Arċipelagu
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Arċipelagu huwa katina jew grupp ta' gżejjer. Il-kelma arċipelagu hija mnissla mill-Grieg ἄρχι- - arkhi- ("kap") u πέλαγος - pelagos ("baħar") permezz tat-terminu oriġinali Taljan arcipelago. Bit-Taljan, possibilment wara tradizzjoni ta' antikità, l-Arcipelago kien l-isem il-proprju għall-Baħar Eġew u, aktar tard, l-użu tal-kelma dar sabiex jirreferi għall-Gżejjer Eġej (peress li l-baħar huwa magħruf għal numru kbir ta' gżejjer). Illum il-ġurnata, din tirrerferi għal kull grupp ta' gżejjer jew, xi kultant, il-baħar li fiha numru kbir ta' gżejjer mifruxa bħall-Baħar Eġew. Eżempju ta' arċipelagu huma l-Gżejjer Maltin.