Festival tal-Eurovision 2010

kompetizzjoni annwali

Il-Festival tal-Eurovision 2010 kien il-55 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision. Dan sar ġewwa t-Telenor Arena, f'Bærum, fin-Norveġja, subborg tal-belt ta' Oslo. Din hija t-tielet darba li dan il-pajjiż qed iżomm dan il-festival, bl-edizzjonijiet preċedenti jkunu dawk tal-1986 u l-1996. Is-semifinali ħadu post fil-25 u fis-27 ta' Mejju 2010, waqt li l-finali se tieħu post nhar is-Sibt 29 ta' Mejju 2010.[1] Il-kantanta ta' dsatax-il sena Lena rebħet il-festival 2010 f'isem il-Ġermanja bil-kanzunetta "Satellite".

Festival tal-Eurovision 2010
"Share The Moment"
Dati
Data tal-1el semifinali 25 ta' Mejju 2010
Data tal-2ni semifinali 27 ta' Mejju 2010
Data tal-finali 29 ta' Mejju 2010
Ospitu
Sala Telenor Arena, Bærum, Norveġja
Preżentatur(i) Erik Solbakken
Haddy N'jie
Nadia Hasnaoui
Att tal-ftuħ Alexander Rybak ikanta Fairytale
Att tal-intervall Massa ta' nies jesebixxu flimkien ma' Madcon, flimkien ma' filmati diretti u rekordjati ta' udjenzi jiżfnu madwar l-Ewropa.
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 39
Pajjiżi debuttanti Ħadd
Pajjiżi li rritornaw Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja
Pajjiżi li rtiraw Bandiera tal-Andorra Andorra
Bandiera tal-Montenegro Montenegro
Bandiera tar-Repubblika Ċeka Repubblika Ċeka
Bandiera tal-Ungerija Ungerija
Vote
Kanzunetta rebbieħa Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja
"Satellite"
Festival tal-Eurovision
◄2009 2011►

Il-European Broadcasting Union (EBU), għal din l-edizzjoni, effetwat xi tibdliet fosthom fis-sistema ta' votazzjoni fis-semifinali, li tibbilanċja l-voti tal-ġurija ma' dawk tal-pubbliku. Disgħa u tletin pajjiż daħlu għal dan il-konkors, bil-Ġeorġja tirritorna lura, waqt li l-Andorra, il-Montenegro, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija jirtiraw.

Il-baġit inizzjali għas-sala kien dak ta' 150 miljun krona Norveġiża (17-il miljun). Din iċ-ċifra hija ikbar minn dik allokata fl-edizzjoni tal-2007 f'Ħelsinki, waqt li inqas minn dik li ntafqet fl-edizzjoni ta' Moska 2009. L-aħħar ċifra stmata li ntafqet hi dik ta' 211-il miljun krona (€24 miljun).

Waqt konferenza stampa f'Oslo fis-27 ta' Mejju 2009, ġie mħabbar li s-serata se ssir fiż-żona metropolitana ta' Oslo. In-NRK qablu li Oslo kienet l-unika belt bl-infrastruttura, impjanti u kapaċità adegwati sabiex jiġi ospitat il-Eurovision. Fit-3 ta' Lulju 2009, ġie deċiż li l-impjant se jkun it-Telenor Arena, struttura ġdida fil-muniċipalità ta' Bærum.[2] B'total ta' 246 punt, il-Ġermanja ġabet it-titlu lura lejn pajjiżha wara assenza mir-rebħ ta' 28 sena; din kienet ukoll l-ewwel rebħa ta' pajjiż li ġej mill-"Big Four" mill-1997.

Disinn viżwali

immodifika

In-NRK ħabbru l-islogan, id-disinn u t-tema tal-arti tal-Konkors fl-4 ta' Diċembru 2009. It-tema tal-arti, serje ta' ċrieki li jaqtgħu ġo xulxin, ġe magħżul sabiex "jirrapreżenta l-għaqda tal-popli u d-diversità ta' emozzjonijiet li jduru madwar il-Festival tal-Eurovision."[3] Barra minn hekk, il-logo tal-festival, barra mill-isfond abjad, ħareġ ukoll taħt il-kulur tad-deheb, l-iswed u r-roża. Dehra tad-disinn tal-palk ħarġet fis-6 ta' Mejju 2010, fejn ma kienet tinkludi ebda skrin LED, fejn minflok se tiġi applikata teknika differenti fuq id-dawl.

