Lena Meyer-Landrut

Lena Meyer-Landrut (twieldet fit-23 ta' Mejju 1991), magħrufa wkoll bħala Lene, hija kantanta Ġermaniża. Hi ħadet sehem f'isem il-Ġermanja fil-Festival tal-Eurovision 2010 f'Oslo, in-Norveġja, u rebħet il-festival bil-kanzunetta "Satellite", fejn irċiviet 246 punt fil-finali tad-29 ta' Mejju.

Lena Meyer-Landrut
Lena Meyer-Landrut fil-konferenza stampa wara r-rebħa tagħha fil-Festival tal-Eurovision 2010
Lena Meyer-Landrut fil-konferenza stampa wara r-rebħa tagħha fil-Festival tal-Eurovision 2010
Informazzjoni ġenerali
Magħrufa Lena
Twieldet 23 ta' Mejju 1991 (1991-05-23) (33 sena)
Oriġini Ġermanja Hanover, Ġermanja
Ġeneru Pop
Snin ta' attività 2010–preżent
Ditta USFO, Universal Music Germany
Sit uffiċjali lena-meyer-landrut.com

Bijografija

immodifika

Lena Meyer-Landrut twieldet fit-23 ta' Mejju 1991 ġewwa Hannover fil-Ġermanja.[1] Ta' ħames snin bdiet tieħu lezzjonijiet taż-żfin; għall-bidu fuq il-ballet u iktar tard fuq stili aktar moderni bħall-hip hop u l-jazz. Meyer-Landrut kibret bl-imħabba lejn il-kant ġo fiha u waslet anke biex dehret bħala extra f'numru ta' serje televiżivi Ġermaniżi. Minkejja dan, hi qatt ma ħadet taħriġ vokali jew fid-drama. Hi tattendi l-iskola sekondarja ta' IGS Roderbruch Hannover.

Karriera

immodifika

Unser Star für Oslo

immodifika

Minkejja li ma kellha l-ebda esperjenza professjonali ta' kant, Meyer-Landrut iddeċidiet li tidħol fil-festival Unser Star für Oslo (L-Istilla Tagħna għal Oslo), programm televiżiv ġdid sabiex tintgħażel il-kanzunetta Ġermaniża għall-Festival tal-Eurovision 2010 ġewwa Oslo. Il-festival ġie organizzat mix-xandar pubbliku ARD u l-istazzjon televiżiv privat ProSieben, kif ukoll mill-produttur mużikali Stefan Raab. Minn fost 4,500 parteċipant, Meyer-Landrut ġiet magħżulha fost l-aħħar 20 kontestant għas-serata.

 
Lena Meyer-Landrut f'Hannover nhar is-17 ta' Marzu 2010

Wara l-ewwel dehra tagħha, fejn kantat "My Same" mill-kantanta Brittanika Adele, Meyer-Landrut irċiviet tifħir min-naħa tal-ġurija tal-konkors u immedjatament daħlet bħala fost il-favoriti li tirbaħ. Barra li l-interpretazzjoni tagħha ta' "My Same" daħlet fil-klassifika mużikali Ġermaniża f'numru 61, Meyer-Landrut waslet sal-finali ta' Unser Star für Oslo. Fil-finali tat-12 ta' Marzu 2010, Meyer-Landrut kantant tliet kanzunetti li ġew speċifikament miktuba għall-konkors, "Bee", "Satellite" u "Love Me". Il-pubbliku għażel il-kanzunetta "Satellite", komposta mill-kompożitur Daniż John Gordon u b'lirika tal-Amerikana Julie Frost, bħala l-kanzunetta tagħha jekk tirbaħ il-festival. Fit-tieni rawnd ta' votazzjoni, Meyer-Landrut ġiet magħżula bħala r-rappreżentatriċi tal-Ġermanja fil-55 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, fejn għelbet lill-aħħar kontestanta, Jennifer Braun.[2]

It-tliet kanzunetti finalisti tagħha kollha daħlu fl-aqwa ħamsa fil-klassifika mużikali Ġermaniża, fejn laħqu l-ewwel, it-tielet u r-raba', liema tragward li qatt ma ntlaħaq mill-ebda artist minn meta bdiet toħroġ il-klassifika Ġermaniża fl-1959.[3] "Satellite" ġiet iċċertifikata bħala tad-deheb wara l-ewwel ġimgħa, u tal-platinu wara r-raba' ġimgħa.[4] Il-kanzunetta baqgħet fl-ewwel post fil-Ġermanja għal ħames ġimgħat konsekuttivi, u waslet sat-tieni post ġewwa l-Awstrija u l-Iżvizzera.

