Serbja
Is-Serbja, uffiċjalment ir-Repubblika tas-Serbja (Serb Ċirilliku: Република Србија, Latin: Republika Srbija, huwa pajjiż interkjuż fiċ-Ċentru u x-Xlokk tal-Ewropa, li jifforma l-parti l-kbira tal-parti ċentrali tal-peniżola Balkanika u l-parti t’isfel tal-pjanura Pannonika. Il-kapitali hija Belgrad. Imissu mas-Serbja fit-Tramuntana nsibu lill-Ungerija; lir-Rumanija u l-Bulgarija fil-Lvant; lir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u l-Albanija fin-nofsinhar; u l-Montenegro, il-Kroazja, u r-Repubblika Srpska (parti mill-Bosnja-Ħerzegovina) fil-Punent.
Repubblika tas-Serbja Република Србија Republika Srbija |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Innu nazzjonali: "Боже правде Bože pravde" Alla tal-Ġustizzja |
||||||
Lokazzjoni tas-Serbja (aħdar) u l-Kosovo (aħdar ċar)
fl-Ewropa (griż skur).
|
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Belgrad 44°48′N 20°28′E / 44.8°N 20.467°E
| |||||
Lingwi uffiċjali | Serb | |||||
Gvern | Repubblika parlamentari | |||||
- | President | Aleksandar Vučić | ||||
- | Prim Ministru | Miloš Vučević | ||||
- | Kelliem tal-Parlament | Ana Brnabić | ||||
Formazzjoni | ||||||
- | L-Ewwel Stat | 768 | ||||
- | Renju \ Imperu | 1217 \ 1346 | ||||
- | Waqgħa ta' Belgrad | 1521 | ||||
- | Monarkija Suzerina | 1817 | ||||
- | Rikonoxxuta | 1878 | ||||
- | Unifikazzjoni tas-Serbja | 1912–1918 | ||||
- | Repubblika indipendenti | 2006 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 88,361 km2 (113) 34,116 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 0.13 (inkluża l-Kosovo) | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2013 | 7,243,007 (eskluża l-Kosovo)[1] | ||||
- | Densità | 91.9/km2 (112) 238/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2013 | |||||
- | Total | $96.76 biljun[2] (76) | ||||
- | Per capita | $13,004(eskluża l-Kosovo)[2] (82) | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2013 | |||||
- | Total | $53.1 biljun[2] (79) | ||||
- | Per capita | $7,136(eskluża l-Kosovo)[2] (92) | ||||
IŻU (2013) | 0.769[3] (għoli) (64) | |||||
Valuta | dinar Serb (RSD ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | +381 | |||||
TLD tal-internet | .rs .срб |
Wara r-ribelljoni kontra l-madmad Tork, bejn l-1804 u l-1815, is-Serbja ġiet imwaqqfa bħala stat awtonomu li ħadet l-indipendenza tagħha b’mod uffiċjali fl-1878. Bis-saħħa ta’ rebħ fil-gwerer Balkaniċi u fl-Ewwel Gwerra Dinjija, għal kważi seklu, is-Serbja kienet parti minn diversi Stati Slavi tan-nofsinhar, fosthom ir-Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni mill-1918 sal-1941 (imsemmija ir-Renju tal-Jugożlavja fl-1929), ir-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugożlavja mill-1945 sal-1992, ir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja mill-1992 sal-2003, u l-Unjoni tas-Serbja u Montenegro mill-2003 sal-2006. Wara li l-Montenegro vvota favur li jħallu l-Unjoni, is-Serbja ddikjarat l-indipendenza tagħha b’mod uffiċjali fil-5 ta’ Ġunju, 2006, bħala l-istat suċċessur tal-Unjoni tas-Serbja u Montenegro.
Ġeografija
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Ġeografija tas-Serbja.
