Skojjattlu tal-art ta' Tian Shan
L-iskojjattlu tal-art ta' Tian Shan (Spermophilus nilkaensis) huwa speċi ta' skojjattlu li jinsab fil-bwar tal-ħaxix tal-Punent taċ-Ċina, tal-Każakistan, u tal-Kirgiżistan. Huwa qrib ħafna tal-iSpermophilus relictus, u fl-imgħoddi kien meqjus bħala l-istess speċi. Qabel kien magħruf bħala l-iSpermophilus ralli, iżda issa dak l-isem huwa magħruf bħala sinonimu tal-iSpermophilus relictus.[1]
Skojjattlu tal-art ta' Tian Shan | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Riskju minimu (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Rodentia |
Familja | Sciuridae |
Tribù | Marmotini |
Ġeneru | Spermophilus |
speċi | Spermophilus ralli Кузнецов (mul), 1948
|
Deskrizzjoni
immodifikaDan l-iskojjattlu tal-art huwa twil madwar għoxrin ċentimetru (8 pulzieri) b'denb twil sitt ċentimetri (2 pulzieri) u jiżen bejn 300 u 400 gramma (bejn 11 u 14-il uqija). Fis-sajf il-pil tiegħu jkun kannella fil-griż jew fl-isfar fin-naħa ta' fuq tiegħu b'xi tikek b'lewn iktar ċar fuq il-ġnub tiegħu u griż fl-isfar fin-naħa ta' taħt tiegħu. Fix-xitwa jkun iktar ċar u iktar griż kollu kemm hu. Denbu jkollu faxx b'lewn iktar skur li jispikka u b'tarf abjad fl-isfar. Din l-ispeċi ma jkollha l-ebda marka f'wiċċha bħal ta' dawk f'diversi speċijiet simili.[2]
Distribuzzjoni
immodifikaDin l-ispeċi tinsab fil-mergħat fil-Punent ta' Xinjiang u fil-Każakistan, filwaqt li l-iSpermophilus relictus jinsab fl-iżjed parti fil-Punent tal-muntanji Tian Shan.
Din l-ispeċi tħaffer kumpless ta' mini taħt l-art b'għadd ta' daħliet qrib xulxin. Ikun attiv binhar iżda jirtira taħt l-art matul l-eqqel tas-sħana ta' binhar. Spiss joqgħod fuq saqajh ta' wara meta jkun 'il barra mill-moħba tiegħu biex jissorvelja l-ambjent ta' madwaru u xi kultant jagħmel għadd ta' ħsejjes. Id-dieta tiegħu tikkonsisti minn ħaxix u veġetazzjoni oħra, insetti u artropodi żgħar oħra. L-iskojjattlu tal-art ta' Tian Shan jagħmel ibernazzjoni għal madwar sitt xhur mill-bidu ta' Settembru u l-iskojjattlu femminili twelled eżatt wara fir-rebbiegħa. Il-perjodu tat-tqala jkun ta' madwar sitta u għoxrin jum u twelled bejn tlieta u seba' frieħ kull darba.[3]
Referenzi
immodifika- ^ "ASM Mammal Diversity Database". www.mammaldiversity.org. Miġbur 2024-04-13.
- ^ Smith, Andrew T.; Xie, Yan; Hoffmann, Robert S.; Lunde, Darrin; MacKinnon, John; Wilson, Don E.; Wozencraft, W. Chris (April 23, 2010). A Guide to the Mammals of China. Princeton University Press. ISBN 978-1400834112.
- ^ Smith, A.T. & Johnston, C.H. (2016). "Spermophilus ralli". IUCN Red List of Threatened Species. 2016: e.T136455A22266455.