Festival tal-Eurovision 2009
Il-Festival tal-Eurovision 2009 kien l-54 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision. Dan il-festival sar bejn it-12 u s-16 ta' Mejju, fl-Olimpiyski Arena ġewwa Moska, il-belt kapitali tar-Russja.
Festival tal-Eurovision 2009 | |
---|---|
Dati | |
Data tal-1el semifinali | 12 ta' Mejju 2009 |
Data tal-2ni semifinali | 14 ta' Mejju 2009 |
Data tal-finali | 16 ta' Mejju 2009 |
Ospitu | |
Sala | Olimpiyski Arena, Moska, Russja |
Preżentatur(i) | Semifinali: Natalia Vodianova Andrey Malahov[1] Finali: Alsou Ivan Urgant Green Room: Dmitry Shepelev |
Direttur | Andrey Boltenko |
Att tal-ftuħ | Semifinali 1: The Tolmachevy Twins Semifinali 2: Orkestra folk Finali: Terem Quartet, Cirque du Soleil, Dima Bilan, Dima Bilan |
Att tal-intervall | Semifinali 1: Alexandrov Ensemble u l-grupp t.A.T.u b'"Not Gonna Get Us" Semifinali 2: Igor Moiseyev Ensemble Finali: Fuerza Bruta |
Parteċipanti | |
Numru ta' parteċipanti | 42 |
Pajjiżi li rritornaw | Slovakkja |
Pajjiżi li rtiraw | Ġeorġja San Marino |
Vote | |
Kanzunetta rebbieħa | Alexander Rybak "Fairytale" |
Festival tal-Eurovision | |
◄2008 2010► |
Fil-proċedura tal-votazzjoni seħħew xi tibdiliet fosthom l-involviment mill-ġdid tal-ġurija nazzjonali flimkien mat-televotazzjoni, waqt li l-format tas-semifinali baqa' l-istess. Tnejn u erbgħin pajjiż ikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom; l-Islovakkja ħabbret ir-ritorn tagħha f'dan il-festival, waqt li San Marino irtiraw minħabba problemi finanzjarji. Il-Latvja u l-Ġeorġja għall-bidu ħabbru l-intenzjoni li jirtiraw, però l-European Broadcasting Union (EBU) stqarret li ż-żewġ pajjiżi kienu se jieħdu sehem.[2] Madanakollu, il-Ġeorġja ddeċidiet li tirtira għal darb'oħra wara li l-EBU irrifjutat il-kanzunetta magħżula wara li kienet tmur kontra r-regoli tal-Konkors.
Il-festival ġie mirbuħ min-Norveġja bi 387 punt, l-ogħla punteġġ fl-istorja tal-Eurovision. Ir-rebħa tan-Norveġja timmarka wkoll l-ewwel rebħa għal pajjiż mill-Punent tal-Ewropa u li kien diġà rebaħ xi darba oħra l-festival, mill-2001, meta matul dawn is-snin il-festival beda jdur fil-pajjiżi tal-Lvant li ħafna minnhom kienu għadhom iduqu l-ewwel rebħa.
F'dan il-festival ukoll kien hemm riżultat pożittiv għar-Renju Unit li spiċċat bl-aktar punti mill-Ikbar Erbgħa waqt li Spanja bl-inqas. Is-sena ta' qabel offriet riżultat oppost.