Is-Serbja tinsab fil-Balkani (reġjun distint storikament u ġeografikament tax-xlokk tal-Ewropa) u fil-pjanura Pannonika (reġjun tal-Ewropa ċentrali). Għandha fruntieri mal-Albanija, il-Montenegro, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u r-Rumanija. Is-Serbja hija mdawwra bl-art, għalkemm ix-xmara tad-Danubju tagħti possibilità ta' tbaħħir fl-Ewropa u fil-Baħar l-Iswed.
L-art tas-Serbja tvarja mill-pjanuri għonja u għammiela fir-reġjun tal-Vojvodina, mergħat u barrieri tal-franka fil-Lvant u fix-xlokk, muntanji u għoljiet antiki. It-tramuntana hija ddominata mix-xmara Danubju. Fergħa tagħha, ix-xmara Morava, tgħaddi mir-reġjuni aktar muntanjużi tan-nofsinhar.
Total tal-fruntieri tas-Serbja: 2,322 km, pajjiżi tal-fruntiera (8): Bosnja u Ħerzegovina 345 km; Bulgarija 344 km; Kroazja 314 km; Ungerija 164 km; Kosovo 366 km; il-Maċedonja ta’ Fuq 101 km; Montenegro 157 km; Rumanija 531 km.
Klima
immodifikaIl-klima Serba tvarja bejn klima kontinentali fit-tramuntana, bi Xtiewi kesħin, Sjuf sħan u umdi b’ħalbiet ta’ xita regolari u klima aktar Adrijatika fin-nofsinhar b’Sajf u Ħarifa sħan u xotti u bi Xtiewi relattivament kesħin fejn anke taqa' l-borra aktar 'il ġewwa.
L-Ibliet
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Bliet Serbi.
Bliet kbar (aktar minn 100,000 abitant) – ċensiment 2002 , għall-Kosovo u Metohija World Gazetteer stimi kurrenti (mhux uffiċjali):
- Beograd (Belgrad): 1,273,651 (il-parti ta’ ġewwa tal-belt); 1,710,000 (bis-subborgi)
- Novi Sad: 215,659 (298,139 il-parti metropolitana)
- Priština: bejn 200,000 (stima tal-2002 ) u 262,686 (stima tal-2006)
- Niš: 173,724 (250,518 il-parti metropolitana)
- Kragujevac: 147.473 (180.252 il-parti metropolitana)
- Prizren: bejn 121,000 (stima tal-2002) u 165,227 (stima tal-2006)
- Subotica: 99,471 (147,758 il-parti metropolitana)
-
Beograd (Беoград, Belgrad)
-
Novi Sad(Нови Сад, Ġnien Ġdid)
-
Priština (Приштина) (iddikjarat)
-
Niš (Ниш)
-
Kragujevac (Крагујевац)
-
Prizren (Призрен) (iddikjarat)
-
Subotica (Суботица)
Ġonna Nazzjonali
immodifikaIs-Serbja għandha ħames ġonna nazzjonali:
- Fruška Gora (250 km²)
- Kopaonik (120 km²)
- Tara (220 km²)
- Đerdap (Rixtellu tal-Ħadid) (640 km²)
- Šar-planina (390 km²)
Storja
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Storja tas-Serbja.
Is-Serbja Medjevali
immodifikaL-għeruq tal-istat Serb jmorru lura għas-seklu 7 u l-Familja ta’ Vlastimirović. Renju Serb (madwar Duklja) twaqqaf fis-seklu 11. Dan dam sa-aħħar tas-seklu 12.
L-istat Medjevali Serb reġa' ġie ffurmat fis-seklu 12 fir-reġjun Raška mis-Serb Grand Župan Stefan Nemanja. Fl-1220, taħt Stiefnu l-Ewwel Inkurunat, is-Serbja saret renju, u fl-1346, Stefan Dušan waqqaf l-Imperu Serb. L-Imperu sfaxxa u waqa’ f’idejn it-Torok Ottomani wara l-battalja storika tal-Kosovo fl-1389. It-territorji Serbi tat-tramuntana (id-despotat Serb) kienu mirbuħa għal kollox fl-1459 meta ntrebħet Smederevo. Il-Bożnja ntrebħet ftit snin wara Smederevo u l-Ħerzegovina fl-1482.