Votazzjoni

immodifika

Nhar il-11 ta' Ottubru 2009, il-European Broadcasting Union (EBU) ħabbret li l-format tas-semifinali se jinbidel sabiex ir-riżultati se jkunu determinati minn taħlita ta' 50% ġurija nazzjonali u 50% voti tal-pubbliku, biex b'hekk il-format ikun konsistenti ma' dak użat fil-finali. Il-voti ta' pajjiż se jkunu kombinazzjoni tal-voti tal-ġurija u voti min-naħa tal-pubbliku. L-għaxar pajjiżi bl-akbar numru ta' punti jiksbu post fil-finali tal-konkors.[4] Din tieħu post is-sistema wżata fl-2008 u fl-2009 fejn l-aqwa disa' pajjiżi mir-riżultati tat-televotazzjoni minn kull semifinali jikkwalifikaw għall-finali. L-għaxar post fis-semifinali jiġi determinat min kiseb l-ikbar numru ta' punti mill-voti tal-ġurija u li jkun għadu ma kisebx post fil-finali (permezz tal-voti tal-pubbliku). Fis-26 ta' Ottubru 2009, l-EBU ħabbret ukoll li l-votazzjoni se tkun miftuħa matul is-serata kollha u tagħlaq ħmistax-il minuta wara l-aħħar kanzunetta.[5]

Allokazzjoni tas-semifinali

immodifika

Nhar il-Ħadd 7 ta' Frar 2010, saru t-tlugħ tal-poloz fuq liema pajjiżi se jidhru fl-ewwel u fit-tieni semifinali. Il-pajjiżi parteċipanti ġew maqsuma f'ħames urni deċiżi skont l-istorja ta' votazzjoni fl-aħħar konkorsi. Il-polza kienet tinkludi mhux biss liema pajjiż se jkanta f'liema semifinali, imma wkoll f'liema nofs tas-semifinali se jkanta, sabiex id-delegazzjonijiet ikunu jafu meta se jibdew ir-riħersals għall-pajjiżi rispettivi. Il-polza ddeterminat ukoll f'liema semifinali l-pajjiżi tal-hekk imsejħa "Big Four" (Franza, il-Ġermanja, ir-Renju Unit u Spanja) u l-pajjiż ospitu tan-Norveġja, sejrin jivvutaw.[6] Fit-23 ta' Marzu 2010 ġiet deċiża f'liema pożizzjoni l-pajjiżi se jkantaw fil-finali u s-semifinali.

Urna 1 Urna 2 Urna 3 Urna 4 Urna 5

Riżultati

immodifika

Semifinali

immodifika

Erbgħa u tletin pajjiż daħlu għas-semifinali tal-festival. It-tlugħ tal-poloz għas-semifinali saru fis-7 ta' Frar 2010, waqt li l-poloz ta' f'liema pożizzjoni se jkantaw ittellgħet fit-23 ta' Marzu 2010.

