Hadise Açıkgöz (Mol, 22 ta' Ottubru 1985), magħrufa aħjar bħala sempliċiment Hadise, hi kantanta popolari Torka/Belġjana tal-R&B, liriċista, u preżentatriċi fit-Turkija u l-Belġju. Hi hi l-aktar magħrufa għall-kanzunetti "Stir Me Up", "My Body", "Deli Oğlan" u l-kanzunetta attwali li qed tirċievi prominenza kbira, "Aşkkolik".

Hadise
Informazzjoni ġenerali
Isem sħiħ Hadise Açıkgöz
Twieled 22 ta' Ottubru 1985 (1985-10-22) (39 sena)
Oriġini Sivas, Turkija
Ġeneru R&B
Snin ta' attività 2003–preżent
Sit uffiċjali http://www.hadise.com/

Hadise s'issa ħarġet żewġ albums li jġibu l-isem ta' "Sweat" u "Hadise", kemm fil-Belġju u t-Turkija, fejn hi pproduċiet diversi kanzunetti li għamlu suċċess.

Hi hi wkoll popolari għall-mod kif tesperimenta fuq il-ġeneru mużikali tal-R&B fejn ħafna drabi tagħmlu fuq sfond tal-mużika pop Torka. Hadise irrapreżentat lit-Turkija fil-Festival tal-Eurovision 2009, fejn ikklassifikat fir-raba' post.

Bijografija

immodifika

Il-ħajja tal-bidu u d-debutt mużikali

immodifika

Hadise twieldet fir-raħal ta' Mol, qrib Antwerp fil-Belġju, nhar it-22 ta' Ottubru 1985. Il-ġenituri kienu minn Sivas, it-Turkija, u emigraw lejn il-Belġju fejn issetiljaw fir-raħal ta' Mol. Hadise għandha tliet ħutha, żewġt ibniet u tifel; l-isem Hadise (li jfisser "avveniment") kien idea tan-nannu tagħha li eżattament kien dirett lejn oħtha l-kbira.

Minn meta kienet għadha żgħira Hadise kienet taf li kien se ssegwi l-linja mużikali, u minkejja li bdiet bħala kantanta professjonali minn meta kellha 17-il sena, hi xorta waħda kompliet l-istudju u kisbet BA fil-Marketing. Hi hi kapaċi li titkellem diversi lingwi fosth it-Tork, l-Olandiż, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż.

Hadise kisbet il-fama fl-2003 meta daħlet f'verżjoni ta' Pop Idol, fl-età ta' 17-il sena. Minkejja li naqset li tirbaħ jew anki li tasal sas-semifinali, hi ngħatat kuntratt biex tirrekordja wara l-esebizzjoni tagħha fis-serati, bħala rikonoxximent għat-talent li tħaddan.

Hi hi ħabiba tal-kantanta Belġjana Kate Ryan, li ħadet sehem f'isem il-Belġju fil-Festival tal-Eurovision 2006.

2005-2006: Sweat

immodifika
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Sweat (album ta' Hadise).

Ftit wara l-esperjenza tagħha f'Idool 2003, Hadise irċiviet telefonata mingħand il-maniġer ta' 2Brain records, Johan Henrickx, li kien impressjonat bl-esebizzjoni tagħha u offrilha kuntratt għal album. Il-kanzunetta debuttanti ta' Hadise, "Sweat", li ħarġet f'Novembru 2004, laħqet id-19-il post fl-Ultratop 50. Hi wara ħarġet il-kanzunetta "Stir Me Up", li kisbet popolarità fit-Turkija u l-Beġju. Il-kanzunetta "Milk Chocolate Girl" kienet l-aqwa silta mill-album tagħha fejn laħqet it-tlettax-il post. Sena wara d-debutt tagħha, f'Novembru 2005, Hadise ħarġet l-ewwel album tagħha bl-isem ta' Sweat, b'kollaborazzjoni ma' Yves Gaillard.