Serbja Ottomana
immodifikaWara l-waqgħa tal-Imperu Serb fil-Battalja tal-Kosovo, bejn l-1459 u l-1804, is-Serbja kienet taħt il-ħakma tal-Ottomani, għad li kien hemm tliet invażjonijiet Awstrijaċi u għadd kbir ta’ ribelljonijiet (bħar-Ribelljoni tal-Banat). Dak iż-żmien l-Iżlam kien f’perjodu ta’ tkabbir, speċjalment f’Raska, fil-Kosovo u fil-Bożnja. Ħafna Serbi (u Kroati) saru Musulmani; dan eventwalment wassal għat-twaqqif tan-nazzjon Bożnjakk. Il-perjodu Ottoman huwa wieħed ta’ ċerta importanza fl-istorja tal-pajjiż minħabba li l-kultura Slava, Biżantina, Għarbija u Torka tħalltu f’salt. Ħafna minn dak li jagħmel il-kultura Serba dak li hi nistgħu nsibu l-oriġini tiegħu f’dan il-perjodu.
Is-Serbja Moderna
immodifikaL-ewwel ribelljoni Serba tal-1804-1813, immexxija minn Đorđe Petrović (magħruf ukoll bħala Karađorđe jew "Ġorġ l-Iswed"), u t-Tieni ribelljoni Serba tal-1815 wassal għat-twaqqif tal-Prinċipat tas-Serbja. Minħabba li kienet semindependenti mill-Imperu Ottoman, hija kkunsidrata bħala dik li wasslet għat-twaqqif tas-Serbja moderna.
Mill-1815 sal-1903, l-istat Serb kien immexxi mill-Familja Obrenović, minbarra mill-1842 sal-1858, fejn is-Serbja kienet immexxija mill-Prinċep Aleksandar Karađorđević. Fl-1903, l-Obrenović ġew mibdula mill-Familja Karađorđević, li kienu dixxendenti ta’ Đorđe Petrović.
It-taqbida għal soċjetà moderna, għad-drittijiet tal-bniedem u għal stat nazzjon damet għaddejja xi tliet deċennji u ġiet kompluta bl-adozzjoni tal-Kostituzzjoni tal-15 ta' Frar 1835. Fl-1876, il-Montenegro, is-Serbja, u l-Bożnja ddikjaraw gwerra kontra l-Imperu Ottoman u ddikjaraw l-unifikazzjoni tagħhom. Iżda, it-Trattat ta’ Berlin fl-1878, li kien iffirmat fil-Kungress ta’ Berlin mill-Qawwiet il-Kbar, ta indipendenza sħiħa lis-Serbja u l-Montenegro biss, filwaqt li tal-Bożnja u r-Raška lil Awstrija-Ungerija,li waqqfu l-unifikazzjoni tagħhom sal-Gwerer Balkaniċi fl-1912 u fl-1913 u l-Ewwel Gwerra Dinjija.
Fit-28 ta’ Ġunju 1914 il-qtil tal-Arċiduka Franz Ferdinand tal-Awstrija f’Sarajevo fl-Awstrija-Ungerija minn Gavrilo Princip, unjonista tas-Slavi tan-Nofsinhar, sudditu Awstrijak u membru tal-Bożnja Żagħżugħa, wassal biex l-Awstrija-Ungerija ddikjarat gwerra kontra s-Serbja. L-Imperu Russu pprepara t-truppi tiegħu għad-difiża tal-alleata tiegħu, s-Serbja. Dan wassal biex l-Imperu Ġermaniż ddikjara gwerra kontra r-Russja b’appoġġ lill-alleata tiegħu l-Awstrija-Ungerija. Iżda tattiċisti militari Ġermaniż, biex jiffrankaw attakk minn żewġ naħat kontra r-Russja u Franza, attakkaw l-ewwel lil Franza. Dan wassal għad-dħul fil-gwerra tal-Qawwiet Kbar Ewropej. L-armata Serba rebħet bosta battalji kontra l-Awstrija-Ungerija fl-Ewwel Gwerra Dinjija, imma fl-aħħar ġiet megħluba mill-forzi magħquda tal-Imperu Ġermaniż, l-Awstrija-Ungerija u l-Bulgarija. Fl-Ewwel Gwerra Dinjija s-Serbja tilfet 1,264,000 persuna — 28% tal- popolozzjoni, u 58% tal-popoluzzjoni maskili.
