Katrien Verbeeck, magħrufa aħjar bħala Kate Ryan (twieled fit-22 ta' Lulju 1980) hija kantanta Belġjana. Hi bdiet il-karriera mużikali fl-2001 u rrapreżentat lill-Belġju fil-Festival tal-Eurovision 2006 bil-kanzunetta "Je t'adore" fejn spiċċat fit-tnax-il post fis-semifinali.

Kate Ryan
Kate Ryan f'Szczecin, 2007
Kate Ryan f'Szczecin, 2007
Informazzjoni ġenerali
Isem sħiħ Katrien Verbeeck
Twieldet 22 ta' Lulju 1980 (1980-07-22) (44 sena)
Oriġini Tessenderlo, Belġju
Ġeneru Pop, dance, eurodance, trance, elettronika
Strumenti Kitarra, pjanu
Snin ta' attività 2001–preżent
Ditta EMI (2002-2006)
ARS Entertainment (2007- )
Sit uffiċjali www.kateryan.be

Bijografija

immodifika

Snin tal-bidu

immodifika

Ryan twieldet fit-22 ta' Lulju 1980 fil-villaġġ żgħir ta' Tessenderlo fil-Belġju. Hi kibret qalb familja tal-arti, u wriet talent mużikali minn età tenera. Ta' tmien snin hi tgħallmet il-pjanu u l-kitarra, u kienet kapaċi li ddoqq kull ħaġa li kienet tisma' fuq ir-radju. Hi kellha lezzjonijiet tal-kant u tal-pjanu minn zijitha li kienet tgħallem f'konservatorju. Hi studjat fi skola tal-arti, fejn speċjalizzat fid-disinji tal-ġojjelerija. Kate għexet xi żmien f'Meerhout, f'raħal żgħir qrib Tessenderlo[1]

Bħala adoloxxenta hi kienet sikwit tkanta f'bars u postijiet oħra, u lejl minnhom maniġer resaq lejha u pproponielha biex tirrekordja kanzunetta fi studjo. Hi saret membru ta' grupp pop li kien iġib l-isem ta' Melt f'età ta' sittax-il sena. Il-grupp kien attiv għal sentejn, imma ma ħarġu l-ebda kanzunetta kummerċjali. Meta hi ltaqgħet mal-produttur Andy Janssens, it-inejn bdew jiktbu kanzunetti flimkien lejn triq ta' karriera bħala solista. L-album debuttanti kien "Scream For More" li kien ħareġ fl-2001, u ġab suċċess mhux mistenni fil-klassifiki.[1]

Karriera

immodifika

Hi kisbet prominenza internazzjonali bis-silta "Désenchantée" ta' Mylène Farmer, li kienet suċċess f'diversi pajjiżi Ewropej. Hi ngħaqdet ma' EMI Belgium u ħarġet l-ewwel album li kien iġib l-isem ta' Different fl-2002 esklussivament fl-Ewropa. L-album biegħ aktar minn 250,000 kopja fl-Ewropa.

Dan sar popolari biżżejjed fl-Istati Uniti biex diversi konsumaturi li jiffavorixxu l-mużika dance-pop xtraw ukoll dan l-album. Fis-17 ta' Lulju 2001 hi ħarġet is-silta "Scream For More". Din kisbet suċċess f'diversi radjijiet u klabbs. Il-kanzunetta ta' wara kienet "Desenchantee/U R My Love" li kienet maħruġa wkoll minn Robbins Entertainment. Din ukoll għamlet suċċess u biegħet aktar mis-silta preċedenti.

