Agostino Carracci

pittur Barokk minn Bologna, l-Italja (1557-1602)

Agostino Carracci (jew Caracci; twieled fis-16 ta' Awwissu 1557 – miet fit-22 ta' Marzu 1602) kien pittur, litografu, disinjatur tat-tapizzeriji u għalliem tal-arti Taljan. Flimkien ma' ħuh, Annibale Carracci, u kuġinuh, Ludovico Carracci, huwa kien wieħed mill-fundaturi tal-Accademia degli Incamminati (l-Akkademja tal-Progressivi) f'Bologna. Din l-akkademja tat-tagħlim kienet tippromwovi t-tpinġija u l-pittura li l-Carracci kienu jenfasizzaw li kellha tinbet mill-ħajja. Kienet tippromwovi tendenzi progressivi fl-arti u kienet reazzjoni għad-distorsjoni Manjerista tal-anatomija u tal-ispazju.[1] L-akkademja għenet biex tagħti spinta lill-pitturi tal-Iskola ta' Bologna sabiex isiru prominenti.

Agostino Carracci
Ħajja
Twelid Bolonja, 16 Awwissu 1557, 1557
Nazzjonalità Stati Papali
Mewt Parma, 22 Marzu 1602
Familja
Ulied
Aħwa
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Għalliema Domenico Tibaldi (mul) Translate
Prospero Fontana
Bartolomeo Passarotti (en) Translate
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur
tipografu
Post tax-xogħol Ruma
Venezja
Milan
Bolonja
Cremona
Parma
Venezja
Bolonja
Ruma
Bolonja
Parma
Ruma
Bolonja
Parma
Xogħlijiet importanti Annunciation (en) Translate
The Last Communion of St Jerome (en) Translate
Hairy Harry, Mad Peter and Tiny Amon by Agostino Carracci (en) Translate
Moviment artistiku pittura storika
ritratt
 
Ritratt ta' Mara

Agostino Carracci twieled f'Bologna u kien iben ħajjat. Huwa kien ħu l-kbir Annibale Carracci u l-kuġin ta' Ludovico Carracci. Inizjalment tħarreġ bħala arġentier (tad-deheb). Iktar 'il quddiem studja l-pittura, l-ewwel ma' Prospero Fontana, li kien l-imgħallem ta' Ludovico, u mbagħad ma' Bartolomeo Passarotti. Huwa vvjaġġa lejn Parma biex jistudja x-xogħlijiet ta' Correggio. Akkumpanjat minn ħuh Annibale, huwa qatta' żmien twil f'Venezja, fejn tħarreġ bħala inċiżur mar-rinomat Cornelis Cort.[2] Mill-1574 huwa ħadem bħala inċiżur ta' riproduzzjonijiet, u kkopja x-xogħlijiet ta' mgħallma tas-seklu 16 bħal Federico Barocci, Tintoretto, Antonio Campi, Veronese u Correggio. Huwa pproduċa wkoll xi litografiji oriġinali, inkluż żewġ inċiżjonijiet.

Huwa vvjaġġa lejn Venezja (1582, 1587–1589) u lejn Parma (1586–1587). Flimkien ma' Annibale u Ludovico, huwa ħadem f'Bologna fuq iċ-ċikli ta' affreski fil-Palazzo Fava (Ġrajjiet ta' Jason u Medea, 1584) u fil-Palazzo Magnani (Ġrajjiet ta' Romulu, 1590–1592). Fl-1592 huwa pitter ukoll it-Tqarbina ta' San Ġlormu, li issa tinsab fil-Pinakoteka ta' Bologna u li titqies bħala l-kapulavur tiegħu. Fl-1620, Giovanni Lanfranco, student tal-Carracci, baqa' magħruf għaliex akkuża lil student ieħor tal-Carracci, Domenichino, li kkopja din il-pittura. Fl-1586 wettaq l-opra għal fuq l-artal Madonna bil-Bambin u l-Qaddisin, li issa tinsab fil-Gallerija Nazzjonali ta' Parma. Fl-1598 Carracci ngħaqad ma' ħuh Annibale f'Ruma, biex jikkollabora fit-tiżjin tal-Gallerija fil-Palazzo Farnese. Mill-1598 sal-1600 wettaq Ritratt triplu, li issa jinsab f'Napli, li hu eżempju ta' pittura b'tema. Fl-1600 huwa ssejjaħ lejn Parma mid-Duka Ranuccio I Farnese biex jibda jżejjen il-Palazzo del Giardino, iżda miet qabel temmu. Il-ħabib tiegħu, il-poeta Claudio Achillini, iddedikalu epitafju wara mewtu, li iktar 'il quddiem ġie ppubblikat minn Carlo Cesare Malvasia fix-xogħol dwar il-ħajja tal-Carracci.[3]