Perjodu bejn il-gwerer
immodifikaWara l-1918, is-Serbja, flimkien mal-Montenegro, kienet waħda mill-membru fundaturi tar-Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni, aktar tard imsemmija r-Renju tal-Jugożlavja. Matul it-Tieni Gwerra Dinijia, is-Serbja kien stat okkupat mill-Ġermaniżi u kien jinkludi l-parti Ċentrali tas-Serbja tal-lum u l-Banat, popolarment imsemmi s-Serbja ta’ Nedić. Imma, parti mit-territorju tas-Serbja tal-lum kien okkupat mill-armati Kroati, Ungeriżi, Bulgari, Albaniżi u Taljani. Il-qawwiet okkupanti wettqu diversi delitti fuq il-popolozzjoni ċivili, speċjalment fuq is-Serbi u l-Lhud.
Wara t-Tieni Gwerra Dinjija
immodifikaFl-1945, is-Serbja ġiet imwaqqfa bħala waħda mill-unitajiet federali tat-tieni Jugożlavja, ir-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugożlavja, mmexxija minn Josip Broz Tito sa mewtu fl-1980.
Wara l-waqgħa tat-tieni Jugożlavja fl-1992, sal-2003, is-Serbja, flimkien mal-Montenegro, kienet parti mir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja. Minkejja l-fatt li s-Serbja ġġieldet bosta gwerer fuq territorji Kroati u Bożnjakki, hija baqgħet għaddejja fil-paċi internament sa l-1998.
Bejn l-1998 u l-1999, kunflitti kontinwi fil-Kosovo bejn Forzi tas-Sigurtà Serbi u Jugożlavi u l-KLA wasslu għal bumbardament mill-ajru tan-NATO li dam għaddej 78 jum. L-attakki waqfu meta l-President Jugożlav Slobodan Milošević aċċetta li jirtira l-Forzi tas-Sigurtà kollha, inklużi l-militar u l-pulizija u jissostitwixxihom bi grupp ta’ pulizija internazzjonali, bir-riżultat li l-Kosovo tibqa' formalment parti mill-Federazzjoni Jugożlavja(Ara: Gwerra tal-Kosovo).
Mill-2003 sal-2006, is-Serbja kienet parti mill-Unjoni Statali tas-Serbja u Montenegro, l-isem li kien ingħata minflok ir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja, biex b’hekk l-isem ‘Jugożlavja’ għeb għal kollox minn fuq il-mappa. Fil-21 ta’ Mejju, 2006, il-Montenegro għamel referendum biex jaraw għandhomx iwaqqfu l-għaqda mas-Serbja. L-għada, riżultati ċċertifikati mill-istat urew li 55.5% tal-votanti kienu favur li jinfirdu minn mas-Serbja, riżultat li kien biss ftit aktar mill-55% meħtieġ biex jgħaddi r-referendum. Fit-3 ta’ Ġunju, l-Parlament Montenegrin ddikjara l-Montenegro indipendenti mill-Unjoni Statali u fil-5 ta’ Ġunju, l-Assemblea Nazzjonali Serba ddikjarat is-Serbja bħala s-suċċessur tal-Unjoni Statali tas-Serbja u Montenegro.
Politika u Gvern
immodifikaFl-4 ta' Frar 2003 il-parlament tar-Repubblika Federali tal-Jugożlavja qabel ma' forma aktar flessibbli ta’ kooperazzjoni bejn is-Serbja u l-Montenegro fi ħdan commonwealth msejjaħ Serbja u Montenegro.
