Repubblika tal-Irlanda
Ir-Repubblika tal-Irlanda hija nazzjon fl-Ewropa u tagħmel parti mill-gżira tal-Irlanda. Il-bqija tal-gżira, jiġifieri l-Irlanda ta' Fuq hija parti integrali tar-Renju Unit. Għandha popolazzjoni ta' 4.2 miljun ruħ.
Irlanda Éire |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Innu nazzjonali: Amhrán na bhFiann Kanzunetta tas-Suldati |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Dublin 53°20.65′N 6°16.05′W / 53.34417°N 6.2675°W
| |||||
Lingwi uffiċjali | Ingliż u Irlandiż[1] | |||||
Gvern | Repubblika kostituzzjonali parlamentari unitarja | |||||
- | President | Michael D. Higgins | ||||
- | Taoiseach | Micheál Martin | ||||
- | Tánaiste | Leo Varadkar | ||||
Indipendenza mir-Renju Unit | ||||||
- | Iddikjarata | 24 ta' April 1916 | ||||
- | Ratifikata | 21 ta' Jannar 1919 | ||||
- | Magħrufa | 6 ta' Diċembru 1922 | ||||
- | Kostituzzjoni | 29 ta' Diċembru 1937 | ||||
- | Ħallew il-Commonwealth | 18 ta' April 1949 | ||||
Sħubija fl-UE | 1 ta' Jannar, 1973 | |||||
Erja | ||||||
- | Total | 70,273 km2 (120) 27,133 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 2.00 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2013 | 4,588,252[2] | ||||
- | Densità | 65.3/km2 (142) 168.8/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $192.223 biljun[3] (56) | ||||
- | Per capita | $41,920[3] (15) | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $210.416 biljun[3] (42) | ||||
- | Per capita | $45,888[3] (14) | ||||
IŻU (2013) | 0.916[4] (għoli ħafna) (7) | |||||
Valuta | Ewro (€) (EUR ) |
|||||
Żona tal-ħin | WET (UTC+0) | |||||
Kodiċi telefoniku | +353 | |||||
TLD tal-internet | .ie |
Il-belt kapitali tagħha hi Dublin, li tgħodd nofs miljun ruħ u li tinsab tħares fuq il-Baħar tal-Irlanda. Bliet oħra kbar huma Cork b' 120 elf ruħ, Galway b' 73 elf, Limerick b' 53 elf u Waterford b' 46 elf. Fost l-aktar gżejjer magħrufa hemm dawk tal-Gżejjer Aran, fl-għarb tal-gżira u dik ta' Achill, li tintleħaq minn County Mayo.
Għalkemm il-pajjiż huwa ġar tar-Renju Unit u fil-parti l-kbira jitkellem l-ilsien Ingliż, kien ma' dan ir-renju li kellhu l-aktar taqbid fl-istorja mdemmija tiegħu. Tant li l-element patrijottiku jgħaffas ħafna, imqar jekk b'mod xejn komplimentuż, fuq il-passat storiku ta' bejniethom. Dan jidher ċar fil-letteratura u l-mużika Irlandiża, meqjusa fost l-ifjen fl-Ewropa.
L-Irlanda għandha fruntiera ta' 490 km mal-Irlanda ta' Fuq (Renju Unit).
Storja
immodifikaL-Irlanda kienet maqsuma f’renji żgħar li kkonvertew għall-Kristjaneżmu xi żmien qabel is-sena 900 AD. Aktar tard kien taħt il-ħakma Brittanika bejn l-1542-1801 bħala r-Renju tal-Irlanda (u l-Commonwealth bejn l-1652-1660) (Kingdom of Ireland, Ríoghacht Éireann); li kienet f'Unjoni Personali mal-Ingilterra u Unjoni Personali mal-Gran Brittanja, sal-Indipendenza tagħha fl-1922.
Ir-Repubblika tal-Irlanda twieldet wara li Lloyd George, f'isem ir-Renju Unit u l-Kuruna Brittanika, għadda l-Att tal-Gvern dwar l-Irlanda fl-1920. Dan kien ifisser il-ħolqien ta' żewġ parlamenti, wieħed minnhom għan-naħa ta' fuq, fil-parti l-kbira f' Ulster. Il-parti li baqgħet tagħmel mar-Renju Unit saret magħrufa bħala Northern Ireland, l-Irlanda ta' Fuq.
F' Diċembru 1921 ġie ffirmat it-Trattat Anglo-Irlandiż u b'hekk twaqqfet l-Irish Free State. Din baqgħet magħrufa hekk sal-1949, meta ġiet iddikjarata r-Repubblika tal-Irlanda, li nqatgħet mill-Commonwealth. Fl-1955 ir-Repubblika tal-Irlanda saret membru sħiħ tal-Ġnus Maqgħuda.
