Julia Sanina

kantanta Ukrena

Yuliia Oleksandrivna Bebko (bl-Ukren: Юлія Олександрівна Бебко; kunjomha xebba Holovan [bl-Ukren: Головань]; twieldet fil-11 ta' Ottubru 1990), magħrufa aħjar bħala Julia Sanina (bl-Ukren: Юлія Саніна [ˈjul⁽ʲ⁾ijɐ ˈsɑn⁽ʲ⁾inɐ]), hija kantanta Ukrena u l-element ewlieni tal-grupp rock alternattiv Ukren The Hardkiss.

Julia Sanina
Ħajja
Twelid Kiev, 11 Ottubru 1990 (34 sena)
Nazzjonalità Unjoni Sovjetika
Ukrajna
L-ewwel lingwa Ukren
Edukazzjoni
Alma mater Università Nazzjonali ta' Taras Shevchenko ta' Kiev
Lingwi Russu
Ingliż
Ukren
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant
kompożitur
attur
Sħubija The Hardkiss
Moviment artistiku rock alternattiv
Tip ta' leħen contralto
Strument/i tal-mużika vuċi
pjanu

Bijografija

immodifika

Sanina twieldet f'familja ta' mużiċisti fil-11 ta' Ottubru 1990 fi Kiev, fl-SSR Ukrena, l-Unjoni Sovjetika.[1] Hija kantat għall-ewwel darba fuq il-palk meta kellha tliet snin; il-kant tagħha mbagħad ġie akkumpanjat minn grupp mużikali mmexxi minn missierha. Eventwalment bdiet tkanta waħedha, kif ukoll bħala waħda mill-membri ta' grupp mużikali tat-tfal u grupp mużikali tal-jazz tal-kbar.

Fl-2005 iggradwat mill-Iskola Mużikali tal-Jazz u tal-Varjetà Artistika. Iktar 'il quddiem hija nkitbet fl-Istitut tal-Filoloġija tal-Università Nazzjonali ta' Taras Shevchenko fi Kiev u kisbet il-lawrija tal-Masters fl-istudji folkloristiċi fl-2013.[2] Hi u tistudja fil-kulleġġ, beda jkollha interess kbir fil-ġurnaliżmu.[3]

Mill-2006 sal-2008 hija kienet l-element vokali fil-grupp mużikali Sister Siren.[4]

 
The Hardkiss fl-MRPL City 2017 fest f'Mariupol.

F'Settembru 2011, Sanina u l-produttur mużikali Valeriy Bebko ħolqu d-dwett pop Val & Sanina, li kanta kanzunetti bir-Russu. Flimkien irreġistraw filmat sperimentali u ftit kanzunetti, fosthom The love has come (bir-Russu: Любовь настала; lirika ta' Robert Rozhdestvensky u mużika ta' Raimonds Pauls).

Ftit wara huma tejbu l-immaġni tagħhom fuq il-palk u bidlu l-isem tal-grupp għal The Hardkiss. Barra minn hekk, bdew jiktbu l-kanzunetti bl-Ingliż waħedhom b'sawnd iktar qawwi. Fil-ħarifa 2011 huma rrilaxxaw xi kanzunetti ġodda u rreġistraw il-filmat tad-debutt tagħhom imsejjaħ Babylon. Fi tmiem Ottubru 2011, The Hardkiss fetaħ il-kunċert tal-grupp mużikali Brittaniku Hurts.[5] Iktar tard dik is-sena huma rrilaxxaw filmat ieħor imsejjaħ Dance with me, li xxandar saħansitra fl-istazzjonijiet mużikali ewlenin.