Impjant
immodifikaIl-festival sar fir-Russja wara r-rebħa fil-festival tal-2008, li sar f'Belgrad fis-Serbja, mill-kantant Dima Bilan bil-kanzunetta "Believe".[3] Minkejja n-nuqqas ta' ħeġġa li s-sindku ta' Moska wera lejn l-idea li l-konkors jiġi ospitat fil-belt,[4] Vladimir Putin, il-Prim Ministru tar-Russja, eventwalment stqarr li l-festival se jsir f'Moska u ġie propost mill-istazzjon, Channel One, li l-festival isir fl-Olympic Indoor Arena f'Moska.[5][6] Din il-proposta ġiet evalwata mill-European Broadcasting Union (EBU) u kkonfermata nhar it-13 ta' Settembru 2008.[5]
Disinn viżwali
immodifikaIx-xandar ospitu ta' dan il-konkors, Channel One, nhar it-30 ta' Jannar 2009 ippreżenta logo u tema għall-edizzjoni tal-2009.[7] Il-logo hu bbażat fuq "Għasfur Fantaxjentifiku", li jista' jiġi wżat b'ħafna kuluri. Bħal fis-snin preċedenti, il-logo li jintgħażel għal dik l-edizzjoni jitpoġġa ħdejn il-logo ġeneriku ta' din il-kompetizzjoni. Din hi l-ewwel darba mill-2001 li ma sar ebda slogan għal dan il-konkors.
Il-palk hu ddisinjat mid-disinjatur minn New York, John Casey, u t-tema tal-palk hu ta' avant-garde komteparanja Russa. Casey, li kien ukoll iddisinja l-palk tal-Festival tal-Eurovision tal-1997 ġewwa Dublin, kien ukoll involut fid-disinn tal-edizzjonijiet tal-1994 u l-1995. Hu spjega li "anke qabel [hu] ma ħadem mar-Russi fit-TEFI Awards f'Moska fl-1998, [hu] kien ispirat mill-perjodu Avant Garde Russu."[8] Sezzjonijiet kbar tal-palk jistgħu jitmexxew, fosthom il-parti ċentrali fit-tond ta' skrins tal-LEDS li jistgħu jitmexxew biex joħolqu effett differenti għal kull kanzunetta.
Format
immodifikaDiskussjoni fuq il-format tal-Festival tal-Eurovision 2009 seħħet f'Ġunju tal-2008, f'Ateni, il-Greċja. Kien hemm proposta li kienet tikkonsisti mill-pajjiżi tal-"Ikbar Erbgħa" li jitilfu l-post awtomatiku fil-finali tal-edizzjoni tal-2009.[9] Madanakollu, ġie ikkonfermat li l-pajjiżi tal-"Ikbar Erbgħa" se jkomplu awtomatikament jikkwalifikaw għall-finali fl-edizzjoni tal-2009.[10]
Il-festival finali sar fis-16 ta' Mejju 2009 fl-Olympic Indoor Arena f'Moska, fir-Russja, biż-żewġ semifinali jippreċedu l-finali fit-12 u l-14 ta' Mejju.[3] Sebgħa u tletin pajjiż ipparteċipaw fiż-żewġ semifinali tal-konkors, bil-pajjiżi li jiffurmaw l-"Ikbar Erbgħa" (Franza, il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit) u l-ospitu jikkwalifikaw awtomatikament għall-finali, bil-finali tkun tinvolvi dawn il-pajjiżi flimkien ma' għaxar pajjiżi oħra li kkwalifikaw minn kull semifinali, għal total ta' ħamsa u għoxrin parteċipant.
Votazzjoni
immodifikaBħala tweġiba għat-tgergir kontinwu mill-istazzjonijiet fuq il-votazzjoni politika u dik ġiriena, l-EBU evalwat il-proċedura tal-votazzjoni wżata fil-festival, bil-possibilità ta' bidla fis-sistema għall-2009. L-organizzaturi tal-festival bagħtu kwestjonarju lix-xandara parteċipanti fuq is-sistema ta' votazzjoni, u grupp ta' referenza nkorpora r-risposti fis-suġġerimenti għall-format tas-sena li jmiss.[11] Telewizja Polska (TVP), l-istazzjon Pollakk, issuġġerixxa li ġurija internazzjonali simili għal dik użata fil-Festival tal-Eurovision taż-Żfin 2008 tiġi introdotta fil-Festival tal-Eurovision biex tnaqqas l-impatt tal-votazzjoni bejn il-ġirien u tagħti aktar emfasi fuq il-valur artistika tal-kanzunetta.[12] Ġie ikkonfermat li għall-finali tal-festival, il-voti kollha ta' kull pajjiż se jiġu deċiżi b'kombinazzjoni ta' 50% riżultati tat-televotazzjoni u 50% tal-ġurija nazzjonali.[13] Il-metodu li bih jintgħażlu s-semifinalisti biex jikkwalifikaw għall-finali se jibqa' l-istess, però, b'disa' pajjiżi f'kull semifinali li jgħaddu skont ir-riżultati mill-pubbliku, u l-għaxar wieħed mill-ġurija esperta. Il-ġurija nazzjonali ġiet abolita mill-festival fil-bidu tal-2007, bit-televotazzjoni jsir mandatorju għall-kważi kull parteċipant mill-2003.