Iben Agostino, Antonio Carracci, kien pittur ukoll, u pprova jikkompeti mal-Akkademja ta' missieru.

Inċiżjoni ta' Agostino Carracci wara l-pittura Imħabba fl-Epoka tad-Deheb tal-pittur Fjamming Paolo Fiammingo kienet l-ispirazzjoni ta' Le bonheur de vivre (Hena tal-Ħajja) ta' Matisse.[4]

Xogħlijiet

immodifika
 
Il-Pjetà ta' Agostino Carracci, Hermitage

Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, dawn li ġejjin huma kollha żejt fuq it-tila:

  • 1573 – Pietà (Mużew tal-Arti ta' Muscarelle, Williamsburg, Virginia, l-Istati Uniti)
  • 1586 – Madonna bil-Bambin u l-Qaddisin (Gallerija Nazzjonali ta' Parma, l-Italja)
  • għall-ħabta tal-1586 – Lamentazzjoni jew Pjetà (Hermitage, San Pietruburgu, ir-Russja)
  • għall-ħabta tal-1589–1595 – Imħabba Reċiproka (inċiżjoni, Mużew tal-Arti ta' Baltimore, l-Istati Uniti)[5]
  • għall-ħabta tal-1590 – Tħabbira (Louvre, Pariġi, Franza)
  • 1590–1595 – Ritratt ta' Mara jisimha Ġuditta (kollezzjoni privata)
  • għall-ħabta tal-1592–1593 – Tlugħ is-Sema (Knisja tas-Salvatur, Bologna, l-Italja)
  • 1592–1597 – L-Aħħar Tqarbina ta' San Ġlormu (Pinakoteka Nazzjonali ta' Bologna, l-Italja)
  • għall-ħabta tal-1595 – Ras ta' Fawnu fuq Superfiċe Konkava (tpinġija tonda, Gallerija Nazzjonali tal-Arti, Washington DC, l-Istati Uniti)
  • 1598–1600 – Ritratt Triplu ta' Arrigo, Pietro u Amon (Mużew Nazzjonali ta' Capodimonte, Napli, l-Italja).
 
Awtoritratt ta' Agostino Carracci bħala arloġġar

Kollaborazzjonijiet f'affreski ma' Annibale u ma' Ludovico

immodifika
  • Ħajja ta' Enea (Palazzo Fava, Bologna, l-Italja)
  • Ġrajjiet ta' Jason u Medea (Palazzo Fava, Bologna, l-Italja)
  • Xeni mit-Twaqqif ta' Ruma (Palazzo Magnani, Bologna, l-Italja)
  • Ħajja ta' Erkole (Palazzo Sampieri Talon, Bologna, l-Italja).

Mhux datati

immodifika
  • Il-Maddaliena Tindem (kollezzjoni privata)
  • Xogħol erotiku ta' Carracci (litografiji).

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Agostino Carracci (The J. Paul Getty Museum Collection)". The J. Paul Getty Museum Collection (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-16.
  2. ^ "CATHOLIC ENCYCLOPEDIA: Carracci". www.newadvent.org. Miġbur 2022-08-16.
  3. ^ Anne Summerscale. Malvasia's Life of the Carracci: Commentary and Translation. Penn State Press. p. 8. ISBN 9780271044378.
  4. ^ Thomas Puttfarken, "Mutual Love and Golden Age: Matisse and 'gli Amori de' Carracci", The Burlington Magazine, 124 (Apr. 1982): 203–208.
  5. ^ Cuno, James B. (July 1980). "Matisse and Agostino Carracci: A Source for the 'Bonheur de Vivre'". The Burlington Magazine. 122 (928): 503–505.