Šibenik

belt u insedjament fil-Kontea ta' Šibenik-Knin, il-Kroazja

Šibenik (bil-Kroat: [ʃîbeniːk] ), magħrufa storikament bħala Sebenico (bit-Taljan: [sebeˈniːko]), hija belt storika fil-Kroazja, li tinsab fid-Dalmazja ċentrali, fejn ix-xmara Krka tnixxi fil-Baħar Adrijatiku. Šibenik hija ċentru politiku, edukattiv, tat-trasport, industrijali u turistiku tal-Kontea ta' Šibenik-Knin, u hija wkoll it-tielet l-ikbar belt fir-reġjun tad-Dalmazja. Mill-2011, il-belt għandha 34,302 abitanti, filwaqt li l-muniċipalità għandha 46,332 abitant.[1]

Šibenik
 Kroazja
Amministrazzjoni
Stat sovranKroazja
County of CroatiaKontea ta' Šibenik-Knin
Kap tal-Gvern Željko Burić (en) Translate
Isem uffiċjali Šibenik
Ismijiet oriġinali Šibenik
Kodiċi postali 22000
Ġeografija
Koordinati 43°44′02″N 15°53′44″E / 43.7339°N 15.8956°E / 43.7339; 15.8956Koordinati: 43°44′02″N 15°53′44″E / 43.7339°N 15.8956°E / 43.7339; 15.8956
Šibenik is located in Croatia
Šibenik
Šibenik
Šibenik (Croatia)
Superfiċjenti 399.5 kilometru kwadru, 44.1 kilometru kwadru
Għoli 0 m
Demografija
Popolazzjoni 42,599 abitanti (31 Awwissu 2021)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 860s
Kodiċi tat-telefon 022
Żona tal-Ħin Ħin tal-Ewropa Ċentrali
bliet ġemellati Civitanova Marche, San Benedetto del Tronto, Voiron, Sinju Humenné
sibenik.hr

Etimoloġija

immodifika

Jeżistu diversi interpretazzjonijiet dwar isem Šibenik. Fil-ktieb tiegħu tas-seklu 15 De situ Illiriae et civitate Sibenici, Juraj Šižgorić jiddeskrivi l-isem u l-pożizzjoni ta' Šibenik. Huwa jattribwixxi l-oriġini ta' isem il-belt għall-fatt li hija mdawra minn palizzati magħmula minn šibe (stikek, bis-singular šiba). Interpretazzjoni oħra hija assoċjata mal-foresta permezz tat-toponimu Latin "Sibinicum", li kien ikopri mikroreġjun idjaq fi ħdan Šibenik fl-inħawi tal-Fortizza ta' San Mikiel.

Storja bikrija

immodifika

Għad-differenza ta' bliet oħra tul il-kosta Adrijatika, li ġew stabbiliti mill-Griegi, mill-Illiri u mir-Rumani, Šibenik ġiet stabbilita mill-Kroati. Mill-iskavi tal-Kastell ta' San Mikiel ħareġ fid-dieher li s-sit kien ilu abitat ferm qabel il-wasla effettiva tal-Kroati. Issemmiet għall-ewwel darba bl-isem attwali fl-1066 f'Karta tar-Re Kroat Petar Krešimir IV u għal xi żmien kienet is-sede ta' dan ir-re Kroat. Għal dik ir-raġuni, Šibenik tissejjaħ ukoll "Krešimirov grad" (il-belt ta' Krešimir).

Bejn is-sekli 11 u 12, Šibenik għaddiet minn qawwa għall-oħra bejn Venezja, Biżanzju u l-Ungerija. Inħakmet mir-Repubblika ta' Venezja fl-1116, li kellha l-kontroll tagħha sal-1124, meta mbagħad tilfitha għal żmien qasir kontra l-Imperu Biżantin, u mbagħad reġgħet kisbet il-kontroll tagħha sal-1133 meta reġgħet ittieħdet mir-Renju tal-Ungerija. Imbagħad baqgħet tgħaddi minn qawwa għall-oħra diversi drabi oħra sal-1180.