Wara t-tneħħija ta' Slobodan Milošević fil-5 ta' Ottubru 2000, il-pajjiż beda jitmexxa mill-Oppożizzjoni Demkratika tas-Serbja. Fi ħdan din il-koalizzjoni kiber it-tensjoni sakemm Partit Demokratiku tas-Serbja (DSS) ħalla l-gvern biex ħalla lill-Partit Demokratiku (DS) f’kontroll assolut. Madankollu, f’Marzu tal-2004 id-DSS ġabar biżżejjed appoġġ biex ifforma l-gvern ġdid tas-Serbja, flimkien mal-G17 Plus u l-koalizzjoni SPO-NS, u bl-appoġġ tal-Partit Soċjalista Serb, li ma jiħdux sehem fil-gvern, imma bil-bdil għall-appoġġ tagħhom, għandhom pożizzjonijiet żgħar fil-gvern u l-ġustizzja u jinfluwenzaw fil-politika. Il-Prim Ministru tas-Serbja huwa Vojislav Koštunica, mexxej tal-Partit Demokratiku tas-Serbja.
Il-president attwali tas-Serbja huwa Boris Tadić, mexxej tal-Partit Demokratiku (DS). Hu ġie elett bi 53% tal-voti fit-tieni ċiklu ta’ l-elezzjonijiet presidenzjali Serbi li saru fis-27 ta' Ġunju 2004, wara ħafna elezzjonjiet bla suċċess sa mill-2002.
Tqassim Amministrattiv
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Sottodiviżjonijiet tas-Serbja.
Is-Serbja hija maqsuma f’29 distrett (5 minnhom qegħdin fil-Kosovo, li attwalment hi amministrata mill-ĠM) u l-Belt ta’ Belgrad. Id-distretti huma maqsuma f’108 muniċipalitajiet. Is-Serbja għandha żewġ provinċji awtonomi: fin-nofsinhar hemm il-Kosovo u Metoħija bi 30 muniċipalità, u fit-tramuntana hemm Vojvodina b’46 muniċipalità.
Il-parti tas-Serbja li ma tinsabx la fil-Kosovo u lanqas fil-Vojvodina hija msejjħa is-Serbja Ċentrali. Is-Serbja Ċentrali mhijiex taqsima amministrattiva, bħaż-żewġ provinċji awtonomi , u m’għandhiex gvern reġjonali tagħha. Fl-era Jugożlava din il-parti bidet tissejjaħ, bis-Serbo-Kroat "uža Srbija" li tfisser litteralment "Serbja d-dejqa". Din hija biss tifsira ġeografika mingħajr l-ebda implikazzjonijiet politiċi.
Organizzazzjoni territorjali
immodifikaHemm 29 distrett fis-Serbja (7 fil-Vojvodina, 8 fis-Šumadija u s-Serbja tal-Punent, 9 fin-Nofsinhar u l-Lvant tas-Serbja u 5 fil-Kosovo. L-unika parti tas-Serbja li mhix parti minn ebda distrett huwa t-territorju li jappartjeni lill-Belt ta’ Belgrad. , li għandha status speċjali simili ħafna għal dak ta’ distrett.
Adeżjoni fl-Unjoni Ewropea
immodifika- 2012 - status ta' kandidat għall-UE
L-applikazzjoni tas-Serbja għas-sħubija fl-UE ġiet ippreżentata fid-19 ta' Diċembru 2009.
Fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Kunsill l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tas-Serbja.
Fit-12 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni Ewropea tat opinjoni pożittiva u rrakkomandat li s-Serbja tingħata l-istatus ta' pajjiż kandidat.
Fid-9 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill Ewropew talab lill-Kunsill biex jeżamina u jikkonferma li s-Serbja kienet kompliet turi impenn u tikseb aktar progress f'għadd ta' oqsma. Il-Kunsill imbagħad intalab jieħu deċiżjoni fi Frar 2012 dwar l-għoti ta' status ta' kandidat lis-Serbja, sabiex tiġi kkonfermata mil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2012.
