Kroazja fil-Festival tal-Eurovision

Il-Kroazja bdiet l-avventura fil-Festival tal-Eurovision mill-1993, wara li kisbet l-indipendenza mill-Jugożlavja. Flimkien mal-Iżvezja u Malta, u anki l-erba' pajjiżi l-oħra li huma ntitulati li jipparteċipaw kull sena, il-Kroazja hi waħda mill-ftit pajjiżi li ma naqsux li jipparteċipaw f'edizzjoni mill-1993 'il quddiem, meta s-sistema ta' dak iż-żmien kienet tirrelega 'l-pajjiżi li kienu jispiċċaw bl-inqas punti. Ma kien hemm l-ebda interuzzjoni fil-parteċipazzjoni tal-Kroazja fil-Eurovision mill-ewwel apparenza fl-1993 sal-2007, fejn huma wieħed miż-żewġ pajjiżi, flimkien ma' Spanja (esklużi d-debuttanti riċenti) li qatt ma tilfu edizzjoni waħda minn mindu għamlu d-debutt tagħhom.

Kroazja
Kroazja
Stazzjon membru HRT
Selezzjoni nazzjonali HRT Dora
Parteċipazzjoni
Dehriet {{{dehriet}}}
L-ewwel dehra 2005
L-aqwa riżultat 4 (1996, 1999)
L-agħar riżultat 16 SF (2007)
Ħoloq esterni
[{{{paġna_EBU}}} Paġna fuq Eurovision.tv]

Il-Kroazja ġiet rappreżentata fil-Eurovision bejn l-1961 u l-1991 taħt l-isem tal-Jugożlavja. Il-Kroazja ipproduċiet tlettax-il parteċipazzjoni minn 26 daħla tal-Jugożlavja, bil-kanzunetta rebbieħa tal-1989, Riva b'"Rock Me", tkun Kroata. B'hekk, bħala riżultat, il-Festival tal-Eurovision 1990 sar f'Żagreb.

Wara li l-Jugożlavja ġiet xolta fl-1991, il-Kroazja ħadet sehem għall-ewwel darba bħala pajjiż indipendenti fl-1993. Minħabba li l-Hrvatska radiotelevizija (HRT) ma kienx membru tal-EBU, il-Kroazja ma setgħetx tieħu sehem fil-Eurovision. Li kieku l-HRT kien membru tal-EBU fil-ħin għall-festival, il-kanzunetta Kroata kienet tkun mill-grupp Magazin "Aleluja".[1]

L-ewwel kanzunetta tal-Kroazja wasslet fl-1993 fejn il-grupp Put kanta l-kanzunetta "Don't Ever Cry", li minkejja li għandha titlu Ingliż, il-kanzunetta tkantat bil-Kroat. Il-kanzunetta ntemmet fit-tielet post fil-"Kvalifikacija za Millstreet", biex b'hekk ġie assigurat mill-parteċipazzjoni fil-festival. L-aqwa pożizzjoni, sal-2009, kien ir-raba' post miksub fl-1996 minn Maja Blagdan bil-kanzunetta "Sveta ljubav", u fl-1999, minn Doris Dragović b'"Marija Magdalena".

L-għażla tar-rappreżentat tal-Kroazja fil-Eurovision isir permezz tal-festival imsejjaħ Dora.

Rappreżentanti

immodifika
Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
1993 Put Don't Ever Cry 15 31
1994 Tony Cetinski Nek' ti bude ljubav sva 16 27
1995 Magazin u Lidija Horvat-Dunjko Nostalgija 6 91
1996 Maja Blagdan Sveta ljubav 4 98
1997 E.N.I Probudi me 17 24
1998 Danijela Neka mi ne svane 5 131
1999 Doris Dragović Marija Magdalena 4 118
2000 Goran Karan Kad zaspu anđeli 9 70
2001 Vanna Strings Of My Heart 10 42
2002 Vesna Pisarović Everything I Want 11 44
2003 Claudia Beni Više nisam tvoja 15 29
2004 Ivan Mikulić You Are The Only One 12 50 9 72
2005 Boris Novković u Lado Members Vukovi umiru sami 11 15 4 169
2006 Severina Moja štikla 12 56
2007 Dragonfly u Dado Topić Vjerujem u ljubav 16 54
2008 Kraljevi ulice u 75 Cents Romanca 21 44 4 112
2008 Igor Cukrov Lijepa Tena 18 45 13 33

Votazzjoni

immodifika
 
Dragonfly u Dado Topić f'Ħelsinki (2007)
 
Kraljevi Ulice u 75 Cents f'Belgrad (2008)

Il-Kroazja tat l-aktar punti lil (finali biss):

Nu. Pajjiż Punti
1   Bosnja-Ħerzegovina 117
2   Malta 82
3   Renju Unit 64
4   Slovenja 52
5   Maċedonja 49

Il-Kroazja rċiviet l-aktar punti minn (finali biss):

Nu. Pajjiż Punti
1   Slovenja 105
2   Bosnja-Ħerzegovina 101
3   Malta 62
4   Maċedonja 56
5   Turkija 50

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Il-festival tal-Kroazja għall-Festival tal-Eurovision - Grand Prix '92". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-04-03. Miġbur 2009-05-17.

Ħoloq esterni

immodifika