Il-belt ingħatat l-istatus ta' belt fl-1167 mingħand Stiefnu III tal-Ungerija. Kisbet id-djoċesi tagħha stess fl-1298.

Taħt Venezja u l-Asburgi

immodifika

Il-belt, bħall-kumplament tad-Dalmazja, inizjalment irreżistiet kontra r-Repubblika Venezjana, iżda kellha ċċedi wara gwerra ta' tliet snin fl-1412. Taħt it-tmexxija Venezjana, Šibenik fl-1412 saret is-sede prinċipali tad-dwana u s-sede tal-uffiċċju tal-konsumaturi tal-melħ b'monopolju fil-kummerċ tal-melħ fi Chioggia u fil-Baħar Adrijatiku kollu.

F'Awwissu 1417, l-awtoritajiet Venezjani kienu mħassba minħabba l-Morlaki u Slavi oħra mill-periferiji, li kienu theddida għas-sigurtà f'Šibenik. L-Imperu Ottoman beda jheddid lil Šibenik (magħrufa bħala Sebenico), bħala parti mit-taqbida tiegħu kontra Venezja, fl-aħħar tas-seklu 15, iżda qatt ma rnexxielu jaħkimha. Fis-seklu 16 inbniet il-Fortizza ta' San Nikola, u sas-seklu 17 il-fortifikazzjonijiet tagħha reġgħu ġew imtejba bil-fortizzi ta' San Ġwann (f'Tanaja) u ta' Šubićevac (f'Barone).

Il-Morlaki bdew jinsedjaw Šibenik matul il-Gwerra ta' Kreta (1645–1669).

Il-waqgħa tar-Repubblika ta' Venezja fl-1797 wasslet biex Sebenico taqa' taħt l-awtorità tal-monarkija tal-Asburgi.

Wara l-Kungress ta' Vjenna sal-1918, il-belt (reġgħet) saret parti mill-monarkija Awstrijaka (in-naħa tal-Awstrija wara l-kompromess tal-1867), kap tad-distrett bl-istess isem, u wieħed mit-13-il Bezirkshauptmannschaften fir-Renju tad-Dalmazja. L-isem Taljan Sebenico baqa' jintuża biss sal-ħabta tal-1871.

Fl-1872, fi żmien ir-Renju tad-Dalmazja, Ante Šupuk sar l-ewwel sindku Kroat tal-belt li ġie elett b'suffraġju universali. Huwa kien strumentali fil-proċess ta' mmodernizzar tal-belt, u huwa mfakkar b'mod partikolari għall-proġett tal-1895 biex it-toroq tal-belt jiddawlu permezz tal-Impjant Idroelettriku bikri ta' AC Jaruga. Fit-28 ta' Awwissu 1895, Šibenik saret l-ewwel belt fid-dinja b'tidwil tat-toroq b'kurrent alternat.

Seklu 20

immodifika
 
Mappa ta' Šibenik tal-bidu tas-seklu 16 ta' Martino Rota.

Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-flotta navali tal-Awstrija u tal-Ungerija użat il-faċilitajiet tal-port tal-belt, u l-bastimenti militari li ħarbu l-forza tal-Alleati wara l-battalja tal-Kap ta' Rodoni (jew Gargano) sabu l-kenn hemmhekk, fejn kienu bbażati xi bastimenti militari oħra. Wara l-gwerra Šibenik ġiet okkupata mir-Renju tal-Italja sat-12 ta' Ġunju 1921. Bħala riżultat tat-Trattat ta' Rapallo, it-Taljani ċedew il-belt u saret parti mir-Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni. Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, beda l-eżodu tat-Taljani tad-Dalmazja mill-belt. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, Šibenik ġiet annessa mill-Italja u saret parti mill-Governorat Taljan tad-Dalmazja mill-1941 sal-1943 u parti mill-provinċja ta' Zara. Il-partiġjani Komunisti ħelsu lil Šibenik fit-3 ta' Novembru 1944.

 
Borgo di Terra ta' Šibenik (kwartier lejn l-art) fl-1907 - illum Poljana. Fuq quddiem it-Teatru Nazzjonali u fl-isfond il-Fortizza (Tvrđava sv. Mihovila/Castel vecchio).

