Wikipedija:Rebbiegħa CEE 2024

(Rindirizzat minn Rebbiegħa CEE)
Il-logo ta' Rebbiegħa CEE
Il-logo ta' Rebbiegħa CEE

Rebbiegħa CEE 2024 ta' Wikimedia hija inizjattiva ta' Wikipedisti mill-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant bl-għan li jinħloqu paġni dwar nies, suġġetti jew oġġetti minn din il-parti tad-dinja. Malta qed tieħu sehem għar-raba' darba din is-sena permezz tal-għaqda volontarja Wikimedia Community Malta, li hija affiljata mal-Wikimedia Foundation. Dan jorbot mal-ħidma sistematika mibdija fl-2020 minn din l-għaqda biex jinħolqu paġni bil-Malti fuq il-Wikipedija dwar nies, suġġetti u oġġetti li m'għandhomx x'jaqsmu direttament ma' Malta. Matul is-snin dan sar, u qed ikompli jsir, f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, u Dipartiment tat-Traduzzjoni fl-Università ta' Malta.

Matul ix-xhur ta' Marzu, April u Mejju qed norganizzaw ukoll numru ta' workshops u edit-a-toni.  Id-dettalji hawn.

F'dawn l-aħħar 100 sena, l-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant għaddew minn għadd ta' rebbigħat mhux daqstant sbieħ li ħolqu ħafna diżgwid, kunflitti u diżappunti. Fost dawn nistgħu nsemmu ir-Rebbiegħa ta' Praga fl-1968, il-kunflitt fin-Nagorno-Karabakh tal-1988, l-eskalazzjoni tal-kunflitt Transnistrijan fl-1992, jew il-gwerra li faqqgħet fl-Ukrajna fl-2014.

Għaldaqstant, ir-Rebbiegħa CEE ta' Wikimedia għandha l-għan li tappoġġja u tippromovi gruppi lokali fil-ħolqien ta' paġni fil-Wikipedija u proġetti oħra ta' Wikimedia biex jiżdied l-għarfien reċiproku ta' xulxin u jitkattar l-għerf ħieles f'dawn ir-reġjuni.

Lista ta' artikli mill-pajjiżi u reġjuni

immodifika

Il-lista ta' paġni mill-pajjiżi u r-reġjuni isservi ta' punt tat-tluq u orjentazzjoni għal ħolqien u titjib tal-paġni - anke jekk il-paġni kollha dwar pajjiżi fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (inkluż il-Kawkasja) jgħoddu fil-konkors. Il-biċċa l-kbira tal-paġni jinstabu fil-Wikipedia bl-Ingliż u spiss huwa faċli ferm li jiġu tradotti minn hemm.

Paġni dwar suġġetti marbuta direttament ma' Malta ma jgħoddux fil-punti li tista' tirbaħ f'dan il-konkors jekk int utent Malti/ja.

Għajnuna

immodifika

L-għan ta' dan il-konkors huwa li jinħolqu u jittejbu paġni dwar pajjiżi mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Għalkemm kull kontribut relevanti jiġi ġġudikat bħala parti mill-konkors, peress li hemm ħafna xi jsir f'dan il-qasam fuq il-Wikipedija bil-Malti, xogħol fuq paġni fil-lista tal-100 proposti jingħata punteġġ akbar, kif spjegat aktar l-isfel.

Il-konkors jibda f'nofsillejl tal-21 ta' Marzu u jkompli sa nofsillejl tal-20 ta' Ġunju.

Iż-żmien ikopri l-istaġun kollu tar-rebbiegħa.

Regolamenti

immodifika

1. Kulħadd jista' jieħu sehem fil-konkors, ħlief għall-organizzaturi lokali u internazzjonali. L-organizzaturi jistgħu jipparteċipaw bla ma jikkompetu.

2. Biex tikkompeti trid tirreġistra formalment. Biex tirreġistra għall-konkors ikteb ismek hawn taħt kif indikat fit-taqsima tal-Parteċipanti.

3. Uża l-Mudell -- huwa essenzjali li tuża l-Mudell {{CEE Spring 2024 | utent = ismek | pajjiż = Malta}} fuq il-paġna tad-diskussjoni ta' kull pagna li taħdem fuqha biex il-kontribuzzjoni tiegħek tkun tgħodd fil-konkors. Dan huwa l-unika mod biex l-organizzaturi jkunu jafu li qed tieħu sehem fil-konkors. Ara/uża ukoll il-mudelli ta' lingwi oħra jekk tagħżel li tikteb bihom apparti l-Malti.

Punteġġi

immodifika
  • Għal kull artikolu li toħloq tieħu żewġ punti
  • Għal kull artikolu li toħloq mil-lista uffiċjali tieħu tliet punti oħra (ħames punti b'kollox)
  • Għal kull artikolu li ttejjeb tieħu punt
  • Għal kull artikolu li ttejjeb mil-lista uffiċjali tieħu erba' punti oħra (ħames punti b'kollox)

Paġni dwar suġġetti marbuta direttament ma' Malta ma jgħoddux fil-punti li tista' tirbaħ f'dan il-konkors jekk int utent Malti/ja.

