Maria Grollmuß

għalliema u lingwista Ġermaniża (1896-1944)

Maria Karoline Elisabeth Grollmuß (bis-Sorbjan: Marja Grólmusec; twieldet fl-24 ta' April 1896 f'Leipzig – mietet fis-6 ta' Awwissu 1944 f'Ravensbrück) kienet pubbliċista Sorba Kattolika u membru tar-reżistenza Soċjalista kontra l-gvern Nażist.

Maria Grollmuß
Ħajja
Twelid Leipzig, 24 April 1896
Nazzjonalità Imperu Ġermaniż
Repubblika ta' Weimar
Reich Ġermaniż
Residenza Berlin
Radibor (en) Translate
Mewt kamp ta' konċentrament ta' Ravensbrück, 6 Awwissu 1944
Familja
Missier Q18889040
Edukazzjoni
Livell tal-edukazzjoni dottorat
Lingwi Lusazjan superiuri
Ġermaniż
Sorbjan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni għalliem
pubbliċista
ġurnalist
politiku
ġellied tar-reżistenza
Post tax-xogħol Lusazja
Sħubija Maćica Serbska (en) Translate

Bijografija

immodifika

Maria Grollmuß twieldet fl-24 ta' April 1896, bint il-prinċipal u l-lingwist Dr. Johannes Grollmuß (bis-Sorbjan: Jan Grólmus) f'Leipzig. Wara li temmet l-edukazzjoni tagħha fil-Gaudigsches Lehrerinnenseminar f'Leipzig fl-1917,[1] hija ħadmet għal żmien qasir bħala għalliema fi skola primarja fil-Bürgerschule Leipzig-Reudnitz qabel ma studjat il-lingwistika u l-istorja f'Berlin u f'Leipzig. Hija ggradwat fl-1928, u kisbet dottorat għat-teżi tagħha Joseph Görres und die Demokratie ('Joesph Görres u d-Demokrazija'). Hi u tistudja, għall-ewwel kienet membru tal-Windhorstbund,[2] u mbagħad saret membru tal-Unjoni tal-Istudenti Soċjalisti (Sozialistischer Studentenbund).

Maria Grollmuß kienet tassew interessata fil-ġurnaliżmu politiku. Għaldaqstant, hija kitbet diversi artikli għar-Rhein-Mainische Volkszeitung, gazzetta qrib ix-Xellug taz-Zentrumspartei, u għar-rivista tal-moviment taż-żgħażagħ Kattoliċi "Quickborn" imsejjaħ Die Schildgenossen, li ssawwar minn Romano Guardini.

Filwaqt li bidlet il-partiti diversi drabi, l-enfasi politika tagħha dejjem kienet il-politika soċjali u Xellugija. Hija bdiet bħala membru tal-SPD fl-1927 u telqet mill-partit biex tingħaqad mal-KPD fl-1929. Hija ġiet eskluża mill-KPD minħabba l-oppożizzjoni tagħha fir-rigward li jiġu ffurmati trade unions Komunisti separati, u b'hekk ingħaqdet mal-Partit Komunista fl-oppożizzjoni, u kienet tagħmel parti mill-minoranza fi ħdanu flimkien ma' Paul Frölich u Jacob Walcher. Dawn telqu mill-partit fl-1932 biex jingħaqdu mas-Sozialistischen Arbeiterpartei Deutschlands (SAPD).[3]

Wara li l-NSDAP ħadu r-riedni f'idejhom, hija kompliet l-attività politika tagħha illegalment. B'kooperazzjoni mill-qrib mal-Arbeitskreis Revolutionärer Sozialisten, hija appoġġat lill-priġunieri politiċi, ittrasportat letteratura illegali u għenet lil sħabha politiċi fil-periklu biex jaħarbu lejn iċ-Ċekoslovakkja. Hija operat mill-villaġġ ta' Radibor fil-Lusazja ta' Fuq, il-post fejn twieled missierha. Hija żammet kuntatt ma' gruppu tar-reżistenza tal-SPD, tal-KPD u tal-SAPD, kif ukoll mas-Soċjalist Awstrijakk Otto Bauer.

 
Il-qabar ta' Grollmuß fiċ-Ċimiterju ta' Radibor.