Fi Frar 2012, il-grupp iffirma kuntratt mat-tikketta mużikali Sony BMG. F'qasir żmien il-grupp mużikali beda jikseb il-popolarità u rebaħ diversi premjijiet fl-Ukrajna, kif ukoll f'pajjiżi oħra. Fl-2014, Sanina bdiet ittella' blogs awdjoviżivi dwar ħajjitha u l-ħajja tal-grupp mużikali minn wara l-kwinti fil-kanal tal-YouTube tagħha.[6] Fl-2016 Sanina saret waħda mill-erba' membri tal-ġurija fis-seba' sensiela ta' The X Factor tal-Ukrajna.[7]

Sanina koospitat il-Festival tal-Eurovision tal-2023 f'Liverpool flimkien ma' Alesha Dixon u Hannah Waddingham, u għall-finali ngħaqad magħhom Graham Norton.[8]

Fl-2023 tħabbar li Sanina kienet se tagħmilha ta' kowċ fit-tlettax-il staġun ta' The Voice tal-Ukrajna minn Settembru 2023.

Ħajja personali

immodifika

Sanina żżewġet lil Valeriy "Val" Bebko, produttur kreattiv u l-kitarrista ewlieni ta' The Hardkiss, fl-2011 b'tieġ tradizzjonali bi stil Ukren. Il-koppja kienet iltaqgħet fl-2009 jew fl-2010 meta Sanina kienet intervistat lil Bebko, li kien il-produttur tal-MTV tal-Ukrajna dak iż-żmien, iżda huma żammew ir-relazzjoni tagħhom mistura sal-2014. L-ewwel wild tal-koppja, Danylo, twieled fil-21 ta' Novembru 2015.[9]

Sanina tagħti attenzjoni partikolari lill-ilbies tagħha. Stilisti bħal Slava Tschaika u Vitaliy Datsiuk joħolqu l-ilbies għall-membri kollha ta' The Hardkiss. Il-grupp mużikali jaħdem mill-qrib ukoll ma' disinjaturi żgħażagħ (Ivanova, Bekh, Nadia Dziak, Anouki Bicholla, eċċ.).[10] Sanina tammira ferm ix-xogħol ta' Alexander McQueen, Vivienne Westwood u Gareth Pugh. Fil-ħajja tagħha ta' kuljum hija tippreferi tilbes il-ħwejjeġ tad-ditta Diesel, H&M u Topshop.[11]

Referenzi

immodifika
  1. ^ Березніцька, Інна (2016-12-19). "Юлія Саніна". The Ukrainians (bl-Ukren). Miġbur 2024-04-09.
  2. ^ "Юлия Санина (The Hardkiss) стала магистром филологии". Joinfo Новости (bir-Russu). 2013-07-01. Miġbur 2024-04-09.
  3. ^ "Солисты The Hardkiss Юлия Санина и Валерий Бебко впервые рассказали о своей свадьбе: интервью Viva!". viva.ua (bl-Ukren). 2024-04-09. Miġbur 2024-04-09.
  4. ^ "День народження Юлії Саніної: кращі пісні The Hardkiss". znaj.ua (bl-Ukren). 2017-10-11. Miġbur 2024-04-09.
  5. ^ Melkozerova, Veronika (2016-12-01). "Yulia Sanina: Strong, authentic voice of The Hardkiss wins fans, shakes up music scene". Kyiv Post (bl-Ingliż). Miġbur 2024-04-09.
  6. ^ "Солистка группы The Hardkiss запустила собственный видеоблог | Шоу-бизнес | Культура | АиФ Украина". web.archive.org. 2014-12-25. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-12-25. Miġbur 2024-04-09.
  7. ^ "Идея для новогодней вечеринки: 8 образов Юлии Саниной". vogue.ua (bl-Ukren). 2016-12-27. Miġbur 2024-04-09.
  8. ^ "Eurovision 2023: Hosts revealed for Liverpool". eurovision.tv (bl-Ingliż). 2023-02-22. Miġbur 2024-04-09.
  9. ^ "Новини шоу бізнесу онлайн. Гламурні новини України та світу". Tochka.net (bl-Ukren). Miġbur 2024-04-09.
  10. ^ "Интервью: Юлия Санина и группа The Hardkiss | Портал о моде и стиле Look.tm". web.archive.org. 2014-08-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-08-05. Miġbur 2024-04-09.
  11. ^ "Юлия Санина, THE HARDKISS: "Искусство имеет очень тонкие грани, здесь каждый должен заниматься тем, в чем он действительно талантлив"". bit.ua Медіа про життя і технології в ньому. 2013-01-14. Miġbur 2024-04-09.