Edgar Böhm, direttur tas-settur konċernat ma' dawn l-attivitajiet tal-istazzjon Awstrijakk tal-Österreichischer Rundfunk (ORF), stqarr li l-format tal-2008 b'żewġ semifinali "xorta waħda jinkorpora taħlita ta' kanzunetti li politikament se jiġu favoriti fil-proċess ta' votazzjoni," u "li, sakemm issir linja gwida ċara mill-EBU fuq kif is-semifinali jiġu organizzati, l-Awstrija mhux se tkun parti ta' Moska 2009."[14] Minkejja l-introduzzjoni tal-votazzjoni mill-ġurija fil-finali, l-Awstrija mhux se tirritorna fil-festival tal-2009, imma se xxandar xorta waħda l-finali fuq l-ORF bħalma għamlet fl-2008.[15]
Allokazzjoni tas-semifinali
immodifikaNħar il-Ġimgħa 30 ta' Jannar, 2009, saret it-tlugħ tal-poloz biex tiddeċiedi liema pajjiżi se jidhru fl-ewwel jew fit-tieni semifinali. Skont is-sistema adottata s-sena ta' qabel, kull pajjiż kien separat f'sitt urni individwali bbażati fuq il-mudelli ta' votazzjoni fil-festivals preċedenti. Il-poloz saru biex jassiguraw li dawk il-pajjiżi li s-soltu jivvutaw għal xulxin fil-kompetizzjoni ma jipparteċipawx fl-istess semifinali. Barra milli ġie determinat liema pajjiżi se jipparteċipaw fis-semifinali, ġie determinat liema pajjiżi finalisti se jivvutaw f'liema semifinali. Il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit se jivvutaw fl-ewwel waħda, waqt li Franza u r-Russja se jivvutaw fit-tieni. Il-postijiet fejn se jkantaw il-kantanti u l-mod kif se l-ordni ta' kif se jinqraw il-voti ġie ddeterminat fis-16 ta' Marzu 2009.[2]
Urna 1 | Urna 2 | Urna 3 |
---|---|---|
Urna 4 | Urna 5 | Urna 6 |
Pajjiżi parteċipanti
immodifikaWara l-pubblikazzjoni tal-lista finali tal-parteċipanti mill-EBU, tlieta u erbgħin pajjiż ikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-festival tal-2009, fosth ir-ritorn wara assenza ta' ħdax-il sena tal-Islovakkja.[16][2]
Il-Ġeorġja, minkejja li għall-bidu ħabbret li kienet se tirtira mill-konkors bħala protesta għall-poloz esterni tar-Russja fil-konfront tal-gwerra tal-2008 tal-Ossezja t'Isfel,[17][18] però reġgħet lura mid-deċiżjoni u uffiċjalizzat ir-ritorn tagħha, b'din l-għażla tkun ispirata mir-rebħa li għamlu fil-Festival tal-Eurovision tat-Tfal 2008 u għat-tnax-il punt li r-Russja tathom fl-istess festival.[19] Svante Stockselius, l-iskrutatur tal-EBU għall-Eurovision, qal li n-numru ta' parteċipanti f'Moska jista' jkun wieħed rekord, li jfisser li 44 jew aktar pajjiżi sejrin jikkompetu, però dan ma tantx jidher possibbli.[20]