Hija ġiet irrapportata lill-awtoritajiet Ġermaniżi u fis-7 ta' Novembru 1934, hija ġiet arrestata flimkien ma' Hermann Reinmuth.[4] Għall-ewwel, hija ntefgħet il-ħabs fi Dresden. Ingħatat sentenza ta' sitt snin ħabs mill-Volksgerichtshof fit-23 ta' Novembru 1935 (Reinmuth ingħata seba' snin) u ntbagħtet fil-ħabs ta' Waldheim. Fiż-żmien li kienet il-ħabs, hija fittxet il-kenn fl-ispiritwalità Kattolika. Il-gvern Nażist offrielha l-libertà u terapija tal-kanċer li kieku qablet li tkun spjun tiegħu fil-moviment tar-reżistenza tas-Sorbi iżda rrifjutat. Għalhekk, hija ntbagħtet lejn il-kamp ta' konċentrament ta' Ravensbrück. F'Ravensbrück, hija ppruvat tappoġġa lill-ħabsin Pollakki u Ċekoslovakki bil-ħiliet lingwistiċi tagħha. Hija mietet fis-6 ta' Awwissu 1944, minħabba intervent kirurġiku biex jitneħħielha tumur li sarilha f'ċirkostanzi dubbjużi. L-urna bl-irmied tagħha ndifnet fiċ-Ċimiterju ta' Radibor.[5]

 
Statwa ta' Grollmuß quddiem skola ddedikata lilha f'Radibor.

Hija ġiet onorata mill-GDR talli kienet ġellieda tar-reżistenza u anti-Faxxista Sorba. Toroq f'Bautzen, f'Hoyerswerda, f'Leipzig u f'xi rħula tal-Lusazja ssemmew għaliha biex tiġi mfakkra. Fi Schleife u f'Radibor, issemmew xi skejjel għaliha. F'Radibor hemm ukoll statwa tagħha.[6][7]

 
Plakka kommemorattiva ddedikata lilha f'Bautzen.

Xogħlijiet

immodifika
  • Die Frau und die junge Demokratie. Ein Bericht über Frau, Politik und Demokratie. Frankfurt am Main. 1925.
  • "Über die weibliche Form der Politik". Die Schildgenossen (1). 1926.
  • "Was ist die linke Sozialdemokratie?". Gegen den Strom (4). 1931.
  • Josef Görres und die Demokratie: Aufstieg und Höhepunkt - von den Anfängen bis zum Jahre 1819 (teżi tad-dottorat) (bil-Ġermaniż). Leipzig: Universität Leipzig. 1927.

Iktar qari

immodifika
  • Maria Kubasch: Maria Grollmuss. Für eine Zukunft echter Gemeinschaft (= Christ in der Welt, Heft 26). Union-Verlag, Berlin 1970.
  • Prégardier, Elisabeth; Mohr, Anne (2000). Briefe nach Radibor: Maria Grollmuß (1896–1944). Aus dem Zuchthaus Waldheim und dem Konzentrationslager.
  • Gerd Schäfer: Dr. Maria Grollmuß (1896–1944) – Eine fast vergessene Grenzgängerin. In: JahrBuch für Forschungen zur Geschichte der Arbeiterbewegung, Jg. 2012, Heft III.
  • Sack, Birgit (2023). Maria Grollmuß 1896–1944 : Biografische Annäherung und Erinnerungsnarrative. Göttingen: Wallstein. ISBN 978-3-8353-5372-5.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Gedan, Paul, ed. (1924). Das städtische Lehrerinnenseminar zu Leipzig. Gedenkschrift zur Feier des 25jährigen Bestehens (bil-Ġermaniż). Leipzig. p. 62.
  2. ^ Grólmusec, Marja (2000). Prégardier, Elisabeth; Mohr, Anne (eds.). Briefe nach Radibor : Maria Grollmuß, 1896-1944 : aus dem Zuchthaus Waldheim und dem Konzentrationslager Ravensbrück von 1938-1944 (bil-Ġermaniż). Annweiler: Plöger. p. 172. ISBN 3-924574-69-3.
  3. ^ Grólmusec, Marja (2000). Prégardier, Elisabeth; Mohr, Anne (eds.). Briefe nach Radibor : Maria Grollmuß, 1896-1944 : aus dem Zuchthaus Waldheim und dem Konzentrationslager Ravensbrück von 1938-1944 (bil-Ġermaniż). Annweiler: Plöger. p. 173. ISBN 3-924574-69-3.
  4. ^ Steinbach, Peter; Tuchel, Johannes; Adam, Ursula, eds. (1998). Lexikon des Widerstandes : 1933-1945 (bil-Ġermaniż) (2nd ed.). Munich: C. H. Beck. pp. 74 et seq. ISBN 3-406-43861-X.
  5. ^ Grólmusec, Marja (2000). Prégardier, Elisabeth; Mohr, Anne (eds.). Briefe nach Radibor : Maria Grollmuß, 1896-1944 : aus dem Zuchthaus Waldheim und dem Konzentrationslager Ravensbrück von 1938-1944 (bil-Ġermaniż). Annweiler: Plöger. p. 174. ISBN 3-924574-69-3.
  6. ^ "ZEIT ONLINE | Lesen Sie zeit.de mit Werbung oder im PUR-Abo. Sie haben die Wahl". web.archive.org. 2023-03-11. Arkivjat mill-oriġinal fl-2023-03-11. Miġbur 2024-06-12.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ "Infotafel erinnert an eine Unbequeme". www.saechsische.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2024-06-12.