Semifinali 1

immodifika
  • L-ewwel semifinali saret f'Oslo nhar il-25 ta' Mejju 2010.
  • L-għaxar pajjiżi mis-semifinali bl-aktar numru ta' punti jiggwadanjaw post fil-finali.
  • Franza, il-Ġermanja u Spanja ivvutaw f'din is-semifinali.
# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
01   Moldova SunStroke Project u Olia Tira "Run Away" Aħrab 10 52
02   Russja Peter Nalitch and Friends "Lost and Forgotten" Mitluf u Minsi 7 74
03   Estonja Malcolm Lincoln u Manpower 4 "Siren" Sirena 14 39
04   Slovakkja Kristina "Horehronie" Horehronie 16 24
05   Finlandja Kuunkuiskaajat "Työlki ellää" Wieħed jista' jaħdem għall-għajxien 11 49
06   Latvja Aisha "What For?" Għalxiex? 17 11
07   Serbja Milan Stanković "Ovo je Balkan"
(Ово је Балкан)
Dawn huma l-Balkani 5 79
08   Bosnja-Ħerzegovina Vukašin Brajić "Thunder and Lightning" Ragħad u Sajjetti 8 59
09   Polonja Marcin Mroziński "Legenda" Leġġenda 13 44
10   Belġju Tom Dice "Me and My Guitar" Jien u l-Kitarra Tiegħi 1 167
11   Malta Thea Garrett "My Dream" Il-Ħolma Tiegħi 12 45
12   Albanija Juliana Pasha "It's All About You" Hu Kollu Dwarek 6 76
13   Greċja Giorgos Alkaios and Friends "OPA" (ΏΠΑ) 2 133
14   Portugall Filipa Azevedo "Há dias assim" Hemm ġranet bħal din 4 89
15   Maċedonja Gjoko Taneski, Billy Zver u Pejcin "Jas ja imam silata"
(Јас ја имам силата)
Għandi s-saħħa 15 37
16   Bjelorussja 3+2 feat Robert Wells "Butterflies" Friefet 9 59
17   Iżlanda Hera Björk "Je ne sais quoi" Ma nafx xiex 3 123

Semifinali 2

immodifika
  • It-tieni semifinali saret f'Oslo fis-27 ta' Mejju 2010.
  • L-għaxar pajjiżi mis-semifinali bl-aktar numru ta' punti jiggwadanjaw post fil-finali.
  • In-Norveġja u r-Renju Unit ivvutaw f'din is-semifinali.
# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
01   Litwanja InCulto "Eastern European Funk" Funk tal-Lvant tal-Ewropa 12 44
02   Armenja Eva Rivas "Apricot Stone" Għadma tal-Berquq 6 83
03   Iżrael Harel Skaat "Milim" Kliem 8 71
04   Danimarka Chanée u N'evergreen "In a Moment Like This" F'Mument Bħal Dan 5 101
05   Żvizzera Michael von der Heide "Il pleut de l'or" Qiegħda tagħmel xita tad-deheb 17 2
06   Żvezja Anna Bergendahl "This Is My Life" Din Hija Ħajti 11 62
07   Ażerbajġan Safura "Drip Drop" Qatra Qatra 2 113
08   Ukrajna Alyosha "Sweet People" Nies Ħelwin 7 77
09   Netherlands Sieneke "Ik ben verliefd (Sha-la-lie)" I'm in love (Sha-la-lie) 14 29
10   Rumanija Paula Seling u Ovi "Playing with Fire" Nilgħabu man-Nar 4 104
11   Slovenja Ansambel Žlindra u Kalamari "Narodnozabavni rock" Rock folk nattiv 16 6
12   Irlanda Niamh Kavanagh "It's for You" Hi Għalik 9 67
13   Bulgarija Miro "Angel si ti" (Ангел си ти) Inti anġlu 15 19
14   Ċipru Jon Lilygreen u The Islanders "Life Looks Better in Spring" Il-Ħajja Tidher Aħjar fir-Rebbiegħa 10 67
15   Kroazja Feminnem "Lako je sve" Kollox huwa faċli 13 33
16   Ġeorġja Sopho Nizharadze "Shine" Ibrilla 3 106
17   Turkija maNga "We Could Be the Same" Nistgħu Nkunu l-Istess 1 118
  • Il-finali saret fid-29 ta' Mejju 2010, ġewwa Telenor Arena, f'Bærum, f'Oslo.
  • L-hekk imsejħa l-Big Four u l-pajjiż ospitu, in-Norveġja, ikkwalifikaw awtomatikament għall-finali.
  • Miż-żewġ semifinali tal-25 u s-27 ta' Mejju 2010, għoxrin pajjiż ikkwalifikaw għall-finali. Total ta' ħamsa u għoxrin pajjiż ikkompetew fil-finali.
# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
01   Ażerbajġan Safura "Drip Drop" Qatra Qatra 5 145
02   Spanja Daniel Diges "Algo pequeñito" Xi ħaġa żgħira 15 68
03   Norveġja Didrik Solli-Tangen "My Heart Is Yours" Qalbi Tiegħek 20 35
04   Moldova SunStroke Project and Olia Tira "Run Away" Aħrab 22 27
05   Ċipru Jon Lilygreen u The Islanders "Life Looks Better in Spring" Il-Ħajja Tidher Aħjar fir-Rebbiegħa 21 27
06   Bosnja-Ħerzegovina Vukašin Brajić "Thunder and Lightning" Ragħad u Sajjetti 17 51
07   Belġju Tom Dice "Me and My Guitar" Jien u l-Kitarra Tiegħi 6 143
08   Serbja Milan Stanković "Ovo je Balkan" (Ово је Балкан) Dawn huma l-Balkani 13 72
09   Bjelorussja 3+2 feat Robert Wells "Butterflies" Friefet 24 18
10   Irlanda Niamh Kavanagh "It's for You" Hi Għalik 23 25
11   Greċja Giorgos Alkaios and Friends "OPA" (ΟΠΑ) 8 140
12   Renju Unit Josh Dubovie "That Sounds Good to Me" Tidher Tajjeb Għalija 25 10
13   Ġeorġja Sopho Nizharadze "Shine" Ibrilla 9 136
14   Turkija maNga "We Could Be the Same" Nistgħu Nkunu l-Istess 2 170
15   Albanija Juliana Pasha "It's All About You" Hu Kollu Dwarek 16 62
16   Iżlanda Hera Björk "Je ne sais quoi" Ma nafx xiex 19 41
17   Ukrajna Alyosha "Sweet People" Nies Ħelwin 10 108
18   Franza Jessy Matador "Allez Ola Olé" Ejjew! Ola! Olé! 12 82
19   Rumanija Paula Seling u Ovi "Playing with Fire" Nilgħabu man-Nar 3 162
20   Russja Peter Nalitch and Friends "Lost and Forgotten" Mitluf u Minsi 11 90
21   Armenja Eva Rivas "Apricot Stone" Għadma tal-Berquq 7 141
22   Ġermanja Lena "Satellite" Satellita 1 246
23   Portugall Filipa Azevedo "Há dias assim" Hemm ġranet bħal din 18 43
24   Iżrael Harel Skaat "Milim" Kliem 14 71
25   Danimarka Chanée u N'evergreen "In a Moment Like This" F'Mument Bħal Dan 4 149