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-belt saret parti mill-SFR Jugoslavja sa ma l-Kroazja ddikjarat l-indipendenza fl-1991.

Matul il-Gwerra tal-Indipendenza Kroata (1991–1995), Šibenik ġiet attakkata bil-kbir mill-Armata Popolari tal-Jugoslavja u mit-truppi paramilitari Serbi. Għalkemm kellha inqas armi, l-armata Kroata naxxenti u l-poplu ta' Šibenik irnexxielhom jiddefendu l-belt. Il-battalja damet sitt ijiem (mis-16 sat-22 ta' Settembru), u spiss tissejjaħ bħala "l-battalja ta' Settembru". Il-bombi ġarrbu ħsarat lil bosta binjiet u monumenti, inkluż il-koppla tal-Katidral ta' San Ġakbu ta' Šibenik u t-teatru li kien inbena fl-1870.

F'operazzjoni militari ta' Awwissu 1995, l-Armata Kroata għelbet lill-forzi Serbi u reġgħet kisbet il-kontroll taż-żoni okkupati, u b'hekk ir-reġjun irnexxielu jirkupra mill-gwerra u baqa' jiżviluppa bħala ċ-ċentru tal-kontea ta' Šibenik-Knin. Minn dak iż-żmien 'l hawn, iż-żoni tal-belt li kienu ġarrbu xi ħsarat ġew irrestawrati għalkollox.

Šibenik għandha klima Mediterranja (Csa), bi xtiewi umdużi u miti u bi sjuf nexfin. Jannar u Frar huma l-iksaħ xhur, filwaqt li Lulju u Awwissu huma l-iżjed xhur sħan. F'Lulju t-temperatura massima medja tkun madwar 30 °C (86 °F). Is-subtip tal-Klassifikazzjoni Klimatika ta' Köppen għal din il-klima hu "Csa" (Klima Mediterranja).

Data klimatika għal Šibenik
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 21.4

(70.5)

22.7

(72.9)

26.2

(79.2)

28.8

(83.8)

34.0

(93.2)

37.6

(99.7)

38.2

(100.8)

39.4

(102.9)

35.4

(95.7)

30.3

(86.5)

28.4

(83.1)

20.3

(68.5)

39.4

(102.9)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 6.8

(44.2)

7.4

(45.3)

10.0

(50.0)

13.6

(56.5)

18.4

(65.1)

22.2

(72.0)

25.0

(77.0)

24.6

(76.3)

20.6

(69.1)

16.3

(61.3)

11.7

(53.1)

8.2

(46.8)

15.4

(59.7)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −10.2

(13.6)

−11.0

(12.2)

−7.5

(18.5)

−0.5

(31.1)

2.3

(36.1)

8.3

(46.9)

11.6

(52.9)

10.2

(50.4)

6.9

(44.4)

2.1

(35.8)

−6.6

(20.1)

−8.9

(16.0)

−11.0

(12.2)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 74.1

(2.92)

60.1

(2.37)

62.0

(2.44)

62.7

(2.47)

49.0

(1.93)

53.0

(2.09)

29.7

(1.17)

44.9

(1.77)

75.5

(2.97)

82.7

(3.26)

112.4

(4.43)

95.2

(3.75)

801.3

(31.57)

Medja ta' jiem bix-xita 10 9 9 10 9 8 5 5 7 9 12 12 105
Medja ta' jiem bil-borra 1 1 0 0 0 0 0 0 0 0 0 1 3
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 128.6 150.6 196.1 222.4 286.3 312.1 358.0 326.0 254.3 199.7 131.0 113.8 2,678.9
Sors: is-Servizz Meteoroloġiku u Idroloġiku Nazzjonali tal-Kroazja.[2]

Attrazzjonijiet ewlenin

immodifika

Il-knisja ċentrali ta' Šibenik, il-Katidral ta' San Ġakbu, hija elenkata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Diversi arkitetti suċċessivi bnewha kompletament bil-ġebel bejn l-1431 u l-1536, bi stil Gotiku kif ukoll Rinaxximentali. Iċ-ċnagen tal-ġebel li jidħlu f'xulxin tal-bejt tal-katidral ġarrbu xi ħsarat meta l-belt ġiet ibbumbardjata mill-qawwiet tal-Jugoslavja fl-1991. Minn dak iż-żmien 'l hawn saru t-tiswijiet meħtieġa.

