Dundalk
Dundalk hija belt żgħira f'County Louth fir-Repubblika tal-Irlanda, li fiha jgħixu 29,035 ruħ. Hija tinsab qrib il-fruntiera mal-Irlanda ta' Fuq. L-isem huwa mnissel minn Dún Dealgan, jiġifieri Il-fortizza ta' Dalga.
Dundalk | ||
---|---|---|
Irlanda | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Irlanda | |
Province of Ireland | Leinster (en) | |
County of Ireland | County Louth (en) | |
Isem uffiċjali |
Dún Dealgan Dundalk | |
Ismijiet oriġinali |
Dundalk Dún Dealgan | |
Kodiċi postali |
A91 | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 54°00′16″N 6°24′01″W / 54.0044°N 6.4003°WKoordinati: 54°00′16″N 6°24′01″W / 54.0044°N 6.4003°W | |
Superfiċjenti | 24.68 kilometru kwadru | |
Għoli | 1 m | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 39,004 abitanti (2016) | |
Informazzjoni oħra | ||
Fondazzjoni | 3500 "BCE" | |
Kodiċi tat-telefon |
042 | |
Żona tal-Ħin | UTC±0u UTC+1 | |
dundalk.ie |
Storja
immodifikaWara l-wasla tal-Keltiċi lejn is-sena 500 Q.K., li għammru l-inħawi, bdew ukoll il-leġġendi li sawru l-mitoloġika Keltika. Fosthom hemm dik ta' Táin Bó Cúailnge, fejn tissemma t-taqbida bejn in-nies ta' Connacht, taħt is-Sultana Medb, [tinqara Maeve] u dawk ta' Ulster. Il-ġellieda ta' Connacht xtaqu jisirqu l-barri tar-razza ismar, imsejjaħ Donn Cuailnge, ġaladarba dawn ma xtaqux jisilfuh għal ftit żmien kemm jgħammar.
Sport
immodifikaIl-tim tal-futbol ta' Dundalk, li twaqqaf fl-1903, lgħab kontra ċ-ċampjins Maltin, Hibernians fl-edizzjoni tat-Tazza taċ-Ċampjins tal-1979. Fl-ewwel logħba f'Oriel Park rebħu 2-0, u tilfu 1-0 fl-istadium tal-Gżira ftit jiem wara [1]. Dundalk huwa t-tieni l-aktar klabb li rebaħ unuri fil-pajjiż, u l-aktar logħob bl-impika huwa dak ta' mal-ġirien Drogheda United.
Fl-2007 twaqqaf it-tim tal-ħokij fuq is-silġ, id-Dundalk Bulls, li jilagħbu fid-Dundalk Ice Dome. [2]. Dan huwa sport li qed jaqbad bħalissa fl-Irlanda.