Fl-1 ta' Marzu 2012, il-Kunsill Ewropew ta lis-Serbja l-istatus ta' pajjiż kandidat.
- Jannar 2014 - bidu tan-negozjati tal-adeżjoni
Fis-27 u t-28 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill Ewropew qabel li jibda negozjati tal-adeżjoni mas-Serbja mhux aktar tard minn Jannar 2014.
Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-istati membri tagħha, u r-Repubblika tas-Serbja. Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013.
Il-Kunsill qabel dwar qafas għan-negozjati mas-Serbja fis-17 ta' Diċembru 2013.
- Laqgħat tal-Konferenza dwar l-Adeżjoni
Fil-21 ta' Jannar 2014, l-ewwel laqgħa tal-Konferenza mas-Serbja dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali fetħet in-negozjati tal-adeżjoni. Minn dakinhar, saru għaxar laqgħat tal-Konferenza dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali fi Brussell.
Minn total ta' 35 kapitolu ta' negozjar, issa nfetħu17-il kapitolu għan-negozjati, li minnhom diġà ngħalqu żewġ kapitoli proviżorjament. Ser jiġu ppjanati aktar Konferenzi dwar l-Adeżjoni, kif xieraq, sabiex il-proċess jitmexxa 'l quddiem fit-tieni nofs tal-2019.
Fit-18 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Affarijiet Ġenerali adotta konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni, li jkopru s-Serbja. Fl-20 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Ewropew approva l-konklużjonijiet.
Demografija
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Demografija tas-Serbja.
Is-Serbja hija mgħammra l-aktar mis-Serbi. Minoranzi jinkludu l-Albaniżi (li huma fil-maġġoranza fil-provinċja tal-Kosovo-Metoħija), l-Ungeriżi, il-Bosnijaċi, r-Roma, l-Kroati, is-Slovakki, l-Bulgari, r-Rumeni, eċċ. Is-Serbja hija magħmula minn tlett territorji: il- provinċja tal-Kosovo-Metoħija, provinċja tal-Vojvodina u s-Serbja Ċentrali (Serb Ċirilliku: Централна Србија, Serb Latin: Centralna Srbija. Iż-żewġ provinċji huma etnikament diversi. Dan ġej mill-fatt li l-pajjiż ġie magħmul minn partijiet li kienu jiffurmaw parti, fin-nofsinhar, mill-Imperu Ottoman Musulman u fit-tramuntana mill-Imperu Asburġiku Kattoliku.
Il-provinċja ta' fuq tal-Vojvodina hija l-aktar parti żviluppata tal-pajjiż f’termini ta’ saħħa ekonomika. Bħall-eks-repubbliki Jugożlavi tas-Slovenja, Kroazja u l-Bosnja-Ħerzegovina, Vojvodina kienet parti mill-amministrazzjoni tal-Awstrija-Ungerija qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-Vojvodina hija waħda mill-aktar territorji etnikament diversi fl-Ewropa b’aktar minn 25 komunità nazzjonali differenti. Skont l-aħħar ċensiment (2002), din il-provinċja għandha popolazzjoni ta’ 2 miljuni, li minnhom: 65% huma Serbi, 14.3% huma Ungeriżi, 2.79% huma Slovakki, 2.78% huma Kroati, 2.71% mhux dikjarati, 2.45% Jugożlavi, 1.75% Montenegrini, 1.50% Rumeni, 1.43% Roma, 0.97% Bunjevci, 0.77% Ruteni, 0.58% Maċedonjani, 0.50% affiljazzjoni reġjonali, 0.23% Ukraini, oħrajn (Albaniżi, Sloveni, Ġermaniżi, Pollakki, Ċiniżi eċċ).
