Vidjo ta' Lordi minn Rovaniemi |
Att tal-intervall | Apocalyptica |
Parteċipanti | |
Numru ta' parteċipanti | 42 |
Pajjiżi debuttanti | Ġeorġja Montenegro Repubblika Ċeka Serbja |
Pajjiżi li rritornaw | Awstrija Ungerija |
Pajjiżi li rtiraw | Monako |
Vote | |
Sistema ta' votazzjoni | In-nies minn kull pajjiż jistgħu jivvutaw permezz tat-telefown jew SMS. L-għaxar kanzunetti favoriti ta' kull pajjiż jingħataw 12, 10, u minn 8 sa punt skond il-voti tal-popolazzjoni ta' kull pajjiż. Kull pajjiż parteċipat fis-semifinali u l-finali jridu jagħtu l-punti tagħhom fil-finali. |
Kanzunetta rebbieħa | Serbja "Molitva" |
Festival tal-Eurovision | |
◄2006 2008► |
Baġit ta’ €13-il miljun ġie propost biex jitlesta l-festival. Bliet oħra li riedu jorganizzaw kienu Espoo, Turku u Tampere. L-ospiti taż-żewġ serati kienu Jaana Pelkonen, personalita fil-qasam televiżiv Finlandiż, u Mikko Leppilampi, mużiċist u attur. Krisse Salminen kienet parti mill-preżentazzjoni tas-serata hekk kif iltaqgħet mal-kantanti fil-green room u anki man-nies barra fil-pjazez.
Kien hemm rekord ta' 42 pajjiż parteċipant fejn l-EBU marret kontra l-limitu ta' 40 pajjiż.
Format
immodifikaFit-12 ta' Marzu 2007 kien hemm il-poloz għall-postijiet li fihom il-kantanti kienu se jinterpretaw id-diska fis-semifinali u fil-finali, kif ukoll il-proċedura ta' kif il-pajjiżi kienu se jivvutaw. Kien hemm idea ġdida hekk kif ħames pajjiżi mis-semifinali u tlieta mill-finali ntgħażlu biex jagħżlu l-post fejn riedu jintepretaw il-kanzunetta tagħhom. Fis-semifinali, l-Awstrija, l-Andorra, it-Turkija, l-iSlovenja u l-Latvja kellhom iċ-ċans li jagħżlu waqt li fil-finali x-xorti messet lill-Armenja, l-Ukrajna u l-Ġermanja. Il-pajjiżi kollha għażlu li jkantaw id-diska fit-tieni nofs taż-żewġ serati. Wara l-poloz, kull kanzunetta kienet approvata mill-EBU, fejn spiċċat il-possibilita ta' diskwalifikazzjoni għall-kanzunetta Iżraelita. Ir-Renju Unit għażlu l-kanzunetta wara ż-żmien stipulat hekk kif l-EBU tathom dispensazzjoni speċjali.
Is-sistemà tal-voti kienet l-istess bħall-2006, però kien hemm żieda ta' ħames minuti ma' l-għaxar minuti li kien hemm diġà. Fil-finali, ir-riżultati minn kull pajjiż kienu dehru għal darb'oħra minn wieħed sa seba' punti awtomatikament fuq l-iskrin u t-tmienja, l-għaxra u t-tnax-il punt kienu maqruha mill-persuni li kienu qed jippreżentaw il-voti tal-pajjiż. Ir-rebbieħ ngħata tour promozzjonali madwar l-Ewropa fejn żar id-Danimarka, Spanja, l-Iżvezja, l-Olanda, il-Greċja u l-Ġermanja. Dan sar bejn is-16 ta' Mejju u l-21 ta' Mejju.
Pajjiżi parteċipanti
immodifikaPajjiżi parteċipanti fil-Festival tal-Eurovision iridu jkunu membri attivi tal-EBU
42 pajjiż bagħtu applikazzjonijiet preliminarji. Minkejja li fis-snin ta' qabel in-numru massimu ta' pajjiżi parteċipanti kien ta' 40, l-EBU approvat l-42 pajjiż fl-2007. Ir-Repubblika Ċeka, is-Serbja, il-Montenegro u l-Ġeorġja daħlu għall-ewwel darba fl-edizzjoni tal-2007.[2] Monako ħabbret l-irtirar tagħha fit-12 ta' Diċembru 2006,[2] u l-EBU ħabbret il-formazzjoni ta' kif se jitkantaw il-kanzunetti fil-15 ta' Diċembru 2006.
Semifinali
immodifikaIs-semifinali saret nhar fl-10 ta' Mejju 2007. Għall-ewwel darba, 28 pajjiż tħallew jipparteċipaw fis-semifinali, u l-42 pajjiż parteċipant ivvota.
Il-kanzunetti li kkwalifikaw huma kkuluriti u b'tipa ħoxna.
