Diana Gurtskaya
Diana Gurtskaya (twieledet fit-2 ta' Lulju 1979) hija kantanta għamja mill-Ġeorġja u tgħix f'Moska, fir-Russja. Fl-1 ta' Marzu 2008, Diana rebħet il-finali nazzjonali b'39.4% tal-voti, biex b'hekk ingħatat id-dritt li tirrapreżenta lill-Ġeorġja fil-Festival tal-Eurovision 2008 f'Belgrad, is-Serbja. Hi rebħet post fil-finali wara li kkwalifikat mit-tieni semifinali tat-22 ta' Mejju u ġiet fil-ħdax-il post.
Diana Gurtskaya | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | დიანა ღურწკაია |
Twelid | Sukhumi (en) , 2 Lulju 1978 (46 sena) |
Nazzjonalità |
Georgia Unjoni Sovjetika |
Familja | |
Konjuga/i | Petr Kucherenko (en) 20 Mejju 2023) |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Università Statali ta’ Moska Institute of Contemporary Art (en) |
Lingwi | Russu |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
mużiċist kantant |
Parteċipant | |
Premjijiet | |
Sħubija |
Fifth Civic Chamber of the Russian Federation (2014–2017) (en) Sixth Civic Chamber of the Russian Federation (2017–2020) (en) Public Chamber of the Russian Federation of the seventh composition (2020–2023) (en) |
Moviment artistiku | mużika pop |
Tip ta' leħen | sopran |
Strument/i tal-mużika | vuċi |
Gurtskaya għandha numru ta' unuri importanti għal dak li għamlet. Fost l-aktar prominenti, l-unur fl-2007 tal-aktar Artista Russa ta' Unur li ngħata mill-president Vladimir Putin, Midalja tal-Unur mogħtija mill-president tal-Ġeorġja Mikheil Saakashvili, u l-Unur ta' Santa Barbara fl-Ukrajna.[1]
Hi rrikordjat dwetti ma' kantanti famużi barranin bħal Ray Charles, Toto Cutugno u Demis Roussos.[1]
Diskografija
immodifika- 2000 – Ty zdes
- 2002 – Ty znaeš, мама...
- 2003 – Ja jlublju na vseh
- 2005 – Nežnaja
Referenzi
immodifika- ^ a b "Diana Gurtskaya". eurovision.tv (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-03-30.