Andorra fil-Festival tal-Eurovision
L-Andorra għamlet id-debutt fil-Festival tal-Eurovision fl-2004. L-interess fil-festival kien minn dejjem kbir, minkejja li l-istazzjoni lokali tal-Andorra, Ràdio i Televisió d'Andorra (RTVA), ma kienx ixandar il-festival minn xi snin riċenti. Il-poplu tal-Andorra xorta seta' jsegwi l-edizzjonijiet minn stazzjonijiet Spanjoli u Franċiżi.
Andorra | |
---|---|
Stazzjon membru | {{{stazzjon}}} |
Parteċipazzjoni | |
Dehriet | 6 |
L-ewwel dehra | 2004 |
L-aqwa riżultat | 12 SF (2007) |
L-agħar riżultat | 23 (l-aħħar) SF (2006) |
Ħoloq esterni | |
Paġna fuq Eurovision.tv |
Matul is-sitt parteċipazzjonijiet l-Andorra qatt ma kkwalifikat għall-finali fejn waslet l-aktar viċin fl-2007 meta spiċċat fit-tnax-il post tas-semifinali, minkejja li ħafna bassru l-possibilità ta' kwalifikazzjoni. Nhar it-8 ta' Novembru 2011, ġie imħabbar mir-RTVA li kienu se jħallu lill-EBU minħabba raġunijiet finanzjarji u qtugħ fil-baġit min-naħa tal-gvern tal-pajjiż.
Rappreżentanti
immodifikaSena | Artist | Kanzunetta | Finali | Punti | Semi | Punti |
---|---|---|---|---|---|---|
2004 | Marta Roure | Jugarem A Estimar-Nos | X | X | 18 | 12 |
2005 | Marian van de Wal | La Mirada Interior | X | X | 23 | 27 |
2006 | Jenny | Sense Tu | X | X | 23 | 8 |
2007 | Anonymous | Salvem el món | X | X | 12 | 80 |
2008 | Gisela | Casanova | X | X | 16 | 22 |
2009 | Susanne Georgi | La teva decisió (Get a Life) | X | X | 15 | 8 |
Votazzjoni
immodifikaL-Andorra tat l-aktar punti lil:
Nru. | Pajjiż | Punti |
---|---|---|
1 | Spanja | 60 |
2 | Ukrajna | 33 |
3 | Franza | 26 |
4 | Greċja | 21 |
= | Finlandja | 21 |