# | Pajjiż | Artist/a/i | Kanzunetta | Traduzzjoni għall-Malti | Pożizzjoni | Punti |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | Bulgarija | Elitsa Todorova u Stoyan Yanukoulov | Water | Ilma | 6 | 146 |
2 | Iżrael | Teapacks | Push the button | Agħfas il-buttuna | 24 | 17 |
3 | Ċipru | Evridiki u D. Korgialas | Comme çi, comme ça | Hekk u hekk | 15 | 65 |
4 | Bjelorussja | Koldun | Work your magic | Ħaddem il-maġija tiegħek | 4 | 176 |
5 | Iżlanda | Eiríkur Hauksson | Valentine lost | Valentinu mitluf | 13 | 77 |
6 | Ġeorġja | Sopho | Visionary dream | Ħolma viżjonarja | 8 | 12 |
7 | Montenegro | Stevan Faddy | ’Ajde kroci | Ejja, idħol | 23 | 33 |
8 | Żvizzera | DJ Bobo | Vampires are alive | Il-vampiri huma ħajjin | 20 | 40 |
9 | Moldova Moldova | Natalia Barbu | Fight | Iġġieled | 10 | 91 |
10 | Netherlands | Edsilia Rombley | On top of the world | Fuq il-għoli tad-dinja | 21 | 38 |
11 | Albanija Albanija | Frederik Ndoci u Aida | Hear my plea | Isma it-talba tiegħi | 17 | 49 |
12 | Danimarka | DQ | Drama queen | Reġina ta’ reċta | 19 | 45 |
13 | Kroazja | Dragonfly u Dado Topić | Vjerujem u ljubav | Nemmen fl-imħabba | 16 | 54 |
14 | Polonja | The Jet Set | Time to party | Ħin li niddevertu | 14 | 75 |
15 | Serbja | Maria Šerifović | Molitva | Talba | 1 | 298 |
16 | Repubblika Ċeka | Kabát | Mála dáma | Tfajla żgħira | 28 | 1 |
17 | Portugall | Sabrina | Dança comigo | Iżfen miegħi | 11 | 88 |
18 | Maċedonja | Karolina | Mojot svet | Id-dinja tiegħi | 9 | 97 |
19 | Norveġja | Guri Schanke | Ven a bailar conmigo | Ejja iżfen miegħi | 18 | 48 |
20 | Malta Malta | Olivia Lewis | Vertigo | Sturdament | 25 | 15 |
21 | Andorra | Anonymous | Salvem el món | Ejja nsalvaw id-dinja | 12 | 80 |
22 | Ungerija | Magdi Rúzsa | Unsubstantial blues | Dwejjaq insustanzjali | 2 | 224 |
23 | Estonja | Gerli Padar | Partners in crime | Imsieħba f’kriminalità | 22 | 33 |
24 | Belġju | The KMG’s | Love power | Poter ta’ l-imħabba | 26 | 14 |
25 | Slovenja | Alenka Gotar | Cvet z juga | Fjura tan-Nofs in-Nhar | 7 | 140 |
26 | Turkija | Kenan Doğulu | Shake it up şekerim | Ħawdu qalbi | 3 | 197 |
27 | Awstrija | Eric Papilaya | Get a life – Get alive | Ħu ħajja – Ħu l-għixien | 27 | 4 |
28 | Latvja | Bonaparti.lv | Questa notte | Dan il-lejl | 5 | 168 |
Finali
immodifikaIl-pajjiżi fil-finali kienu:
- l-erba' pajjiżi li jikkwalifikaw awtomatikament kull sena li huma Franza, il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit;
- l-ewwel għaxra mill-finali tal-2006;
- l-ewwel għaxra mis-semifinali.
Il-finali saret fit-12 ta' Mejju 2007.