Diversi għajdut qam dwar il-parteċipazzjoni u r-ritorn ta' San Marino u Monako. Télé Monte Carlo (TMC), l-istazzjon Monegask, ikkonferma li kien hemm xi taħdidiet bejnhom u bejn l-EBU fuq il-possibilità li jerġgħu jirritornaw għall-edizzjoni tal-2009.[21] Fl-istess żmien, xniegħat ħarġu li x-xandar uffiċjali ta' San Marino, Radiotelevisione della Repubblica di San Marino (SMRTV), kien se jirtira uffiċjalment mill-konkors minħabba pożizzjoni xejn sodisfaċenti fl-2008, is-sena debuttanti tagħhom.[22] Minkejja li suċċessivament kienu tal-idea li jieħdu sehem f'Moska, SMRTV kienu sfurzati li jirtiraw minn dan l-avveniment minħabba problemi finanzjarji li waqqfu ċ-ċans għat-tieni parteċipazzjoni.[23]
L-istazzjon tal-Latvja, Latvijas Televīzija (LTV), kien ġie rappuratat li kien mistenni li jirtira mill-konkors, u dan sar tliet ijiem wara l-aħħar ġurnata ta' sottoskrizzjoni. Dan sar minħabba fit-tnaqqis tal-baġit ta' aktar minn 2 miljun Lats mill-baġit tal-LTV, fejn b'hekk ma setgħux iħallsu biex jipparteċipaw.[24] L-LTV ħabbru li nfurmaw lill-EBU fuq il-ħsieb tagħhom li jirtiraw minħabba sempliċiment problemi finanzjarji. L-istazzjon Litwen kien f'diskussjoni mal-EBU biex isib soluzzjoni li jkun jista' jżomm il-pajjiż fil-Euroviison.[25] Fl-20 ta' Diċembru 2008, l-LTV ħabbru li kienu se jirtiraw mill-festival, u li kemm l-EBU u Channel One qablu li ma kienux se jinfurzaw penalizzazzjoni finanzjarja minħabba l-irtirar tard li għamlu mill-festival tal-2009. L-LTV ħabbru fuq il-ħsieb li kellhom fil-parteċipazzjoni għall-edizzjoni tal-2010.[26] Minkejja dan kollu, nhar it-12 ta' Jannar 2009, il-Latvja ikkonfermat li kienet se tieħu sehem.[2]
Semifinali
immodifikaTmienja u tletin pajjiż ġew ikkonfermati bħala parteċipanti f'waħda miż-żewġ semifinali tal-konkors.[2] It-tlugħ tal-poloz għas-semifinali saru fit-30 ta' Jannar 2009.[27]
Semifinali 1
immodifika- L-ewwel semifinali saret f'Moska nhar it-12 ta' Mejju.
- Id-disa' pajjiżi li rċevew l-aktar voti mill-votazzjoni tal-pubbliku kkwalifikaw għall-finali tas-16 ta' Mejju.
- Il-ġurija ddeċidiet liema pajjiż se jkun l-għaxar finalist.
- Ir-Renju Unit u l-Ġermanja ivvutaw f'din is-semifinali.
- Kulur il-ħawħa jindika liema għaddew għall-finali.
- Pajjiżi b'kulur il-ħawħa jindika liema għaddew għall-finali.
- Il-pajjiż b'kulur flax jindika d-daħla li ġiet magħżula mill-ġurija biex tgħaddi għall-finali.