Fl-2004, Ryan ħarġet it-tieni album fl-Ewropa u fl-2005 ġewwa l-Amerika ta' Fuq , bit-titlu ta' Stronger, fejn minkejja li għamel suċċess fil-klassifiki dance permezz ta' "Another Day" u "Let it Rain", hu falla li jagħmel impressjoni fuq il-klassifiki tal-pop minħabba promozzjoni fqira. Fl-2006, hi rrappreżentat lill-Belġju fil-Festival tal-Eurovision 2006, fejn kantat "Je t'adore". Madanakollu, hi spiċċat eliminata fis-semifinali, fejn spiċċat żewġ postijiet wara l-ewwel għaxra li kellhom jgħaddu. Dan ma kienx mistenni, minħabba l-fatt illi hi kienet ikkunsidrata fost dawk li kienu se jittrijunfaw fis-serata finali. Flimkien mal-eliminazzjoni tal-Estonja u Ċipru, din kienet l-ikbar xokk tal-edizzjoni tal-2006. Il-kanzunetta xorta waħda baqgħet popolari anke jekk naqset li tagħmel suċċess fil-Eurovision.

 
Kate Ryan waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-EuroGames

Fl-14 ta' Awwissu 2006, ġie imħabbar li Ryan kienet se toħroġ il-kanzunetta "Je t'adore" fir-Renju Unit b'verżjonijiet oħra minn Credheadz, imma ġiet posposta, ftit żmien qabel ma saret il-publikazzjoni tagħha. Minkejja dan kollu, il-kanzunetta gawdiet suċċess kbir qalb l-istazzjonijiet mużikali tar-Renju Unit.

Il-kanzunetta segwenti kienet "Alive", li kienet mill-album li kien iġib l-istess isem, li jinvolvi wkoll verżjonijiet Franċiżi ta' diversi kanzunetti li jinkludu lil "Je t'adore", "Alive" u "All For You".

Fl-2007, hi kellha suċċess bil-kanzunetta doppja "Voyage Voyage"/"We All Belong". Il-kanzunetta "Voyage, Voyage" hi l-verżjoni ta' Kate Ryan tal-kanzunetta minn Desireless li kienet kisbet suċċess fl-Ewropa fis-sena 1987, u "We All Belong" kienet intgħażlet bħala l-innu uffiċjali tal-EuroGames 2007 li saru f'Antwerp.

Fl-2008, Kate ħarġet żewġ kanzunetti: L.I.L.Y. (Like I Love You) u wara Ella, Elle L'a. Dawn iż-żewġ siltiet (flimkien ma' Voyage Voyage) kienu nklużi fl-album Free, li ħareġ fit-30 ta' Mejju 2008. L-album għandu wkoll dwett mal-kantanta Spanjola Soraya Arnelas.

Fid-9 ta' Novembru 2008, f'Monako Kate Ryan rebħet l-unur prestiġjuż fil-World Music Awards bħala l-iktar artista li biegħet fil-Benelux.

Diskografija

immodifika
Sena Titlu Pożizzjonijiet fil-klassifiki Ċertifikazzjoni / Bejgħ Ċertifikazzjoni singoli / Bejgħ
BEL DEU ESP SUI AUT SWE DNK NLD FIN POL PRT
2002 Different 8 23 24 14 26 17 22 88 36 1 18
  • SWI: Deheb (20,000+)
  • ESP: Deheb (50,000+)
  • POL: Platinu (20,000+)
  • EUR: - (250,000+)
  • BEL: Désenchanteé 2x Platinu (40,000+)
    Mon coeur résiste encore Deheb (10,000+)
    Libertine Deheb (10,000+)
  • FR: Désenchanteé (150.000+)
  • EUR: Désenchanteé (600.000+)
2004 Stronger 22 13 63 14 43 11
  • POL: Deheb (10,000+)
2006 Alive 13 73 73
  • BEL: Je t'adore Deheb (10,000+)
2008 Free 4 47 26 96 35 66 20
  • POL: Deheb (10,000+)
  • EUR: - (200,000+)
  • BEL: Voyage Voyage Deheb (10,000+)
  • EU: Ella, elle l'a (500,000+)
  • ESP: Ella, elle l'a 10x Platinu (200,000+) [2]
  • SWE: Ella, elle l'a Deheb (10,000+)
  • BEL: I Surrender Deheb (15,000+)

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b "Biography". kateryan.com (bl-Ingliż). Miġbur 2008-05-06.
  2. ^ http://www.promusicae.es/listastonos/listas/Top%2020%20Week%203908.pdf

Ħoloq esterni

immodifika