L-album naqas li jagħmel impatt fuq il-klassifika Ultratop 50, imma rnexxielha twassal ħames kanzunetti fost l-Ultratop 50 fosthom il-kanzunetta "Sisters", li kienet iddedikata preċiżament lil ħutha, Hulya u Derya.

Matul il-promozzjoni għall-album fit-Turkija, Hadise ippreżentat "Popstars", li kien suċċess kbir għaliha hekk kif il-programm attira udjenza medja ta' għoxrin miljun kull ġimgħa. Din wassal biex tkun fil-faċċata ta' diversi rivisti Torok fosthom Esquire, Tempo u Aktüel.

2008-preżent: Hadise

immodifika
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Hadise (album).

Hadise bdiet taħdem fuq it-tieni album f'Diċembru 2007. L-album kien prodott f'diversi pajjiż fosthom it-Turkija, Franza, il-Belġju u l-Italja. Hadise, permezz tal-kanzunetta "A Good Kiss" li ħarġet f'Ottubru tal-2007, saret is-sitt kanzunetta tagħha li marret fil-klassifika Ultratop 50 tal-Belġju, fejn kienet aktar prominenti fil-klassifika ġewwa t-Turkija fejn sabet post għall-ewwel darba fit-Turkish Billboard Chart. Il-kanzunetta ġiet wara tradotta għat-Tork minn Sezen Aksu u kisbet suċċess kbir, fejn saret l-aktar kanzunetta li nstemgħet fid-diskoteki fis-sajf tal-2008.

Ħarġet ukoll żewġ kanzunetti oħra fil-Belġju, "My Body" li kienet l-aktar kanzunetta minn tagħha li biegħet fil-Belġju, u "My Man and the Devil on His Shoulder" li ma marritx tajjeb fil-klassifika Ultratop 50. Fl-2008, Hadise dehret dehret fl-album ta' Serdar Ortaç bl-isem ta' Nefes fil-kanzunetta "Düşman".

Eurovision 2009

immodifika

Minkejja li fl-2006 Hadise stqarret li hi qatt mhi se tieħu sehem fil-Festival tal-Eurovision, wara li ħabibha Kate Ryan naqset li ssib post fil-finali, fl-2009 Hadise ħabbret li kienet fil-ħsieb li tipparteċipa f'dan il-Konkors f'isem it-Turkija u fl-24 ta' Ottubru 2008, Hadise tħabbret bħala r-rappreżentattriċi tat-Turkija fil-Festival tal-Eurovision 2009. Lejn l-aħħar ta' Ottubru İbrahim Şahin, il-maniġer tal-istazzjon Tork TRT ħabbar li Hadise rebħet is-sondaġġ li sar mill-istess stazzjon biex tirrapreżenta lit-Turkija.[1] It-tûr promozzjonali tagħha beda minn Malta, fejn kienet preżenti waqt il-finali nazzjonali Maltija. Hadise spiċċat it-tieni post mill-ewwel semifinali li b'hekk taha post fis-serata finali, fejn f'din tal-aħħar kisbet ir-raba' post b'177 punt u rċeviet tnax-il punt mingħand sitt pajjiżi.

Diskografija

immodifika

* Kien skedat li se joħroġ fl-2006.

Kanzunetti

immodifika
Kanzunetta Sena L-aqwa pożizzjoni Numru ta' ġimgħat
"Sweat" 2004 19 14
"Stir Me Up" 2005 22 12
"Milk Chocolate Girl" 2005 13 18
"Ain't No Love Lost" 2005 45 2
"Bad Boy" 2006 22 11
"A Good Kiss" 2007 28 8
"My Body" 2008 8 9
"My Man And The Devil On His Shoulder 2008 9 4

Referenzi

immodifika
  1. ^ "People decided, TRT announced: Hadise to 2009!" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-01-16. Miġbur 2008-12-12.

Ħoloq esterni

immodifika