Achinoam Nini (bl-Ebrajk: אֲחִינוֹעַם נִינִי Aẖinóʻam Nini; Tel Aviv, 23 ta' Ġunju, 1969), magħrufa iktar bl-isem professjonali, Noa, hi kantanta Iżraelita.

Achinoam Nini
Informazzjoni ġenerali
Isem sħiħ Achinoam Nini
Magħruf Noa
Twieled 23 ta' Ġunju 1969 (1969-06-23) (55 sena)
Oriġini Tel Aviv, Iżrael
Ġeneru Pop, world, Ebrajk, jazz, blues
Snin ta' attività 1990–preżent
Sit uffiċjali www.noasmusic.com

Karriera

immodifika

Imwielda f'Tel Aviv, Noa għexet minn mindu kellha sentejn sa meta kellha sbatax-il sena f'New York City, sakemm reġgħet lura l-Iżrael. Il-familja huma oriġinarjament mill-Jemen. Wara li serviet sentejn obbligatorji fl-Armata Iżraeljana. Noa tiftakar dan iż-żmien ta' konfużjoni: "kont waħdi, qalb ħafna tfajliet li kienu jitkellmu Ebrajk li jien ma kontx nifhem, konna norqdu bi xkubetta taħt is-sodda".

Fl-Iżrael tiltaqa' mat-tabib pedjatriku Asher Barak li aktar tard tiżżewwġu. Il-koppja għandhom żewġt itfal, Ayehli u Enea. F'dan l-istess żmien tibda l-karriera tagħha bħala kantana, fejn issir aktar famuża barra minn pajjiżha għan-numru kbir ta' kunċerti diretti, flimkien mal-kitarrista Gil Dor. Bħala dwett, l-istili mużikali tagħhom huma l-pop, ir-rock, il-blues, l-R&B, il-country, il-country western, il-folk, u l-mużika folk tal-Jemen u l-Italja. Noa kantant diversi kanzunetti bit-Taljan, il-Franċiż, l-Ispanjol, il-Galizjan, l-Ingliż, l-Għarbi, l-Ebrajk, it-Tajlandiż, il-Ħindu, il-Jemen Lhudi u kanzunetti folk u pop Arabiċi, kif ukoll talbiet Lhudin u Kristjani tradotti għall-Ebrajk u l-Ingliż.

Noa hi artista li tħobb tuża' l-mużika bħala strument ta' għaqda bejn popli li jinsabu f'kunflitt, partikularment fil-kwistjoni traġika tal-Lvant Nofsani. Il-kanzunetti tagħhom huma influwenzati mill-ambjent Iżraeljan, bil-kontradizzjonijiet tiegħu (bħal li jkollok l-għeruq fuq iż-żewġ naħat tal-baħar, kemm fil-pajjiż tad-diaspora, u kemm fl-Iżrael), l-uġigħ tiegħu (il-gwerra, it-terroriżmu) u l-isperanzi tiegħu.

F'Mejju 2009 irrappreżentat lill-Iżrael, flimkien mal-kantanta Għarbija-Iżraeljana Mira Awad, fl-54 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision, permezz tal-kanzunetta — kantata bl-Ingliż, l-Ebrajk u l-Għarbi — "There must be another way".

Diskografija

immodifika
  • Achinoam Nini and Gil Dor Live (Lulju 1991)
  • Achinoam Nini and Gil Dor (Settembru 1993)
  • Noa (Marzu 1994)
  • Calling (Mejju 1996)
  • Achinoam Nini (April 1997)
  • Achinoam Nini & the Israel Philharmonic Orchestra (April 1998)
  • Blue Touches Blue (Marzu 2000)
  • First Collection (Marzu 2001)
  • Now (Settembru 2002)
  • Noa Gold (Ottubru 2003)
  • Noa Live (Ottubru 2005)
  • Genes & Jeans (April 2008)

Ħoloq esterni

immodifika
Predeċessur
Boaz
Iżrael fil-Festival tal-Eurovision
(ma' Mira Awad)
2009

Suċċessur