Alexa Internet
Alexa Internet Inc. hija kumpanija Amerikana sussidjarja ta' Amazon.com li tagħmel analiżi u tiġbor statistika fuq it-traffiku tal-internet. Alexa hi wkoll mutur ta' tfittxija b'servizz ta' direttorju elettroniku.
Tip | Sussidjarja |
---|---|
Fundazzjoni | 1996[1] |
Kwartieri ġenerali | San Francisco, Kalifornja, Stati Uniti |
Industrija | Internet information providers |
Prodotti | Mutur ta' tfittxija |
Parenti | Amazon.com |
Sit elettroniku | Alexa.com |
Tip ta' sit | Analiżi tat-traffiku tal-web |
Reġistrazzjoni | N/A |
Lingwi disponibbli | Ingliż |
Stat attwali | Attiva |
StorjaImmodifika
Alexa Internet bdiet fl-1996 minn Brewster Kahle u Bruce Gilliat. Għall-bidu kienet toffri toolbar li kienet tiggwida lill-utenti tal-internet permezz ta' suġġerimenti fuq fejn jistgħu jmorru, ibbażati skont mudelli tat-traffiku tal-komunità tal-utenti tagħha. Alexa kienet toffri informazzjoni fuq kull sit li wieħed kien iżur: il-proprjetarju, in-numru ta' paġni li hemm fis-sit, kemm il-sit ieħor jipponta lejh, u l-frekwenza ta' kemm isiru l-aġġornamenti.[2] Barra minn hekk, Alexa tipprovdi l-arkivjar ta' paġni elettroniċi permezz ta' web crawlers. B'kollaborazzjoni mal-Internet Archive, l-inġiniera informatiċi ta' Alexa ħolqu l-Internet Archive's Wayback Machine.
Fl-1999, l-azjenda ġiet akkwistata minn Amazon għaċ-ċifra ta' 250 miljun dollaru. Fir-rebbiegħa tal-2002, Alexa bdiet sħubija mal-Google u aktar tard fl-2005 mal-Open Directory Project. F'Mejju tal-2006, Alexa issostitwixxiet lil Google ma' Live Search bħala l-pjattaforma għat-tfittxija. F'Settembru tal-istess sena Alexa bdiet tuża' l-pjattaforma ta' tfittxija tagħha. F'Diċembru, Alexa ħolqot l-Alexa Image Search. Din hija l-ewwel applikazzjoni li ġiet iddisinjata b'mod awtonomu u installata fuq il-pjattaforma tal-web. Illum il-ġurnata Alexa hija qabel xejn mutur ta' tfittxija.
ReferenziImmodifika
- ^ (Ingliż) About Alexa Internet. Aċċess tal-URL: 09-10-2009.
- ^ Keith Dawson. (Ingliż) Alexa Internet opens the doors. 28-07-1997. Aċċess tal-URL: 06-07-2011.