Kull mistoqsija għandha titpoġġa fuq il-paġna tad-diskussjoni.

Premjijiet

immodifika

Il-premijiet huma pprovduti minn Wikimedia Community Malta permezz ta' għotja mill-Wikimedia Foundation:

  • L-ewwel post: €100 token għal xiri ta' kotba minn Amazon jew €200 token li jissarraf għand pubblikaturi Maltin*
  • It-tieni post: €60 token għal xiri ta' kotba minn Amazon jew €120 token li jissarraf għand pubblikaturi Maltin*
  • It-tielet post: €40 token għal xiri ta' kotba minn Amazon jew €80 token li jissarraf għand pubblikaturi Maltin*

Parteċipanti

immodifika

Daħħal ismek fit-tabella t'hawn taħt. Daħħal l-isem tal-paġna jew paġni li tkun ħdimt fit-tieni kolonna. Fit-tielet kolonna tista ddaħħal paġni li għadek qed taħdem fuqhom. Tista' ddaħħal ukoll il-punti għax-xogħol li tkun għamilt fl-aħħar kolonna; dawn jiġu vverifikati mill-organizzaturi fi tmiem il-konkors u rranġati jekk ikun hemm bżonn.

Jekk issib xi diffikulta bit-tabella ikkuntattja lil Toni Sant jew Nevborg li huma l-organizzaturi u jidhru f'din it-tabella mingħajr punti għax mhux eliġibbli biex jikkompetu.

Utent Paġna/pagni mibdija u/jew imtejba Xogħol għaddej Punti
Nevborg Zlata Filipović, Goran Bregović, Sofija Jovanović, Selma Rıza, Staka Skenderova Nikola Tesla xejn
ToniSant Rebbiegħa ta' Praga Beer Barrell Polka xejn
Trigcly Ravesa Lleshi, Julia Sanina, Krisztina Tóth, Anna Brigadere, Daiga Mieriņa, Lucia Piussi, Svaneti, torrijiet residenzjali tas-Svan, Monasteru ta' Gelati, Mtskheta, Katidral ta' Zvartnots, Monasteru ta' Haghpat, Monasteru ta' Geghard, Afag Bashirgyzy, Skojjattlu tal-art ta' Tian Shan, Josef Hoffman, Għar ta' Optymistychna, Ras'ken' Ozks‎, Saeva Dupka, Yllka Mujo, Deżerta tal-isfarġel, Baħar l-Iswed, Proklos, Kuruna ta' Zvonimir, Franz von Suppé, Šibenik, Fortizza ta' San Nikola, Shaken Aimanov, Moskea tat-Tatari, Athos, Monumenti Paleokristjani u Biżantini ta' Thessaloniki, Pythagoreion, Delos, Alexander Wolszczan, Aigai, Philippi, Zagori, Monasteru ta' San Ġwann it-Teologu, Nea Moni ta' Chios, Gordion, Sikhote-Alin, Monasteru ta' Ferapontov, Kawkasu tal-Punent, Muntanji tad-Deheb ta' Altai, Kizhi Pogost, Gżejjer Solovetsky, Monumenti Bojod ta' Vladimir u ta' Suzdal, Foresti Verġni ta' Komi, Vulkani ta' Kamchatka, Kuldīga, Park Naturali tal-Pilastri ta' Lena, Promontorju ta' Putorana, Bolgar, Pajsaġġi ta' Dauria, Sviyazhsk, Riżerva tal-Bijosfera tal-Baħar l-Iswed, Lag ta' Baikal, Baċir tal-Lag ta' Uvs, Naryn-Kala, Knejjes tal-Iskola tal-Arkitettura ta' Pskov, Petroglifiċi tal-Lag ta' Onega u l-Baħar Abjad, Port ta' Mariupol, Yaroslavl, Gżira ta' Wrangel, Baħar l-Abjad, Mimoza Kusari-Lila, Pobiti Kamani, Turan, Tamgaly, Ċentru Kulturali ta' Heydar Aliyev, Kaunas, Kastell ta' Kuressaare, Robert Fico, Peter Carl Fabergé, Battaljun Mediku tal-Ospedalieri, Michail Glinka, Mary Chronopoulou, Julio Baghy, Knisja ta' San Ġwann f'Kaneo, Ophrys caucasica, Salme Kann, Zsuzsanna Lorántffy, Jules Pascin, Fortizza ta' Pirot, Seka Sablić, Tomiri, Park Nazzjonali ta' Lahemaa, Petra Brocková, Kreta, Pont tal-Paċi, Tbilisi, Park Naturali ta' Dinara, Spinalonga, Kaskati ta' Galdelsha, Nida, Maria Grollmuß, Georg von Békésy, Pál Maléter xejn 310
Martina.galea Václav Havel xejn 2
scutajar Vera Kuzmina, Lina Tsaldari, Yevgeniya Roppel, Vera Zima xejn 20

Rebbieħa

immodifika

Il-premjijiet jistgħu jiġu rduppjati fl-ammont, kif indikat, jekk jitħaddmu ma' pubblikaturi tal-kotba Maltin (Kite Group, Midsea Books, u Merlin Publishers) skont l-għażla tar-rebbieħ/a.