Eurobandið (Euroband) hu l-isem ta' dwett tal-mużika pop mill-Iżlanda u li hu ffurmat minn Friðrik Ómar u Regína Ósk. Flimkien huma rrapreżentaw lill-Iżlanda fil-Festival tal-Eurovision 2008 f'Belgrad is-Serbja. Huma kantaw "This is My Life" fit-tieni semifinali, fit-22 ta' Mejju 2008, u din tathom post fil-finali tal-24 ta' Mejju. Huma spiċċaw fl-erbatax-il post minn 25 parteċipant b'total ta' 64 punt.

Eurobandið
Informazzjoni ġenerali
Oriġini Iżlanda
Ġeneru Eurodance
Snin ta' attività 2006–preżent
Sit uffiċjali icelandmusic.com/euroband

It-tnejn li huma, separatament, stabbilixxew ruħhom bħala fost l-aktar artisti popolari fl-Iżlanda. Huma, qabel, ippruvaw jirrapreżentaw lill-Iżlanda fil-Eurovision waħedhom, imma ma kellhomx suċċess. Huma għaqqdu l-isforzi tagħhom u kien f'dan il-mument li huma ngħataw id-dritt li jirrapreżentaw lil pajjiżhom.