Festival tal-Eurovision

immodifika

Minħabba li kienet qiegħda tieħu sehem f'isem pajjiż tal-"Big Four", Meyer-Landrut kisbet post awtomatiku fil-finali tal-Festival tal-Eurovision 2010 ġewwa Oslo, in-Norveġja. Fil-finali li saret ġewwa t-Telenor Arena, hi kantat ir-raba' mill-aħħar. "Satellite" kisbet total ta' 246 punt fejn tat l-ewwel rebħa tal-Ġermanja mill-1982, u l-ewwel waħda bħala pajjiż unifikat. Il-kanzunetta rebħet fuq dik Torka "We Could Be The Same", li spiċċat fit-tieni post, b'marġinu ta' 76 punt, it-tieni l-ikbar fl-istorja tal-Eurovision, wara r-rekord ta' 169 ta' Alexander Rybak fl-edizzjoni tal-2009. Il-parteċipanta Ġermaniża ngħatat disa' settijiet ta' tnax-il punt u rċiviet punti minn kull pajjiż barra ħamsa. Ir-rebħa ta' Meyer-Landrut kisbet attenzjoni kbira fil-Ġermanja u s-serata segwewha 14.69 miljun persuna fuq it-televiżjoni Ġermaniża.[5] Lena irritornat lura lejn Hannover il-ġurnata wara r-rebħa tagħha fejn ġiet milqugħa minn 40,000 persuna.

Dehriet fuq Unser Star für Oslo

immodifika
 
Meyer-Landrut matul l-ewwel riħersal fil-Festival tal-Eurovision 2010, Mejju 2010
Serata Kanzunetta Artist oriġinali
L-ewwel serata "My Same" Adele
It-tielet serata "Diamond Dave" The Bird and the Bee
Ir-raba' serata "Foundations" Kate Nash
Il-ħames serata "New Shoes" Paolo Nutini
Kwarti tal-finali
(Is-sitt serata)
"Mouthwash"
"Neopolitan Dreams"
Kate Nash
Lisa Mitchell
Semifinali
(Is-seba' serata)
"Mr. Curiosity"
"The Lovecats"
Jason Mraz
The Cure
Finali
(It-tmien serata)
"Bee"
"Satellite"
"Love Me"
Jennifer Braun / Lena Meyer-Landrut
Jennifer Braun / Lena Meyer-Landrut
Lena Meyer-Landrut
Jennifer Braun u Meyer-Landrut it-tnejn kantaw verżjonijiet differenti ta' "Bee" u "Satellite" fil-finali

Diskografija

immodifika

Kanzunetti

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ (DE) Deutscher Depeschendienst. Musik: Lena Meyer-Landrut: Zwischen Grand Prix und Schulbank. Ad-hoc-news.de.
  2. ^ Klier, Marcus. Germany sends Lena Meyer-Landrut to the Eurovision Song Contest. ESCToday.com. 12 ta' Marzu 2010.
  3. ^ (DE) Lena Meyer-Landrut schreibt Charts-Geschichte. Spiegel.de. 23 ta' Marzu 2010.
  4. ^ (DE) Charts KW 16: Unheilig zurück auf dem Thron. MusikWoche. 13 ta' April 2010.
  5. ^ Klier, Marcus. Germany: 14.69 million people watched the final. ESCToday.com. 30 ta' Mejju 2010.

Ħoloq esterni

immodifika
Predeċessur
Oscar u Alex
Ġermanja fil-Festival tal-Eurovision
2010, 2011

Suċċessur
 

Predeċessur
  Alexander Rybak
Rebbieħa tal-Festival tal-Eurovision
2010

Suċċessur
Ell & Nikki