# | Pajjiż | Artist | Kanzunetta | Traduzzjoni | Pożizzjoni | Punti |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | Montenegro | Andrea Demirović | "Just Get Out of My Life" | Oħroġ Barra Minn Ħajti | 11 | 44 |
2 | Repubblika Ċeka | Gipsy.cz | "Aven Romale" | Ejjew Żingari | 18 | 0 |
3 | Belġju | Patrick Ouchène | "Copycat" | Imitatur | 17 | 1 |
4 | Bjelorussja | Petr Elfimov | "Eyes That Never Lie" | Għajnejn Li Qatt Ma Jigdbu | 13 | 25 |
5 | Żvezja | Malena Ernman | "La Voix" | Il-Vuċi | 4 | 105 |
6 | Armenja | Inga u Anush | "Jan Jan" | Għażiż Tiegħi | 5 | 99 |
7 | Andorra | Susanne Georgi | "La teva decisió" | Id-deċiżjoni tiegħek | 15 | 8 |
8 | Żvizzera | Lovebugs | "The Highest Heights" | L-Ogħla Għoljiet | 14 | 5 |
9 | Turkija | Hadise | "Düm Tek Tek" | (ħoss tat-tanbur) | 2 | 172 |
10 | Iżrael | Noa u Mira Awad | "There Must Be Another Way" | Irid Ikun Hemm Mod Ieħor | 7 | 75 |
11 | Bulgarija | Krassimir Avramov | "Illusion" | Illużjoni | 16 | 7 |
12 | Iżlanda | Jóhanna Guðrún Jónsdóttir | "Is It True?" | Huwa Minnu? | 1 | 174 |
13 | Maċedonja | Next Time | "Nešto što kje ostane" | Xi ħaġa li tibqa' | 10 | 45 |
14 | Rumanija | Elena Gheorghe | "The Balkan Girls" | It-Tfajliet Balkaniċi | 9 | 67 |
15 | Finlandja | Waldo's People | "Lose Control" | Telf Ta' Kontroll | 12 | 42 |
16 | Portugall | Flor-de-Lis | "Todas as ruas do amor" | It-triqat kollha tal-imħabba | 8 | 70 |
17 | Malta | Chiara | "What If We" | Li Kieku Aħna | 6 | 86 |
18 | Bosnja-Ħerzegovina | Regina | "Bistra voda" | Ilma ċar | 3 | 125 |
Semifinali 2
immodifika- It-tieni semifinali saret f'Moska nhar l-14 ta' Mejju.
- Id-disa' pajjiżi li rċevew l-aktar voti mill-votazzjoni tal-pubbliku kkwalifikaw għall-finali tas-16 ta' Mejju.
- Il-ġurija ddeċidiet liema pajjiż se jkun l-għaxar finalist.
- Franza u r-Russja ivvutaw f'din is-semifinali. Spanja ġew magħżula biex jivvutaw f'din is-semifinali, però minħabba intoppi fl-iskeda ta' TVE, is-semifinali ġiet imxandra tard u t-telespettaturi Spanjoli ma setgħux jivvutaw.
- Il-pajjiżi b'kulur il-ħawħa jindika liema għaddew għall-finali.
- Il-pajjiż b'kulur flax jindika d-daħla li ġiet magħżula mill-ġurija biex tgħaddi għall-finali.
