Żews
Dan l-artiklu dwar il-mitoloġija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Żews, skont il-mitoloġija Griega, huwa l-alla tas-sema u jiggverna fuq l-allat tal-Muntanja Olimpu. Jikkorrispondi ma' l-alla Ruman Ġove.
Fil-poemi ta' Omeru, Żews hu meqjus bħala missier l-allat kollha u tal-mortali. Ma kienx hu li ħalaq la l-bnedmin u lanqas l-allat, iżda kien missierhom fis-sens li kien il-protettur u l-ħakkiem kemm tal-familja Olimpjana u kemm tar-razza umana.
Żews jikkontrolla s-sema, ix-xita, is-sħab u l-beraq bir-ragħad.
|