# | Pajjiż | Artist/a/i | Kanzunetta | Traduzzjoni għall-Malti | Pożizzjoni | Punti |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | Bosnja-Ħerzegovina | Marija | Rijeka bez imena | Xmara mingħajr isem | 11 | 106 |
2 | Spanja | D’NASH | I love you mi vida | Inħobbok qalbi | 20 | 43 |
3 | Bjelorussja | Koldun | Work your magic | Ħaddem il-maġija tiegħek | 6 | 145 |
4 | Irlanda | Dervish | They can’t stop the Spring | Ma jistawx iwaqqfu ir-rebbiegħa | 24 | 5 |
5 | Finlandja | Hanna Pakarinen | Leave me alone | Ħallini waħdi | 17 | 63 |
6 | Maċedonja | Karolina | Mojot svet | Id-dinja tiegħi | 14 | 73 |
7 | Slovenja | Alenka Gotar | Cvet z juga | Fjura tan-Nofs in-Nhar | 15 | 66 |
8 | Ungerija | Magdi Rúzsa | Unsubstantial blues | Dewjjaq insustanzjali | 9 | 128 |
9 | Litwanja | 4FUN | Love or leave | Ħobb jew itlaq | 21 | 28 |
10 | Greċja | Sarbel | Yiassou Maria | Aw Marija! | 7 | 139 |
11 | Ġeorġja | Sopho | Visionary dream | Ħolma viżjonarja | 12 | 97 |
12 | Żvezja | The Ark | The worrying kind | It-tip li ninkwieta | 18 | 51 |
13 | Franza | Les Fatals Picards | L'amour à la française | L-imħabba, stil Franċiż | 22 | 19 |
14 | Latvja | Bonaparti.lv | Questa notte | Dan il-lejl | 16 | 54 |
15 | Russja | Serebro | Song #1 | Diska numru 1 | 3 | 207 |
16 | Ġermanja | Roger Cicero | Frauen regier’n die Welt | In-nisa jmexxu d-dinja | 19 | 49 |
17 | Serbja | Marija Šerifović | Molitva | Talba | 1 | 268 |
18 | Ukrajna | Verka Serduchka | Dancing lasha tumbai | Niżfnu lasha tumbai | 2 | 235 |
19 | Renju Unit | Scooch | Flying the flag (for you) | Intajru il-bandiera (għalik) | 23 | 19 |
20 | Rumanija | Todomondo | Liubi, liubi, I love you | Qalbi, qalbi, inħobbok | 13 | 84 |
21 | Bulgarija | Elitsa Todorova u Stoyan Yankoulov | Water | Ilma | 5 | 157 |
22 | Turkija | Kenan Doğulu | Shake it up şekerim | Ħawdu qalbi | 4 | 163 |
23 | Armenja | Hayko | Anytime you need | Kull meta jkollok bżonn | 8 | 138 |
24 | Moldova | Natalia Barbu | Fight | Iġġieled | 10 | 109 |
Xandara internazzjonali
immodifika- Minkejja l-Awstralja mhijiex eliġibbli biex tieħu sehem, il-festival jixxandar fuq l-SBS.[3] Il-festival ma jixxandarx fil-ħin li jixxandar fl-Ewropa, iżda, fil-każ tal-edizzjoni ta' din is-sena s-semifinali xxandret fit-12 ta' Mejju u l-finali fit-13 ta' Mejju. L-Awstralja xxandar mill-istazzjoni tar-Renju Unit, fejn jinkludi kommentarju ta' Paddy O'Connell u Terry Wogan. Ikun hemm madwar 432,000 persuna li jsegwu l-festival.[1]
- L-Ażerbajġan kienu mistennija li jagħmlu d-debutt, però dan ma sarx minħabba AzTV applika biex jingħaqad ma' l-EBU imma dan kien miċħud nhar it-18 ta' Ġunju 2007 u għalhekk kellhom jistennew sakemm jiġu aċċettati. Stazzjon ieħor mill-Ażerbajġan, OTV, xandar is-serata. Hu hu membru passiv tal-EBU u ilu jxandar il-festival sentejn. Dan kien l-uniku stazzjon, din is-sena, li bagħat il-kummentaturi tiegħu f'Ħelsinki minkejja li pajjiżu ma kienx qed jieħu sehem.[2]
- It-televiżjoni Taljana ma tiħux sehem minħabba li r-RAI, l-istazzjon nazzjonali, huwa f'kompetizzjoni qawwija ma' stazzjonijiet televiżivi kummerċjali u huma jemmnu li l-Eurovision ma jkunx popolari f'pajjiżhom, minkejja l-fatt li l-edizzjoni tal-1991 kienet segwita minn 6 miljun persuna.
Madwar id-dinja
- Xandira diretta saret permezz tas-satellita minn madwar id-dinja kollha bħal Channel One Russia, ERT World, TVE Inernacional, TVP Polonia, RTP Internacional and TVR i. Is-sit uffiċjali tal-Festival tal-Eurovision ipprovda xandira diretta fuq l-internet permezz ta' Octoshape.
Mapep
immodifikaParteċipazzjoni
immodifikaPożizzjonijiet
immodifikaKontroversja
immodifikaĦafna pajjiżi pprotestaw kontra s-sistema tal-voti fil-festival tal-2007. Robert Abela, kap tal-kontinġent Malti, ippropona li r-riżultati ma kinux "bbażati biss mill-vot pubbliku", fejn ammetta wkoll li t-tnax-il punt ta' Malta ngħata lir-Renju Unit bħala protesta. "Il-mod li l-voti huwa pproċessat fl-EBU hu ħażin, u hemm bżonn li jkun ristrutturat", qalu ħafna segwaċi tal-Eurovision.[4]
Gallerija
immodifika-
Verka Serduchka tkanta "Dancing Lasha Tumbai" għall-Ukrajna
Referenzi
immodifika- ^ Marija from Serbia wins Helsinki 2007 (Ingliż). Eurovision.tv
- ^ a b ESC 2007 Event page (Ingliż). ESCKaz.com
- ^ Eurovision to be aired in Australia (Ingliż). ESCtoday.com
- ^ "Malta slates Eurovision's voting" (bl-Ingliż). BBC News. 2007-05-14. Miġbur 2007-05-17.