# | Pajjiż | Artist | Kanzunetta | Traduzzjoni | Pożizzjoni | Punti |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | Kroazja | Igor Cukrov | "Lijepa Tena" | Tena Sabiħa | 13 | 33 |
2 | Irlanda | Sinéad Mulvey u Black Daisy | "Et Cetera" | Eċċetra | 11 | 52 |
3 | Latvja | Intars Busulis | "Probka" | Konġestjoni tat-traffiku | 19 | 7 |
4 | Serbja | Marko Kon u Milan Nikolić | "Cipela" | Żarbuna | 10 | 60 |
5 | Polonja | Lidia Kopania | "I Don't Wanna Leave" | Jien Ma Rridx Nitlaq | 12 | 43 |
6 | Norveġja | Alexander Rybak | "Fairytale" | Ħrafa | 1 | 201 |
7 | Ċipru | Christina Metaxa | "Firefly" | Musbieħ il-Lejl | 14 | 32 |
8 | Slovakkja | Kamil Mikulčík u Nela Pocisková | "Leť tmou" | Tir qalb id-dalma | 18 | 8 |
9 | Danimarka | Niels Brinck | "Believe Again" | Erġa' Emmen | 8 | 69 |
10 | Slovenja | Quartissimo u Martina Majerle | "Love Symphony" | Sinfonija tal-Imħabba | 16 | 14 |
11 | Ungerija | Zoli Ádok | "Dance With Me" | Iżfen Miegħi | 15 | 16 |
12 | Ażerbajġan | AySel u Arash | "Always" | Dejjem | 2 | 180 |
13 | Greċja | Sakis Rouvas | "This Is Our Night" | Din Hi l-Lejla Tagħna | 4 | 110 |
14 | Litwanja | Sasha Son | "Love" | Imħabba | 9 | 66 |
15 | Moldova | Nelly Ciobanu | "Hora din Moldova" | Żifna mill-Moldova | 5 | 106 |
16 | Albanija | Kejsi Tola | "Carry Me in Your Dreams" | Ħudni Qalb il-Ħolm Tiegħek | 7 | 73 |
17 | Ukrajna | Svetlana Loboda | "Be My Valentine! (Anti-Crisis Girl)" | Kun il-Valentinu Tiegħi! (Tfajla Anti-Kriżi) | 6 | 80 |
18 | Estonja | Urban Symphony | "Rändajad" | Vjaġġatur | 3 | 115 |
19 | Netherlands | De Toppers | "Shine" | Ibrilla | 17 | 11 |
Finalisti
immodifika- Il-finali saret f'Moska nhar is-16 ta' Mejju.
- Il-finalisti kienu:
- "L-Ikbar Erbgħa" (Franza, Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit).
- Il-pajjiż ospitu, ir-Russja.
- Id-disa' pajjiżi, minn kull semifinali, li kisbu l-aktar numru ta' voti mill-votazzjoni tal-pubbliku.
- L-għażliet tal-ġurija minn kull semifinali.
- Il-pajjiż li rebaħ il-festival hu kkulurit.
# | Pajjiż | Artist | Kanzunetta | Traduzzjoni | Pożizzjoni | Punti |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | Litwanja | Sasha Son | "Love" | Imħabba | 23 | 23 |
2 | Iżrael | Noa u Mira Awad | "There Must Be Another Way" | Irid Ikun Hemm Mod Ieħor | 16 | 53 |
3 | Franza | Patricia Kaas | "Et s'il fallait le faire" | U li kieku kellu jsir | 8 | 107 |
4 | Żvezja | Malena Ernman | "La Voix" | Il-Vuċi | 21 | 33 |
5 | Kroazja | Igor Cukrov | "Lijepa Tena" | Tena Sabiħa | 18 | 45 |
6 | Portugall | Flor-de-Lis | "Todas as ruas do amor" | It-triqat kollha tal-imħabba | 15 | 57 |
7 | Iżlanda | Jóhanna Guðrún Jónsdóttir | "Is It True?" | Huwa Minnu? | 2 | 218 |
8 | Greċja | Sakis Rouvas | "This Is Our Night" | Din Hi l-Lejla Tagħna | 7 | 120 |
9 | Armenja | Inga u Anush | "Jan Jan" | Għażiż Tiegħi | 10 | 92 |
10 | Russja | Anastasiya Prykhodko | "Mamo" | Ma | 11 | 91 |
11 | Ażerbajġan | AySel u Arash | "Always" | Dejjem | 3 | 207 |
12 | Bosnja-Ħerzegovina | Regina | "Bistra voda" | Ilma ċar | 9 | 106 |
13 | Moldova | Nelly Ciobanu | "Hora din Moldova" | Żifna mill-Moldova | 14 | 69 |
14 | Malta | Chiara | "What If We" | Li Kieku Aħna | 22 | 31 |
15 | Estonja | Urban Symphony | "Rändajad" | Vjaġġatur | 6 | 129 |
16 | Danimarka | Niels Brinck | "Believe Again" | Erġa' Emmen | 13 | 74 |
17 | Ġermanja | Alex Swings, Oscar Sings | "Miss Kiss Kiss Bang" | — | 20 | 35 |
18 | Turkija | Hadise | "Düm Tek Tek" | (ħoss tat-tanbur) | 4 | 177 |
19 | Albanija | Kejsi Tola | "Carry Me in Your Dreams" | Ħudni Qalb il-Ħolm Tiegħek | 17 | 48 |
20 | Norveġja | Alexander Rybak | "Fairytale" | Ħrafa | 1 | 387 |
21 | Ukrajna | Svetlana Loboda | "Be My Valentine! (Anti-Crisis Girl)" | Kun il-Valentinu Tiegħi! (Tfajla Anti-Kriżi) | 12 | 76 |
22 | Rumanija | Elena Gheorghe | "The Balkan Girls" | It-Tfajliet Balkaniċi | 19 | 40 |
23 | Renju Unit | Jade Ewen | "My Time" | Il-Ħin Tiegħi | 5 | 173 |
24 | Finlandja | Waldo's People | "Lose Control" | Telf Ta' Kontroll | 25 | 22 |
