Afag Bashirgyzy

attriċi mill-Ażerbajġan

Afag Bashirgyzy (bl-Ażerbajġani: Afaq Bəşirqızı), imwielda Afag Bashir gyzy oghlu Safarova (twieldet fl-1955, f'Baku; bl-Ażerbajġani: Afaq Bəşir qızı Səfərova), hija attriċi mill-Ażerbajġan.

Afag Bashirgyzy
Ħajja
Isem propju Afaq Bəşir qızı Səfərova
Twelid Baku, 15 Awwissu 1955 (69 sena)
Nazzjonalità Unjoni Sovjetika
Ażerbajġan
Familja
Missier Bashir Safaroglu
Edukazzjoni
Alma mater Azerbaijan State University of Culture and Arts (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni attur
attur ċinematografiku
Premjijiet

Ħajja u karriera

immodifika

Afag Bashirgyzy twieldet fl-1955 fil-familja tal-kummidjant rinomat mill-Ażerbajġan, Bashir Safaroglu. Fl-1974-1979 hija studjat fil-fakultà tal-edukazzjoni kulturali tal-Università Statali tal-Kultura u tal-Arti tal-Ażerbajġan. Hija bdiet il-karriera ta' attriċi tagħha fl-1973 fit-Teatru Statali ta' Lenkoran, u f'qasir żmien kisbet reputazzjoni ta' attriċi ta' talent. Fl-1975 marret taħdem f'Sumgait fit-Teatru ta' Sumgait. Hija kienet il-protagonista l-iktar fil-kummiedji. Afaq Bashirgyzy ġiet elenkata bħala waħda mill-aqwa attriċi tal-kummiedji tal-Ażerbajġan. Waħda mill-aqwa prestazzjonijiet tagħha kienet fir-rwol ta' Söylü, il-mara ta' poeta li ma tantx kellu suċċess u l-omm tqila ta' sitt itfal, fil-film The Engagement Ring (Iċ-Ċurkett tal-Għerusija).[1]

Fl-1989 hija bdiet taħdem fit-Teatru tal-Ażerbajġan u ħadmet fir-rwoli prinċipali f'Subaylarınızdan görəsiniz (Nofs għażeb), O olmasın, bu olsun (Jekk Mhux Dik, Mela Din), Bankir adaxlı (Għarus Bankier), Məhəbbət oyunu (Il-Logħba tal-Imħabba), İtgin gəlin (L-Għarusa Mitlufa), Məsmə xala dayımdır (Iz-Zija Mesme hija Zijuwi), eċċ. Hija dehret ukoll fil-films tal-Ażerbajġan Bəxt üzüyü (Iċ-Ċurkett tal-Għerusija), Yaşıl eynəkli Adam (Ir-Raġel bin-Nuċċali Aħdar), Nekroloq (In-Nekrologu).

Attwalment, Bashirgyzy tgħallem ir-reċtar fl-Università Statali tal-Kultura u tal-Art tal-Ażerbajġan. Fl-2009 hija fetħet it-Teatru Bashir Safaroglu f'Moska, ir-Russja, li ngħata isem missierha wara mewtu.

Afag Bashirgyzy hija miżżewġa u għandha tifel wieħed.[2]

Premjijiet

immodifika
  • Attriċi bil-Merti, 1989;
  • Artista tal-Poplu, 1993;[3]
  • Qızıl Dərviş (Dervish tad-Deheb), 1993, 2003;
  • Premju Presidenzjali, 2010;
  • L-Aqwa Fost l-Aqwa, 2011;[4]
  • Medalja ta' Vagif Samadoghlu, 2020.[5]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Afaq Bəşirqızı". Qadin.Net ~ İlk milli qadın portalı. Miġbur 2024-04-11.
  2. ^ "www.quba-information.az". web.archive.org. 2011-08-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-16. Miġbur 2024-04-11.
  3. ^ "bakutoday.az - xəbərSİZ olmayın ! -Bu gün Afaq Bəşirqızının doğum günüdür". web.archive.org. 2019-03-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-03-30. Miġbur 2024-04-11.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "Afaq Bəşirqızı "Yaxşıların yaxşısı" seçildi". web.archive.org. 2011-11-20. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-11-20. Miġbur 2024-04-11.
  5. ^ "В Баку прошла церемония награждения медалью имени Вагифа Самедоглу (ФОТО) ▸ Последние новости". imag.one (bir-Russu). 2021-06-12. Miġbur 2024-04-11.