Charlotte Perrelli

Anna Jenny Charlotte Nilsson (twieldet fis-7 ta' Ottubru 1974)[1], magħrufa aħjar bħala Charlotte Perrelli, hija kantanta, attriċi u preżentatriċi Żvediża famuża l-aktar għar-rebħ tal-Melodifestivalen tal-1999 kif ukoll l-edizzjoni ta' dik is-sena tal-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Take Me to Your Heaven. Wara l-esperjenza tal-Eurovision, hi ħarġet sitt kanzunetti singoli u erba' albums. Perrelli rebħet il-Melodifestivalen 2008 u rrapreżentat lill-Iżvezja għal darb'oħra fil-Festival tal-Eurovision 2008.

Charlotte Perrelli
Informazzjoni ġenerali
Isem sħiħ Anna Jenny Charlotte Nilsson
Magħruf Charlotte Nilsson
Twieled 7 ta' Ottubru 1974 (1974-10-07) (50 sena)
Oriġini Hovmantorp, Żvezja
Ġeneru Danseband, disco, pop
Snin ta' attività 1987–preżent
Sit uffiċjali www.charlotteperrelli.com

Perrelli hi miżżewwġa lil Taljan li twieled fi Stokkolma, Nicola Ingrosso, ħu Emilio Ingrosso li kien miżżewweġ lil kantanta oħra Żvediża Pernilla Wahlgren fis-snin disgħin. Wara battibekk mal-kumplament tal-familja, Charlotte u Nicola iddeċidew li jbiddlu kunjomhom għal Perrelli. Huma joqgħodu fi Stokkolma u għandhom żewġt itfal.

Bijografija

immodifika

1987–1998

immodifika

F'età ta' tlettax-il sena, Perrelli ingħadet ma' dansband lokali f'Hovmantrop fil-provinċja ta' Småland, fin-Nofsinhar tal-Iżvezja. Il-grupp, minn "Bengt Ingvars" sar "Bengt Ingvars med Charlotte". Wara li spiċċat l-iskola obbligatorja, Perrelli attendiet Skola tal-Arti f'Växjö, belt qrib Hovmantorp. Hi saret ukoll il-kantanta prinċipali tal-grupp Kendix.

Fl-1994 Perrelli bdiet tkanta mad-dansband famuża Anders Engbergs. Wara żewġ albums, hi ħalliet lill-grupp u ngħadet fl-1997 ma' grupp ieħor li kien famuż għas-suċċessi kbar li kiseb; Wizex. Is-snin ma' Wizex taw lil Perrelli l-opportunità biex tiżviluppa t-talent tagħha. Bi prodott u tmexxija professjonali, ir-riżultati bdew jidhru. Fl-1998, il-grupp ġiet nominat għall-"Grammis" (Grammy) Żvediżi għall-album "Mot nya mål" u l-album "Tusen och en natt". Perrelli kienet lesta biex tagħmel karriera ta' solista.

1999–2000

immodifika

Wara li kienet magħżula biex tirrapreżenta lill-Iżvezja fil-Festival tal-Eurovision 1999, Perrelli marret Ġerusalem lejn tmiem Mejju biex tkanta l-kanzunetta "Take Me To Your Heaven". Hi rebħet dik l-edizzjoni u dan kien il-bidu tant mixtieq għall-karriera solista. Fix-xhur ta' wara hi żaret diversi pajjiżi fl-Ewropa u bdiet taħdem fuq l-ewwel album solo, li kien iġib l-isem ta' "Charlotte".

2001–2003

immodifika

Fl-2001 hi ħarġet it-tieni album tagħha, li kien jinkludi l-kanzunetta tant famuża "You Got Me Going Crazy", miktuba minn Johan Åberg u Paul Rein, li huma famużi għax-xogħol li għamlu ma' Christina Aguilera u Victoria Beckham. Perrelli ospitat l-ewwel semifinali tal-Melodifestivalen 2003 flimkien ma' Mark Levengood u Lena Philipsson. F'April tal-2003 hi għamlet Jesus Christ Superstar. F'Settembru hi ħarġet il-kanzunetta "Broken Heart", li wasslet għall-album "Gone Too Long" f'Ġunju 2004.

