Moskea tat-Tatari

tip ta' moskea fir-Russja b'minaret fuq is-saqaf

Moskea tat-Tatari hija moskea b'minaret fuq il-bejt li hija tip komuni ta' moskea fost it-Tatari Musulmani u l-Baxkiri fit-Tatarstan u f'żoni oħra mal-Volga li huma popolati bit-Tatari. Okkażjonalment jinstabu f'reġjuni oħra tar-Russja. L-arkitettura reliġjuża moderna tat-Tatari ġiet żviluppata fl-aħħar tas-seklu 18 u kisbet il-popolarità fl-inħawi ta' Idel-Ural fis-seklu 19.

Moskea tat-Tatari f'Kazan.

L-iżjed eżempji bikrin tal-arkitettura Iżlamika tat-Tatari jinsabu f'Bolghar, għalkemm l-ebda wieħed ma għadu jintuża llum il-ġurnata. Dawn jirriflettu xebħ kbir mal-arkitettura Iżlamika tal-Asja Ċentrali minn fejn oriġinaw dawn id-disinni. Madankollu, huwa maħsub li d-disinn tal-moskej rurali, għad-differenza tal-moskej tal-bliet kapitali b'disinn bħal tal-Asja Ċentrali, evolva mill-kapaċità tagħhom li jifilħu għall-klima qalila lokali. Bosta moskej, kemm tal-ġebel kif ukoll tal-injam, inbnew skont dan l-istil. L-eqdem fost il-moskej moderni tat-Tatari li għadha attiva hija l-Moskea ta' Märcani fil-belt kapitali Tatara ta' Kazan. Il-moskea tmur lura għal żmien ir-renju ta' Katerina l-Kbira, u l-minaret tal-moskea tinsab fin-nofs ta' saqaf forfċi. Huwa maħsub li dan id-disinn ġie adottat mill-moskej Tatari rurali tradizzjonali. Il-Moskea ta' Märcani hija eżempju ta' arkitettura reliġjuża moderna tat-Tatari peress li l-biċċa l-kbira tal-moskej inqerdu minħabba l-editt tal-Kristjanizzazzjoni tal-1742.

Unifikazzjoni

immodifika

L-editt dwar l-unifikazzjoni tal-binjiet tal-knisja tal-1817 twessa' għall-moskej fl-1831, meta l-proġett eżemplari ġie żviluppat u ċċirkolat fl-uffiċċji arkitettoniċi tal-governorat ta' Kazan, Nizhny Novgorod, Perm u Simbirsk. Il-moskej tat-Tatari, bħal dawk ta' Märcani u ta' Apanay inbnew bi stil Barokk. İske Taş u l-Moskea r-Roża nbnew bl-istil tal-klassiċiżmu.[1]

Fost l-arkitetti li kkontribwew għall-bini tal-moskej fis-seklu 19, l-iżjed notevoli kienu Pyatnitsky, Korinfsky, Schmidt, Peske, Romanov, Yermolayev, Pavlov, Parensov, Petondi, Tekhomirov, kif ukoll l-arkitetti mhux professjonali Mansurov, Foshderebryuggen u Jakobson.

Fl-1844 ġie introdott proġett ieħor ta' moskea eżemplari, li ntuża l-iktar għall-moskej urbani. Il-minaret tqiegħed fil-parti tat-Tramuntana tal-binja, taħt il-bieb. Madankollu, il-moskej bil-minareti fuq is-saqaf għadhom jinbnew sal-lum il-ġurnata.

Gallerija

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Мечети Татарстана : Республика Татарстан". web.archive.org. 2006-09-25. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-09-25. Miġbur 2024-04-19.