Ġove (mitoloġija)
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Ġove huwa figura tal-mitoloġija Rumana u kien l-alla tas-sema ta' l-Italja, u kien personalizzat bil-wasla ta' l-Etruski f'Ruma. Ismu ġej mill-italjanizzazzjoni ta' Iove ablativ ta' Iuppiter (fil-mitoloġija Griega huwa l-ekwivalenti ta' Żews).
Flimkien ma' Ġunone u Minerva, Ġove kien jifforma parti mit-triju ta' divinità l-kbar, u għalihom, ir-Rumani bnew tempju fuq il-Campidoglio. B'hekk twieled f'Ruma l-kult ta' Ġove Ottimo Massimo, f'liema tempju kienu jmorru l-ġenerali waqt it-trijonf tagħhom.
Ġove kien:
- alla tad-Dawl, Lucetius
- dak li jagħti t-telfa, Stator, u r-rebħ
- dak li jgħaqqad il-komunità, Feretrio.
B'dan il-mod, kien il-protettur fi żmien il-gwerra u dak li kien jiggarantixxi il-benessere fi żminijiet ta' paċi. Iżżewweġ lil Ġunone, u kellhom tlitt itfal.
Anki Ġove, bħal parti l-kbira tad-divinità Rumani, m'għandux mitoloġija propja u ġie assimilat ma' Żeus tal-mitloġija Griega, fejn ġie anki assoċjat ma' leġġendi li il-veru Ġove Ruman qatt ma ħa sehem fihom.
Ġove normalment jiġi rraffigurat bħala raġel imdaħħal fiż-żmien, bi spallejn wesgħin u b'daqna folta.
Ġove fl-arti
immodifikaPittura
immodifikaReferenzi
immodifikaĦoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Ġove (mitoloġija) (Iupiter) |
|