Votazzjoni matul il-finali

immodifika
  1.   Rumanija
  2.   Irlanda
  3.   Ġermanja
  4.   Serbja
  5.   Albanija
  6.   Turkija
  7.   Kroazja
  8.   Polonja
  9.   Bosnja-Ħerzegovina
  10.   Finlandja
  11.   Slovenja
  12.   Estonja
  13.   Russja
  1.   Portugall
  2.   Ażerbajġan
  3.   Greċja
  4.   Iżlanda
  5.   Danimarka
  6.   Franza
  7.   Spanja
  8.   Slovakkja
  9.   Bulgarija
  10.   Ukrajna
  11.   Latvja
  12.   Malta
  13.   Norveġja
  1.   Ċipru
  2.   Litwanja
  3.   Bjelorussja
  4.   Żvizzera
  5.   Belġju
  6.   Renju Unit
  7.   Netherlands
  8.   Iżrael
  9.   Maċedonja
  10.   Moldova
  11.   Ġeorġja
  12.   Żvezja
  13.   Armenja

Referenzi

immodifika
  1. ^ Luke Fisher (13-05-2009). Oikotimes (ed.). "EBU Press Conference; 2010 dates announced" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ Sietse Bakker (03-07-2009). EBU (ed.). "Breaking news: Fornebu Arena to host Oslo 2010" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ Sietse Bakker (04-12-2009). EBU (ed.). "Oslo 2010 theme revealed: Share The Moment" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ Sietse Bakker (11-10-2009). EBU (ed.). "Exclusive: Juries also get 50% stake in Semi-Final result!" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ Sietse Bakker (26-10-2009). EBU (ed.). "Oslo 2010: Televoting during entire shows" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ Florian Grillhofer (04-02-2010). ESCToday (ed.). "Eurovision 2010: Semi final allocation draw on Sunday" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni

immodifika