 
Il-Katidral ta' San Ġakbu.
 
Il-Fortizza ta' San Nikola.

Fortifikazzjonijiet f'Šibenik

immodifika
Katidral ta' San Ġakbu
Pożizzjoni Šibenik, il-Kroazja
Inbena 1431-1536
Stil arkitettoniku Rinaxximent
Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO
Tip Kulturali
Kriterji i, ii, iv
Deżinjazzjoni 2000 (l-24 Sessjoni)
Nru ta' Referenza 963
Reġjun Ewropa u l-Amerka ta' Fuq
Fortizza ta' San Nikola
Pożizzjoni Šibenik, il-Kroazja
Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO
Tip Kulturali
Kriterji iii, iv
Deżinjazzjoni 2017 (il-41 Sessjoni)
Parti minn Opri Venezjani tad-Difiża bejn is-sekli 15 u 17: Stato da Terra – Stato da Mar tal-Punent
Nru ta' Referenza 1533
Reġjun Ewropa u l-Amerka ta' Fuq

Fil-belt ta' Šibenik hemm erba' fortizzi, u kull waħda għandha veduti tal-belt, tal-baħar u tal-gżejjer fil-qrib. Il-fortizzi issa huma destinazzjonijiet turistiċi:

Wirt naturali

immodifika

Il-kompożitur Jakov Gotovac stabbilixxa s-Soċjetà Filarmonika tal-belt fl-1922. Il-kompożitur tas-seklu 19 Franz von Suppé kien parti min-nisġa kulturali tal-belt, peress li twieled fi Split fil-qrib.

Kull sajf isiru għadd ta' kunċerti u avvenimenti fil-belt, bosta minnhom fil-Fortizza ta' San Mikiel. Mill-2016 ukoll beda jittella' festival annwali tal-mużika, tal-arti u tas-saħħa fil-gżira ta' Obonjan fil-qrib (6 kilometri (3.7 mili) fil-Lbiċ tal-belt).

Il-Festival Internazzjonali tat-Tfal ta' Šibenik (Međunarodni Dječji Festival) isir kull sajf u jospita workshops għat-tfal, reċti u attivitajiet oħra. Mill-2011 sal-2013 ittella' l-Festival ta' Terraneo (festival tal-mużika) f'Awwissu ta' kull sena f'eks żona militari f'Šibenik, u mill-2014 Šibenik u bliet oħra fil-qrib bdew jospitaw is-suċċessur spiritwali, il-Festival ta' Super Uho. Šibenik tospita wkoll il-festival tal-Lejliet tal-Kanzunetta tad-Dalmazja (Večeri Dalmatinske Šansone), fit-tieni nofs ta' Awwissu.

Bħala belt sportiva famuża, Šibenik hija l-belt tat-twelid ta' bosta atleti ta' suċċess: Aleksandar Petrović, Dražen Petrović, Perica Bukić, Ivica Žurić, Predrag Šarić, Dario Šarić, Vanda Baranović-Urukalo, Danira Nakić, Nik Slavica, Miro Bilan, Dražan Jerković, Petar Nadoveza, Krasnodar Rora, Dean Računica, Mladen Pralija, Ante Rukavina, Duje Ćaleta-Car, Mile Nakić, Franko Nakić, Siniša Belamarić, Renato Vrbičić, Ivica Tucak, Andrija Komadina, Miro Jurić, Antonio Petković, Neven Spahija, Antonija Sandrić, Mate Maleš, Stipe Bralić, Franco Jelovčić, Nives Radić, Karmela Makelja, u bosta oħrajn.