Reliġjon
immodifikaIl-poplu Irlandiż iħaddan, fil-parti l-kbira, it-twemmin kattoliku. Dan it-twemmin kien l-għeruq ta' ħafna mit-tilwim mar-Renju Unit. Il-muntanja ta' Croagh Patrick, f'County Mayo, hija meqjusa bħala waħda sagra u lejn tmiem ta' kull Lulju, eluf kbar ta' pellegrini jixxabtu magħha sakemm jilħqu l-quċċata bħala parti mis-sagriċċju għal dnubiethom. San Patrizju huwa l-patrun tal-pajjiż.
.
Għalkemm ir-reliġjon kattolika ma hijiex daqstant b'saħħitha daqs ftit tas-snin ilu, xorta tibqa' forża nfluwenti fil-ħajja ta' kuljum. Madanakollu filwaqt li d-dibattitu dwar l-abort jibqa' jaħraq ħafna, ħarġu numru ta' skandli tal-ġerarkija tal-knisja li tappnulha l-istima tagħha. Fosthom hemm il-każ tal-Magdalene laundries, li kienu djar li jilqgħu tfajliet Irlandiżi li jinqabdu tqal. Hawn ġew mikxufa l-għadd kbir ta' abbużi li saru fuq dawn it-tfajliet.
Il-film The Magdalene Sisters (2002) ta' Paul Mullan, kompla jnaqqas is-saħħa tal-knisja, b'akkużi ta' ipokrezija fejn jidħlu l-morali nsara. Il-kantanta Sinead O'Connor wkoll rikbet fuq il-karru tal-akkużi.
Knisja Kattolika fl-Irlanda
immodifikaIl-Knisja Kattolika fl-Irlanda (Irlandiż: An Eaglais Chaitliceach in Éireann, Ulster Scots: Catholic Kirk in Airlann) jew Knisja Kattolika Irlandiża, hija parti mill-Knisja Kattolika madwar id-dinja f'komunjoni mas-Santa Sede. Bi 3.7 miljun membru (fir-Repubblika tal-Irlanda), hija l-akbar knisja Kristjana fl-Irlanda. Fiċ-ċensiment tal-2016 tar-Repubblika tal-Irlanda, 78% tal-popolazzjoni identifikata bħala Kattolika; dan kien 6% inqas miċ-ċifra tal-2011. B’kuntrast, 41% tan-nies fl-Irlanda ta' Fuq identifikaw bħala Kattoliċi fiċ-ċensiment tal-2011; huwa mistenni li dan il-proporzjon jiżdied fis-snin li ġejjin. L-Arċisqof ta' Armagh, bħala l-Primat tal-Irlanda kollha, għandu preċedenza ċerimonjali fil-knisja. Il-knisja hija amministrata fuq bażi ta' l-Irlanda kollha. Il-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi Irlandiżi hija korp konsultattiv għall-ordinarji fl-Irlanda.
Il-Kristjaneżmu ilu jeżisti fl-Irlanda mis-seklu 5 u wasal mill-Gran Brittanja Rumana (l-aktar assoċjati famużi ma' San Patrizju), li jiffurmaw dak li llum hu magħruf bħala Kristjaneżmu Gaelic. Bil-mod il-mod kiseb art u ħa post it-tradizzjonijiet pagani qodma. Il-Knisja Kattolika fl-Irlanda tiċċita l-oriġini tagħha għal dan il-perjodu u tqis lil Palladius bħala l-ewwel isqof mibgħut lill-Gaels mill-Papa Ċelestin I. Madankollu, matul is-seklu 12 ġiet infurzata uniformità aktar stretta fil-Knisja tal-Punent, bl-istruttura djoċesana introdotta mal- Is-Sinodu ta' Ráth Breasail fl-1111 u li laħaq il-qofol tiegħu bir-Riforma Gregorjana li ħabtet mal-invażjoni Anglo-Normanna tal-Irlanda.
Wara l-konkwista tat-Tudor tal-Irlanda, il-Kuruna Ingliża ppruvat timporta r-Riforma Protestanta fl-Irlanda. Il-Knisja Kattolika kienet illegali u l-aderenti ġarrbu oppressjoni ħarxa u pieni legali ħorox talli rrifjutaw li jikkonformaw mar-reliġjon stabbilita bil-liġi — il-Knisja tal-Irlanda. Sas-seklu 16, l-identità nazzjonali Irlandiża ngħaqdet madwar il-Kattoliċiżmu Irlandiż. Għal diversi sekli, il-maġġoranza Kattolika Irlandiża ġiet imrażżna. Fis-seklu 19, il-knisja u l-Imperu Brittaniku waslu għal tqarrib. Il-finanzjament għall-Maynooth College ġie miftiehem kif ukoll l-emanċipazzjoni Kattolika biex iwarrab ir-repubblikaniżmu rivoluzzjonarju. Wara l-Qawmien tal-Għid tal-1916 u l-ħolqien tal-Istat Ħieles Irlandiż, il-knisja kisbet influwenza soċjali u politika sinifikanti. Matul l-aħħar tas-seklu 20, ħarġu għadd ta' skandli ta' abbuż sesswali li kienu jinvolvu kjeriċi.