- Statistika tal-popolazzjoni tas-Serbja (Mejju 2005)
- Serbja (total): 9,396,411
- Vojvodina: 2,116,725
- Serbja Ċentrali: 5,479,686
- Kosovo-Metoħija: 1,800,000
Il-proġezzjonijiet demografiċi tal-popolazzjoni futura tas-Serbja jbassru li fl-2030, il-popolazzjoni tas-Serbja ħa tkun magħmula minn 7,200,000 Albaniż u 6,300,000 Serb. Il-proġezzjonijiet huma bbażati fuq il-fatt li l-popolazzjoni etnika Albaniża fis-Serbja tirdoppja kull 20 sena (fl-1961 kien hemm 646,000 Albaniż waqt li fl-1981 kien hemm 1,226,000), waqt li l-popolazzjoni etnika Serba tibqa madwar 6,000,000 (6,016,000 Serb fl-1971, 6,352,000 Serb fl-2002). Il-ftit żieda fil-popolazzjoni Serba hija attribwita lid-dħul ta’ rifuġjati Serbi mill-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kroazja fl-1990 minħabba l-Gwerer Jugożlavi aktar milli riżultat ta’ xi tkabbir naturali tal-popolazzjoni.
Ekonomija
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Ekonomija tas-Serbja.
- GDP u tkabbir
Prodott Gross Domestiku Real GDP (PPP): $41.15 biljun (2005 est.) (Sors: CIA [1])
$43.46 biljun (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF [2])
Real GDP per kapita (PPP): $4,400 (2005 est.) (Sors: CIA [3])
$5,203 (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF [4])
Real GDP (rata ta' kambju): $19.19 biljun (2005 est.; mingħajr il-Kosovo) (Sors: CIA [5])
$26.59 biljun (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF [6])
Real GDP per kapita (rata ta' kambju): $3183.76 (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF [7])
Real GDP rata ta’ tkabbir (2005): 5.9% (2005 est.; mingħajr il-Kosovo) (Sors: CIA [8])
Statistika oħra Rata ta’ tkabbir ta’ produzzjoni Industrijali: 7.1% (2004), 1.3% (2005) Rata tal-qgħad: 20.0% (2005) (31.6% with Kosovo) Inflazzjoni: 15.5% (2005) Dejn Barrani: $15.43 Biljun (2005) FDI (2005): $1 481 Miljun (Source: NBS [9])
Ħoloq esterni
immodifika- B92 Aħbarijiet
- Blic Gazzetta
- CIA World Factbook profile on Serbia
- Glas Javnosti Gazzetta
- Krstarica Web Portal
- Foundation Rastko
- Serbian Unity Congress
- Michael Boro Petrovich, The History of Modern Serbia 1804-1918, 2 vols. I-II, Harcourt Brace Jovanovich, New York 1976.
- Stevan K. Pavlowitch, (2002). Serbia: the History behind the Name, London: C. Hurst & Co. Publishers. ISBN 978-1-85065-476-6.
- Dušan T. Bataković, Histoire du peuple serbe, (sous la direction de) D. T. Bataković, L'Age d'Homme, Lausanne 2005.
- Dušan T. Bataković, The Kosovo Chronicles, Plato Books, Belgrade 1992.
- The Serbs and Their National Interest, N. Von Ragenfeld-Feldman & D. T. Bataković (eds.), SUC, San Francisco & Belgrade 1997
- Kosovo and Metohija. Living in the Enclave, D. T. Bataković (ed.), Institute for Balkan Studies, SASA, Belgrade 2007.
- Dušan T. Bataković, Kosovo. Un conflit sans fin ?, Lausanne, L`Age d`Homme 2008.
- Dušan T. Bataković, Serbia’s Kosovo Drama. A Historical Perspective, Čigoja Štampa, Belgrade 2012.
Referenzi
immodifika- ^ Census.gov. U.S. Department of Commerce http://www.census.gov/population/international/data/countryrank/rank.php. Miġbur 2013-05-09. Parametru mhux magħruf
|archiveurl=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|date=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|author=
injorat (forsi ridt tuża|awtur=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|publisher=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|title=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|archivedate=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|accessdate=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) - ^ a b ċ d International Monetary Fund (ed.). "Serbja". Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Nazzjonijiet Uniti, ed. (2013). "Human Development Report 2013" (PDF). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna)
- Serbija, Kunsill tal-Unjoni Ewropea