Basketball

immodifika

Il-Kumpless Sportiv ta' Baldekin kien il-kumpless ewlieni ta' KK Šibenik, il-klabb famuż tal-basketball li lagħab il-finali tat-Tazza Korać tal-FIBA darbtejn, kif ukoll il-finali tal-kampjonat Jugoslav tal-1982–1983. It-tim kien immexxi minn Dražen Petrović li dak iż-żmien kellu 19-il sena.

Il-klabb tal-basketball tan-nisa, ŽKK Šibenik, huwa fost l-iżjed klabb tal-basketball tan-nisa ta' suċċess fil-Kroazja, u rebaħ il-kampjonat Jugoslav fl-1991, it-Tazza Jugoslava darbtejn, il-kampjonat Kroat erba' darbiet, it-Tazza Kroata erba' darbiet, il-kampjonat Adrijatiku ħames darbiet, u t-Tazza ta' Vojko Herksel erba' darbiet.

Il-klabb tal-basketball tal-irġiel, Jolly Jadranska banka, li issa ġie xolt, lagħab fis-semifinali tal-play-offs tal-kampjonat Kroat darbtejn, kif ukoll fil-finali tat-Tazza ta' Krešimir Ćosić fl-istaġun tal-2016–2017.

L-ikbar suċċess ta' GKK Šibenka, klabb li ġie stabbilit fl-2010 wara li ġie xolt il-klabb famuż ta' KK Šibenik, wasal fl-istaġun tal-kampjonat Kroat tal-2016–2017, meta l-klabb lagħab is-semifinali tal-play-offs kontra t-tim qawwi ta' Cibona Żagreb. GKK Šibenka tilfu kontra Cibona Żagreb fis-semifinali.

Il-grawnd ta' Šubićevac, li jinsab fil-kwartier bl-istess isem, ilu l-grawnd ewlieni tal-klabb tal-futbol HNK Šibenik, li kien lagħab għal bosta snin fit-Tieni Kampjonat Jugoslav, u iktar 'il quddiem għal bosta snin fl-Ewwel Kampjonat Kroat. Fl-istaġun tal-2009–2010, il-klabb lagħab fil-finali tat-Tazza Kroata, u tilef kontra t-tim qawwi Hajduk Split. Mill-2021, il-klabb reġa' qed jikkompeti fl-Ewwel Kampjonat Kroat.

Water polo

immodifika

Il-klabb tal-water polo, VK Šibenik, li issa ġie xolt, jitqies bħala wieħed mill-aqwa klabbs tal-water polo tal-irġiel fl-eks Jugoslavja, u wasal fit-tieni post fil-kampjonat domestiku tal-1986–1987. Il-klabb lagħab ukoll fil-finali tat-Tazza Ewropea LEN tal-istaġun tal-2006–2007, iżda tilfu kontra Sintez Kazan. Barra minn hekk, il-klabb lagħab fit-Tornew LEN tal-2008–2009, immexxi darbtejn minn Ivica Tucak, illum il-ġurnata l-kowċ ewlieni tat-tim nazzjonali Kroat tal-irġiel.

Il-plejers internazzjonali Kroati tal-water polo, Perica Bukić u Renato Vrbičić, huma rebbieħ ta' medalji tal-Logħob Olimpiku. Huma rebħu medalji tad-deheb fil-Logħob Olimpiku tas-Sajf tal-1996 f'Atlanta. Ivica Tucak kienet l-iżjed kowċ ta' suċċess tat-tim nazzjonali Kroat tal-irġiel.

Demografija

immodifika
Popolazzjoni storika ta' Šibenik
Sena Pop. ±%
1961 44,440 —    
1971 47,122 +6.0%
1981 51,445 +9.2%
1991 55,842 +8.5%
2001 51,553 −7.7%
2011 46,332 −10.1%
Sors: Naselja i stanovništvo Republike Hrvatske 1857–2001, DZS, Żagreb, 2005

Fiċ-ċensiment Kroat tal-2011, il-popolazzjoni totali tal-belt ta' Šibenik kienet tammonta għal 46,332 ruħ, u b'hekk hija l-għaxar l-ikbar belt fil-Kroazja, b'34,302 abitanti fl-insedjament urban.