Governanza: Episkopali; Papa: Franġisku; Primat tal-Irlanda kollha: Eamon Martin; Nunzju Appostoliku: Luis Mariano Montemayor; Reġjun: l-Irlanda; Lingwa: Irlandiż (storikament), Ingliż, Latin (liturġiku); Kwartieri Ġenerali Ara Coeli, Armagh, l-Irlanda ta' Fuq; Fundatur: San Patrizju; Oriġini: Pretensjonijiet kontinwità mal-Kristjaneżmu Ċeltiku c. 430., l-istruttura djoċesana Rumana introduċiet c. 1111 fis-Sinodu ta' Ráth Breasail.; L-Irlanda Gallika Separazzjonijiet: Knisja tal-Irlanda (1536/1871); Membri: 3,729,000 (2016).
Knisja tal-Irlanda
immodifikaIl-Knisja tal-Irlanda (Irlandiż: Eaglais na hÉireann; Ulster-Skoċċiż: Kirk o Airlann) hija knisja Kristjana fl-Irlanda, u provinċja awtonoma tat-Tqarbin Anglikana. Hija organizzata fuq bażi tal-Irlanda kollha u hija t-tieni l-akbar knisja Kristjana fil-gżira wara l-Knisja Kattolika Rumana. Bħal knejjes Anglikani oħra, żammet elementi ta' prattika ta' qabel ir-Riforma, notevolment il-politika episkopali tagħha, filwaqt li ċaħdet il-primat tal-Papa.
Fi kwistjonijiet teoloġiċi u liturġiċi, tinkorpora ħafna prinċipji tar-Riforma, partikolarment dawk tar-Riforma Ingliża, iżda tidentifika lilha nnifisha bħala kemm Riformata kif ukoll Kattolika, fis-sens li tara ruħha bħala l-wiriet ta' tradizzjoni kontinwa li tmur lura għat-twaqqif ta' Kristjaneżmu fl-Irlanda. Bħal membri oħra tal-komunjoni Anglikana globali, parroċċi individwali jakkomodaw approċċi differenti għal-livell ta' ritwali u formalità, imsejjaħ b'mod differenti bħala Knisja Għolja u Baxxa.
Tip: Tqarbina; Klassifikazzjoni: Protestanti; Orjentazzjoni: Anglikan; Teoloġija: Duttrina Anglikana; Politika: Episkopali; Primati: Arċisqof ta' Armagh – John McDowell, Arċisqof ta' Dublin – Michael Jackson; Għaqdiet: Tqarbina Anglikana Konferenza tal-Knejjes Ewropejm Knejjes Flimkien fil-Gran Brittanja u l-Irlanda, Kunsill Irlandiż tal-Knejjes, Tqarbina ta' Porvoo; Reġjun: l-Irlanda; Lingwa: Ingliż, Irlandiż; Kwartieri Ġenerali: Dar tar-Knsja tal-Irlanda (Church of Ireland House), Church Avenue, Rathmines, Dublin D06 CF67, l-Irlanda; Indipendenza: 1871 (disstabiliment) Separat mill-Knisja Kattolika Rumana fl-1536 Fergħat minn Teoloġikament: Knisja tal-Ingilterra; Kongregazzjonijiet: 1100 post ta' qima; Parroċċi: 450; Membri. 343,400.
Kittieba
immodifikaFost il-kittieba ewlenin li ħarġu mill-Irlanda nsibu lil Jonathan Swift, Oscar Wilde, William Butler Yeats, Samuel Beckett, James Joyce u George Bernard Shaw. Huwa ironiku li fost l-aqwa kittieba bl-Ingliż tas-Seklu Għoxrin kienu mnissla mill-istess poplu li kien qed jiġġieled għal-ħelsien politiku. Tant li erba' kittieba Irlandiżi rebħu l-Premju Nobel Għal-Letteratura. Dawn kienu William Butler Yeats fl-1923, George Bernard Shaw fl-1925, Samuel Beckett fl-1969 u Seamus Heaney fl-1995.
Kittieba Irlandiżi li għamlu isem fl-aħħar snin jinkludu lil Brendan Behan, l-awtur ta' Borstal Boy fl-1958, Brian Friel, li kiteb id-dramm Dancing at Lughnasa fl-1990, u Neil Jordan minn Sligo, li minbarra l-kitbiet bħal Nights in Tunisia u The Dream of a Beast, qiegħed iħalli impatt fil-qasam taċ-ċinema.