25 | Spanja | Soraya Arnelas | "La noche es para mí" | Il-lejl hi għalija" | 23 | 23 |
Votazzjoni matul il-finali
immodifikaMatul il-finali, il-pajjiżi se jħabbru l-voti tagħhom f'din l-ordni:[28]
Numru | Pajjiż | Numru | Pajjiż |
---|---|---|---|
1 | Spanja | 22 | Slovakkja |
2 | Belġju | 23 | Greċja |
3 | Bjelorussja | 24 | Bosnja-Ħerzegovina |
4 | Malta | 25 | Ukrajna |
5 | Ġermanja | 26 | Turkija |
6 | Repubblika Ċeka | 27 | Albanija |
7 | Żvezja | 28 | Serbja |
8 | Iżlanda | 29 | Ċipru |
9 | Franza | 30 | Polonja |
10 | Iżrael | 31 | Netherlands |
11 | Russja | 32 | Estonja |
12 | Latvja | 33 | Kroazja |
13 | Montenegro | 34 | Portugall |
14 | Andorra | 35 | Rumanija |
15 | Finlandja | 36 | Irlanda |
16 | Żvizzera | 37 | Danimarka |
17 | Norveġja | 38 | Moldova |
18 | Bulgarija | 39 | Slovenja |
19 | Litwanja | 40 | Armenja |
20 | Renju Unit | 41 | Ungerija |
21 | Maċedonja | 42 | Ażerbajġan |
Tabelli
immodifikaFinali
immodifika12-il punt
immodifikaHawn taħt hawn taqsira tat-tnax-il punt li ngħataw fil-finali:
N. | Pajjiż riċevitur | Pajjiż votant |
---|---|---|
16 | Norveġja | Belarus, Danimarka, Estonja, Ġermanja, Iżlanda, Iżrael, Latvja, Litwanja, Olanda, Polonja, Russja, Slovenja, Spanja, Ukrajna, Ungerija, Żvezja |
6 | Turkija | Ażerbajġan, Belġju, Franza, Maċedonja, Renju Unit, Żvizzera |
3 | Bosnja-Ħerzegovina | Kroazja, Montenegro, Serbja |
Greċja | Albanija, Bulgarija, Ċipru | |
Iżlanda | Irlanda, Malta, Norveġja | |
2 | Estonja | Finlandja, Slovakkja |
Moldova | Portugall, Rumanija | |
1 | Armenja | Repubblika Ċeka |
Ażerbajġan | Turkija | |
Kroazja | Bożnija u Ħerżegovina | |
Rumanija | Moldova | |
Russja | Armenja | |
Spanja | Andorra | |
Renju Unit | Greċja |
Referenzi
immodifika- ^ Stella Floras (19-03-2009). ESCToday (ed.). "Russia: Alsou and Andrey Malahov to host Eurovision semi finals" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ a b ċ d e ESCToday, ed. (12-01-2009). "Eurovision 2009: 43 countries for Moscow" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ a b Yahoo! News, ed. (25-05-2008). "Russia hails Eurovision success as 'another triumph'" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ The Daily Mail, ed. (25-01-2009). "We wrote the Eurovision song in two hours, says Lloyd Webber" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ a b Sietse Bakker (13-09-2008). EBU (ed.). "Moscow accepted as 2009 Host City!" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Víctor Hondal (21-07-2008). ESCToda' (ed.). "Prime Minister clears doubts up, Putin: "Eurovision will be held in Moscow"" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ ESCToday, ed. (30-01-2009). "ESC 2009 Theme & Tickets information announced" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|l-ewwel=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|l-aħħar=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Oikotimes, ed. (27-02-2009). "Look out to the stage for Moscow" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-28. Miġbur 2009-05-13. Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|l-aħħar=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Murray, Gavin (28-05-2008). ESCToday (ed.). "Big 4 (France; Germany; Spain; United Kingdom): May lose automatic place in Eurovision final" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ ESCToday, ed. (14-09-2008). "Eurovision 'Big Four' final spots confirmed" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|l-ewwel=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|l-aħħar=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Klier, Marcus. ESCToday (ed.). "Exclusive: A new voting procedure for Eurovision?" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-05-19. Miġbur 2008-12-20. Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ Floras, Stella. ESCToday (ed.). "Poland: TVP proposes international jury for Eurovision" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-09-13. Miġbur 2008-12-20. Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ Viniker, Barry (12-08-2008). ESCToday (ed.). "EBU confirms 50/50 vote for Eurovision Song Contest" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-11. Miġbur 2008-12-20. Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Oikotimes (ed.). "Austria to not be in Moscow 2009?" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-07-29. Miġbur 2009-02-06. Parametru mhux magħruf