2004–2007

immodifika

Wara s-suċċess fil-Melodifestivalen 2003, Perrelli kienet għal darb'oħra preżentatriċi tal-edizzjoni tas-sena ta' wara tal-Melodifestivalen. Hi ppreżentat flimkien ma' Peter Settman u Ola Lindström. Wara l-festival, TV4 offrewlha li jkollha programm televiżiv. Il-programm kien imsemmi "Super Troupers" u kien f'format ta' kompetizzjoni ta' talenti bejn it-tfal. Waħda mill-kontestanti kienet Amy Diamond, li illum hi kantanta ta' suċċess.

Lejn nofs l-2004 hi ħarġet l-aktar album b'suċċess, sa issa - "Gone Too Long" - li kien jinkludi kanzunetti minn ftit mill-aqwa produtturi Żvediżi, fosthom Jörgen Elofsson. Hi kienet ingħaqdet ma' Robert Wells, Jill Johnson u oħrajn fir-Rhapsody In Rock-tour.

F'Mejju 2007, Perrelli kienet l-esperta Żvediża fil-panil ta' diskussjoi Nordika fuq il-Eurovision. Hi kienet ukoll parti minn dan il-grupp ta' "ġurija" fis-sena 2005.

F'nofs l-2007 Perrelli daret l-Iżvezja bis-suċċessun ta' "Diggiloo". Magħha ngħaqdu kantanti bħal Linda Bengtzing, Lasse Holm, Molly Sandén, Lotta Engberg u Jan Johansen. Matul il-ħarifa hi ħarġet il-kanzunetta "Jag är tillbaks".

2008–preżent

immodifika
 
Charlotte Perrelli fil-Festival tal-Eurovision 2008

Fil-15 ta' Marzu 2008, Perrelli kantant fil-Melodifestivalen 2008 il-kanzunetta "Hero" fi Stockholm Globe Arena. Hi reġgħet ingħatat id-dritt li tirrapreżenta lill-Iżvezja fil-Festival tal-Eurovision f'Belgrad, fis-Serbja.

Fl-14 ta' April, Charlotte iffilmjat il-vidjo mużikali ta' "Hero" fi Stokkolma, u bdiet ukoll il-vjaġġ ta' promozzjoni li kien suċċess. Din il-kanzunetta saret waħda mill-favorita li tirbaħ l-edizzjoni tal-2008 tal-Eurovision. Hi rnexxielha tikkwalfika mit-tieni semi-finali tat-22 ta' Mejju. Minkejja li "Hero" kienet waħda mill-favoriti biex jirbħu l-Eurovision tal-2008,[2], din il-kanzunetta spiċċat b'diżappunt fit-18-il post minn 25 kanzunetta fil-finali, b'total ta' 47 punt.

Wara l-Eurovision, Perrelli bdiet titħarreġ għal Rhapsody in Rock flimkien ma' Robert Wells. Perrelli u Robert għamlu kunċert f'Bejġing, iċ-Ċina matul il-Logħob Olimpiku tas-sajf 2008. F'Awwissu ġie mħabbar li Charlotte iffirmat ma' tikketta diskografika Ċiniża, u sussegwentament l-album "Hero" mistenni li joħroġ iċ-Ċina

Diskografija

immodifika
Sena Album L-aqwa pożizzjoni Informazzjoni
  SWE
1999 Charlotte 3
  • Lingwa: Ingliża
  • Maħruġ: Żvezja
2001 Miss Jealousy
  • Maħruġ: Marzu, 2001
32
  • Lingwa: Ingliża
  • Maħruġ: Żvezja
2004 Gone too long
  • Maħruġ: Marzu, 2004
11
  • Lingwa: Ingliża
  • Maħruġ: Żvezja
  • Format: CD
2006 I din röst
  • Maħruġ: Ġunju, 2006
29
  • Lingwa: Żvediża
  • Maħruġ: Żvezja
2008 Hero
  • Maħruġ: 23 ta' April, 2008
3
  • Lingwa: Ingliża
  • Maħruġ: Żvezja
  • Ċertifikazzjoni: Platinu

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Sweden 2008" (bl-Ingliż). Eurovision. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-03-28.
  2. ^ Osborn, Michael (2008-05-20). "Sweden tipped to win Eurovision" (bl-Ingliż). BBC News. Miġbur 2008-05-26.

Ħoloq esterni

immodifika
Predeċessur
Dana International
Rebbieħa tal-Festival tal-Eurovision
1999

Suċċessur
Olsen Brothers