Miċ-ċittadini ta' Šibenik, 94.02 % kienet Kroati etniċi.

Il-lista ta' insedjament hija kif ġej:

  • Boraja, popolazzjoni ta' 249 ruħ;
  • Brnjica, popolazzjoni ta' 72 ruħ;
  • Brodarica, popolazzjoni ta' 2,534 ruħ;
  • Čvrljevo, popolazzjoni ta' 64 ruħ;
  • Danilo, popolazzjoni ta' 376 ruħ;
  • Danilo Biranj, popolazzjoni ta' 442 ruħ;
  • Danilo Kraljice, popolazzjoni ta' 104 ruħ;
  • Donje Polje, popolazzjoni ta' 267 ruħ;
  • Dubrava kod Šibenika, popolazzjoni ta' 1,185 ruħ;
  • Goriš, popolazzjoni ta' 147 ruħ;
  • Gradina, popolazzjoni ta' 303 ruħ;
  • Grebaštica, popolazzjoni ta' 937 ruħ;
  • Jadrtovac, popolazzjoni ta' 171 ruħ;
  • Kaprije, popolazzjoni ta' 189 ruħ;
  • Konjevrate, popolazzjoni ta' 173 ruħ;
  • Krapanj, popolazzjoni ta' 170 ruħ;
  • Lepenica, popolazzjoni ta' 68 ruħ;
  • Lozovac, popolazzjoni ta' 368 ruħ;
  • Mravnica, popolazzjoni ta' 70 ruħ;
  • Perković, popolazzjoni ta' 111-il ruħ;
  • Podine, popolazzjoni ta' 26 ruħ;
  • Radonić, popolazzjoni ta' 79 ruħ;
  • Raslina, popolazzjoni ta' 567 ruħ;
  • Sitno Donje, popolazzjoni ta' 561 ruħ;
  • Slivno, popolazzjoni ta' 110 ruħ;
  • Šibenik, popolazzjoni ta' 34,302 ruħ;
  • Vrpolje, popolazzjoni ta' 776 ruħ;
  • Vrsno, popolazzjoni ta' 67 ruħ;
  • Zaton, popolazzjoni ta' 978 ruħ;
  • Zlarin, popolazzjoni ta' 284
  • Žaborić, popolazzjoni ta' 479 ruħ;
  • Žirje, popolazzjoni ta' 103 ruħ.

Ekonomija

immodifika

Šibenik għandha wieħed mill-iżjed portijiet protetti fil-kosta Adrijatika Kroata u l-port jinsab fl-estwarju tax-xmara Krka. Il-kanal tal-approċċ huwa navigabbli minn vapuri b'piż mejjet sa 50,000 tunnellata. Il-port innifsu huwa fond sa 40 metru.

Trasport

immodifika

Šibenik għandha stazzjon ferrovjarju li huwa venda tal-linja ferrovjarja lokali ta' bejn Perković u Šibenik, li hija fergħa tal-linja ferrovjarja M604 li tikkollega lil Żagreb u lil Split permezz ta' Knin. Is-servizzi ferrovjarji huma operati mil-Linji Ferrovjarji Kroati.

Il-venda tal-karozzi tal-linja ta' Šibenik hija kkollegat mal-linji ta' kuljum tal-karozzi tal-linja li joperaw lejn il-bliet tal-madwar bħal Vodice, Pirovac u Biograd na Moru. Hemm kollegamenti tajbin lejn il-bliet ewlenin fil-Kroazja kollha: Rijeka, Crikvenica, Żagreb, Osijek, Zadar, Split, Makarska u Dubrovnik.

Ġemellaġġi

immodifika

Šibenik hija ġemellata ma':

  • Civitanova Marche (mill-2002);
  • San Benedetto del Tronto;
  • Kreis Herford;
  • Voiron;
  • Vukovar (mill-2011);
  • Pineto (mill-2016);
  • Razlog (mill-2016);
  • Veszprém.

Gallerija

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Central Bureau of Statistics". web.dzs.hr. Miġbur 2024-04-18.
  2. ^ "DHMZ". klima.hr. Miġbur 2024-04-18.