Mużika
immodifikaL-Irlanda tat kontribut kbir ħafna fil-qasam mużikali Brittaniku li jiżboq bil-bosta l-għadd ta' popolazzjoni. Dan seħħ anki fil-qasam tar-rokk, pop rokk u naturalment fil-mużika keltika. Il-grupp The Corrs, magħmul minn membri tal-familja Corr minn Dundalk kien wieħed li għamel suċċess kbir, bil-ħoss mexxej u qabbieżi tagħhom.
Fejn tidħol il-mużika jidher li ma hemmx differenza jekk l-artist huwiex mill-Irlanda ta' Fuq jew mir-Repubblika, anki fejn jidħlu temi patrijottiċi u l-imħabba lejn art twelidhom, mingħajr fruntieri politiċi. Tant li l-kantawtur Paul Brady, li jkanta The Island trabba' f' Strabane, County Tyrone.
Madankollu fir-Repubblika tal-Irlanda, hemm drawwa li kunċert mużikali, imqar jekk ġewwa nitfa' ta' pabb, jispiċċa bl-innu nazzjonali The Soldier's Song. Fost l-aqwa mkejjen sabiex wieħed jisma' mużika folk tajba, jissemmew Westport (Irlanda) f'County Mayo, Sligo u Letterkenny f'County Donegal.
Sport
immodifikaL-isports l-aktar li jintlagħbu huma r-rugby, il-futbol, il-Gaelic football u l-hurling. Għalkemm ħafna futbolers magħrufa Irlandiżi għamlu ħoss jilgħabu fil-kampjonati Ingliżi, il-Gaelic Football jibqa' l-attivita' sportiva li twaqqaf il-pajjiż. Tant, illi Croke Park, ġewwa Dublin, jesa' 82,500 ruħ u jkun mimli daqs bajda waqt logħbiet jaħarqu tal-finali All Ireland tal-istess Gaelic football.
Il-futbol huwa sport popolari ħafna u r-Repubblika Irlandiża ħadet sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-1990, 1994 u 2002, kif ukoll fil-Kampjonati Ewropej Euro 88, xi drabi b'suċċess kbir. Il-kampjonat Irandiż huwa ftit jew wisq dgħajjef, b'ħafna mill-plejers tat-tim nazzjonali jilgħabu barra 'l pajjiż. L-istadju nazzjonali ta' Lansdowne Road bħalissa qed jerġa jinbena mill-ġdid u bi ħsiebu jinfetaħ fl-2009 [1]. Huwa se jkun jesa' 50,000 ruħ.
-
Dublín/Baile Átha Cliath
-
Dublín/Baile Átha Cliath
-
Dublín/Baile Átha Cliath
-
Cork/Corcaigh
-
Dromore West/Droim Mór Thiar/Dromore Oeste
-
Galway/Gaillimh
-
Ceatharlach/Carlow
-
Cavan/an Cabhán
-
Wicklow/Cill Mhantáin
-
Wicklow/Cill Mhantáin
-
Wexford/Loch Garman
-
Mullingar/An Muilleann gCearr
-
Mullingar/An Muilleann gCearr
-
Waterford/Port Láirge
-
Waterford/Port Láirge
-
Dungarvan
-
Cashel/Caiseal Mumhan
-
Nenagh
-
Clonmel/Cluain Meala
-
Sligo/Sligeach
-
Roscommon/Ros Comáin
-
Tullamore
-
Monaghan/Muineachán
-
Clontarf
-
Irdum ta 'Moher fuq il-kosta Atlantika.
-
Irdum ta 'Moher fuq il-kosta Atlantika.
-
Aughnanure Castle, il-kastell ewlieni ta’ O'Flaherty.
-
Foresti tal-weraq fil-Kontea ta' Kerry.
-
Glendalough Valley fil-Kontea ta’ Wicklow.
-
Iveagh House (Iveagh House) kwartieri ġenerali tad-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin tal-Irlanda (An Roinn Gnóthaí Eachtracha - Dipartiment tal-Affarijiet Barranin)
-
Ireland
-
Kuruna tar-ram maħruġa mill-forzi Jacobite. Kien maħsub li jiġi skambjat ma’ munita tal-fidda sterlina f'każ ta' rebħa għal James
Referenżi
immodifika- ^ "Official Languages Act 2003" (bl-Ingliż). Office of the Attorney-General. Miġbur 2012-02-18.
- ^ "Census of Population 2011: Preliminary Results" (PDF) (bl-Ingliż). 2011-06-30. p. 1. Miġbur 2010-08-29.
- ^ a b ċ d "Republic of Ireland" (bl-Ingliż). Fond Monetarju Internazzjonali. Miġbur 2013-04-01.
- ^ "Human Development Report 2013" (PDF). Nazzjonijiet Uniti. 2013. Miġbur 2013-03-14.