Ġunju
Jannar · | Frar · | Marzu · | April · | Mejju · | Ġunju · | Lulju · | Awwissu · | Settembru · | Ottubru · | Novembru · | Diċembru |
Ġunju hu s-sitt xahar tas-sena fil-kalendarju Gregorjan u għandu 30 jum. Ix-xahar hu msemmi għall-alla Rumana Ġuno, il-mara ta' Ġove.
◄ | Ġunju | ► | ||||
Ħad | Tne | Tli | Erb | Ħam | Ġim | Sib |
26 | 27 | 28 | 29 | 30 | 31 | 1 |
2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 |
9 | 10 | 11 | 12 | 13 | 14 | 15 |
16 | 17 | 18 | 19 | 20 | 21 | 22 |
23 | 24 | 25 | 26 | 27 | 28 | 29 |
30 | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |
- Għal użi oħra, ara Ġunju (diżambigwazzjoni)
Fil-bidu ta' Ġunju, ix-xemx titla' fil-kostellazzjoni tal-Barri; fl-aħħar ta' Ġunju x-xemx titla' fil-kostellazzjoni tat-Tewmin. Madanakollu, minħabba l-preċessjoni tal-ekwinozji, Ġunju jibda bix-xemx fis-simbolu astroloġiku tat-Tewmin, u jispiċċa bix-xemx fis-simbolu tal-Qabru. Ġunju hu x-xahar bl-ikbar numru ta' sigħat ta' dawl tax-xemx fl-emisferu tat-Tramuntana u bl-inqas numru ta' sigħat ta' dawl tax-xemx fl-emisferu ta' Nofsinhar.
Ġunju, fl-emisferu tat-Tramuntana hu l-ekwivalenti staġjonali ta' Diċembru fl-emisferu ta' Nofsinhar u viċi-versa. Ix-xahar ta' Ġunju — fl-emisferu tat-Tramuntana — hu fir-rebbiegħa sal-21, meta s-sajf jibda.
Dan ix-xahar hu magħruf għall-għad kbir ta' tiġijiet matulu. Dan in-numru kbir ta' żwiġijiet jista' jiġi attribwit lill-alla Ġuno jew Ħera, li Ġunju hu msemmi għaliha. Ġuno hi l-alla protetriċi taż-żwieġ, u għalhekk xi nies jaħsbu li żwieġ li jsir f'dan ix-xahar ikollu r-riżq.[1][2]
Avvenimenti f'Ġunju
immodifika- F'1 ta' Ġunju l-Kenja tikkomemora l-Madaraka Day, li tfakkar meta huma kisbu l-ħakma interna tal-pajjiż (wara segwiet l-Indipendenza).
- Jum il-Bandiera tal-Iżvezja (6 ta' Ġunju), fl-Istati Uniti (14 ta' Ġunju), fid-Danimarka (15 ta' Ġunju), fl-Arġentina (20 ta' Ġunju) u fir-Rumanija (26 ta' Ġunju).
- Għeluq is-snin tal-karattru ta' Disney, Donald Duck – 9 ta' Ġunju
- Kamehameha Day, fil-11 ta' Ġunju, hi vaganza statali fil-Ħawaj, Stati Uniti, fejn jonorow l-ħâkem li stabilixxa l-unifikazzjoni tas-saltna tal-Ħawaj
- Jum l-Indipendenza fil-Filippini – 12 ta' Ġunju
- Festa ta' Sant'Antnin ta' Padova – 13 ta' Ġunju
- Bloomsday fl-Irlanda – 16 ta' Ġunju
- Juneteenth – 19 ta' Ġunju
- "Jum il-Martri" fl-Ertirea – 20 ta' Ġunju
- Jum San Ġwanni l-Battista fil-Quebec – 24 ta' Ġunju
- Festa ta' San Pietru u San Pawl, patruni prinċipali tal-Knisja Kattolika – 29 ta' Ġunju
- Jum il-Missier (fil-Belġju fit-tieni Ħadd ta' Ġunju; fl-Istati Uniti, fir-Renju Unit, fil-Messiku, fl-Olanda, fl-Irlanda u fil-Kanada fit-tielet Ħadd ta' Ġunju).
- Ħafna skejjel fl-Istati Uniti jibdew il-vaganzi tas-sajf.
- L-ewwel Tnejn ta' Ġunju hi waħda mill-btajjel pubbliċi fl-Irlanda; fil-kalendarju Irlandiż dan ix-xahar hu msejjaħ Meitheamh u hu x-xahar tan-nofs tal-istaġun tas-sajf. F'dan ix-xahar ma jkunx hemm skola għal dawk li jattendu l-iskejjel sekondarji (kif ukoll matul Lulju u Awissu), waqt li Ġunju hu l-aħħar xahar tal-iskejjel primarji.
Referenzi
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Ġunju |
- ^ Lindemans, Micha F. Juno (Ġuno), Encyclopedia Mythica
- ^ Napier, James (1 ta' Awissu, 2003). Folk Lore or Superstitious Beliefs in the West of Scotland within This Century (1879). Whitefish, MT: Kessinger Publishing, pġ.51. ISBN 978-0-7661-7907-3.