|last=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|first=
injorat (għajnuna) - ^ ESCToday, ed. (18-09-2008). "Austria: No return to Eurovision in 2009" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|last=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|first=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ ESCToday, ed. (24-09-2008). "Slovakia to return in 2009" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-09-25. Miġbur 2009-02-09. Parametru mhux magħruf
|last=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|first=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ ESCKaz, ed. (28-08-2008). "Georgian broadcaster confirms Eurovision boycott" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ ESCToday, ed. (28-08-2008). "Georgia will not participate in Moscow Eurovision" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|last=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|first=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Oikotimes, ed. (19-12-2008). "Georgia: GPB proudly changes decision and enters Eurovision 2009" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-21. Miġbur 2009-02-09. Parametru mhux magħruf
|last=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|first=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Oikotimes, ed. (10-12-2008). "Record of participating countries, promises EBU" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-12. Miġbur 2009-02-09. Parametru mhux magħruf
|last=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|first=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ ESCToday, ed. (19-11-2008). "Monaco back in Moscow?" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|last=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|first=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Oikotimes, ed. (2008-11-27). "San Marino & Monaco out?" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-01. Miġbur 2009-02-09. Parametru mhux magħruf
|last=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|first=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ ESCToday, ed. (18-12-2008). "San Marino leaves Eurovision Song Contest" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|last=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|first=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Oikotimes, ed. (17-12-2008). "Latvia: LTV withdrew or just cancelled the national selection?" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-23. Miġbur 2009-02-09. Parametru mhux magħruf
|last=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|first=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ ESCToday, ed. (18-12-2008). "Latvia confirms withdrawal request" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|last=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|first=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Oikotimes, ed. (20-12-2008). "Latvia: LTV officially out and confirmed" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-21. Miġbur 2009-02-09. Parametru mhux magħruf
|last=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|first=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ EBU, ed. (30-01-2009). "LIVE: The Semi-Final Allocation Draw" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|last=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|first=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ ESCToday, ed. (02-04-2009). "Live: Draw of the running order" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|last=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|first=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna)