Wikiħbarijiet

(Rindirizzat minn Wikinews)

Il-Wikibarijiet huwa proġett tal-Fondazzjoni Wikimedia fejn fiha jiġu ppublikat aħbarijiet minn madwar id-dinja. Jimmy Wales iddistingwa lill-Wikibarijiet minn mal-Wikipedija hekk kif hu stqarr li "fuq il-Wikibarijiet, kull storja li tinkiteb tkun qed tinkiteb bħala aħbar, oppost għal artiklu ta' enċiklopedija."[2] Il-politika tal-punto di vista newtrali espost mill-Wikibarijiet jiddistingwixxiha minn sfrozi ġurnalisti oħra bħal Indymedia u OhmyNews.[3] B'kuntrast mill-ħafna proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedia, il-Wikibarijiet tħalli x-xogħol oriġinali li jsir fil-format ta' rappurtaġġ oriġinali u intervisti.[4]

Wikiħbarijiet
Logo ta' Wikimedia Commons
Screenshot ta' Wikimedia Commons
URL www.wikinews.org
Kummerċjali? Le
Tip ta' sit Aħbarijiet online
Reġistrazzjoni Opzjonali
Lingwi disponibbli Multilingwali
Proprjetarju Fondazzjoni Wikimedia
Maħluqa minn Komunità Wikimedia
Pożizzjoni fuq Alexa 12,761[1]
Stat attwali Attiva

L-ewwel proposta rikordjata ta' sit tal-aħbarijiet tal-Wikimedia kienet posta ta' żewġ linji minn persunan anonimu fil-5 ta' Jannar, 2003, fuq Meta-Wiki.[5] Daniel Alston, li kien jimmodifika lill-Wikipedija taħt l-isem ta' Fonzy,[6] stqarr li kien hu li kien bagħat dak il-messaġġ.[7] Din il-proposta ġiet aktar żviluppata mill-ġurnalista, żviluppatur tas-softwer u awtur Erik Möller. Kien hemm oppożizzjoni minn diversi kontributuri tal-Wikipedija, li kienu stqarrew fuq li kien hemm diġà l-eżistenza ta' taqsiriet tal-aħbarijiet fuq il-Wikipedija, li tat bidu għal diskussjonijiet u proposti fuq kif il-proġett il-ġdid jista' jiġi implimentat mill-Wikimedia.

F'Novembru tal-2004, ġiet ippublikata wiki demostrattiva biex turi kif sit tal-aħbarijiet kollaborattiv jista' jaħdem. F'Diċembru tal-2004, is-sit ma baqax fil-fażi demostrattiva u mexa għall-fażi beta. Fl-istess ħin, edizzjoni bil-Ġermaniż ġiet introdotta. Aktar tard ġew introdotti verżjonijiet bit-Taljan, l-Olandiż, il-Franċiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Bulgaru, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, l-Ukren, is-Serb, il-Ġappuniż, ir-Russu, l-Ebrajk, l-Għarbi, it-Tajlandiż, in-Norveġiż u biċ-Ċiniż (kollha f'ordni kronoloġika).

Fit-13 ta' Marzu, 2005, l-edizzjoni Ingliża tal-Wikibarijiet laħqet l-1,000 artiklu. Ftit xhur wara biss, f'Settembru tal-2005, il-proġett ġie trasferit għal-liċenzja tal-Creative Commons Attribution 2.5.[8] Fil-5 ta' Settembru, 2007, il-verżjoni Ingliża irnexxielha tilħaq kwota ta' 10,000 aħbar.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Alexa Internet, ed. (02-12-2008). "Dettalji tat-traffiku għal wikinews.org" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-22. Miġbur 2009-03-19. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ Joanna Glasner (29-11-2004). "Wikipedia Creators Move Into News" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ Aaron Weiss (10-02-2005). "The Unassociated Press" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ Wikinews:Original reporting.
  5. ^ Daħla arkivjata tal-posta anonima fuq Meta-Wiki.
  6. ^ Daħla arkivjata tal-paġna tal-utent ta' User:Fonzy fuq il-Wikipedija Ingliża, li tistqarr l-isem vera tiegħu.
  7. ^ Daħla ta' User:Fonzy jimmodifika l-artiklu "Wikinews" fuq il-Wikipedija Ingliża.
  8. ^ Wikinews jaqleb għal-liċenzja tal-Creative Commons

Ħoloq esterni

immodifika