Lista ta' missjonijiet diplomatiċi tas-Santa Sede
Din hi lista ta' Missjonijiet Diplomatiċi tas-Santa Sede. Sa mill-ħames seklu, sekli qabel it-twaqqif tal-istat tal-Vatikanfl-1929, mibgħuta tal-Papa (illum magħrufa bħala Nunzji Appostoliċi) irrapreżentaw is-Santa Sede f’pajjżi barranin. Barra minn hekk, delegati tal-Papa, magħrufa bħala Delegati Appostoliċi jassiguraw kuntatt kontinwu bejn is-Santa Sede u l-Knisja Kattolika f’pajjiżi li ma stabilixxewx relazzjonijiet diplomatiċi mas-Santa Sede. Preżentament, hemm Delegazzjoni Appostolika residenzjali waħda, għall-Ġerusalemm u l-Palestina, kif ukoll sebgħa non-residenzjali (Botswana, Brunej, Burma, Laos, Malasja, Mawritanja, u s-Somalja), u fi tlett reġjuni mingħajr kuntatt diplomatiku (il-Peniżola Għarbija, il-Karibew, u l-Oċean Paċifiku). Il-Vjetnam, għalkemm għadu mniżżel fl-Annuario Pontificio bħala li għandu Delegazzjoni Appostolika, ilu b’dan il-post vakanti għal bosta snin. Iċ-Ċina jipprojbixxi kemm in-Nunzjatura, kif ukoll id-Delegazzjoni Appostolika, iżda s-Santa Sede hi rrapreżentat f’Tajpej, minn Nunzjatura Appostolika, li iżda hi mmexxija minn chargé d’affaires. Bosta pajjiżi li qabel kellhom Delegazzjoni Appostolika, fosthom l-iStati Uniti, illum għandhom nunzju.
Barra mill-pajjiżi li għandhom Delegazzjoni Appostolika, l-Afganistan, il-Butan, Ir-Repubblika taċ-Ċina, il-Koreja ta’ Fuq, l-Oman, l-Arabja Sawdita, u t-Tuvalu m’għandhom l-ebda forma ta’ relazzjonijiet diplomatiċi mas-Santa Sede.[1]
Is-Santa Sede, flimkien mal-maġġoranza tal-pajjiżi, iqisu l-kariga ta’ Nunzju Appostoliku l-istess bħal dik ta’ ambaxxatur, bil-bini tan-Nunzjatura Appostolika titqies ambaxxata. Barra minn hekk, f’bosta pajjiżi fl-Ewropa, u l-Amerika ta’ fuq u dik ċentrali, in-nunzju hu mogħti preċedenza fuq l-ambaxxaturi l-oħra, u jippresiedi l-korp diplomatiku mill-mument li jippreżenta l-kredenzjali tiegħu. Is-Santa Sede, li ma toħroġx visas, m’għandiex konsli għall-pajjiżi. F’ċerti pajjiżi, fejn hu permess mis-Santa Sede, u f’każijiet rari ferm, il-bini tan-Nunzjatura jinsab barra l-belt kapitali, u fi bliet li għandhom importanza reliġjuża kbira għan-nazzjon. Eżempji jinkludu r-Rabat f’Malta, fejn tinsab il-Grotta ta’ San Pawl, u Harissa fil-Libanu, fejn jinsabu wkoll l-awtoritajiet Maroniti, Griegi Ortodossi, u tal-Knisja Griega Kattolika Melkita. F’ċerti pajjiżi oħra, iżda, dan mhuwiex permess, kif ġara fl-Indja u fl-Awstralja, fejn in-Nunzjaturi Appostoliċi kellhom jiġu mmexxija għall-ibliet kapitali rispettivi.
Imniżżla taħt huma n-Nunzjaturi Appostoliċi, id-Delegazzjonijiet Apostoliċi, kif ukoll rapreżentanzi oħra għal organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Ġnus Magħquda, il-Kunsill tal-Ewropa, u Leg Għarbi, kif inhuma mniżżla fl-Annuario Pontificio.[2]
Ewropa
immodifika- Albanija
- Tirana (Nunzjatura Appostolika)
- Awstrija
- Vjenna (Nunzjatura Appostolika)
- Belarus
- Minsk (Nunzjatura Appostolika)
- Belġju
- Brussell (Nunzjatura Appostolika)
- Bosnja u Ħerzegovina
- Sarajevo (Nunzjatura Appostolika)
- Bulgarija
- Sofija (Nunzjatura Appostolika)
- Ċipru
- Nikosija (Nunzjatura Appostolika)
- Franza
- Pariġi (Nunzjatura Appostolika)
- Strażburgu (Uffiċċju)
- Ġeorġja
- Tbilisi (Nunzjatura Appostolika)
- Ġermanja
- Berlin (Nunzjatura Appostolika)
- Greċja
- Ateni (Nunzjatura Appostolika)
- Irlanda
- Dublin (Nunzjatura Appostolika)
- Italja
- Ruma (Nunzjatura Appostolika)
- Kroazja
- Żagreb (Nunzjatura Appostolika)
- Litwanja
- Vilnius (Nunzjatura Appostolika)
- Malta
- Rabat (Nunzjatura Appostolika)
- Il-Pajjiżi l-Baxxi
- Il-Ħag (Nunzjatura Appostolika)
- Polonja
- Varsavja (Nunzjatura Appostolika)
- Portugall
- Lisbona (Nunzjatura Appostolika)
- Rumanija
- Bukarest (Nunzjatura Appostolika)
- Renju Unit
- Londra (Nunzjatura Appostolika)
- Repubblika Ċeka
- Praga (Nunzjatura Appostolika)
- Russja
- Moska (Nunzjatura Appostolika)
- San Marino
- San Marino (Nunzjatura Appostolika)
- Serbja
- Belgrad (Nunzjatura Appostolika)
- Slovakkja
- Bratislava (Nunzjatura Appostolika)
- Slovenja
- Ljubljana (Nunzjatura Appostolika)
- Spanja
- Madrid (Nunzjatura Appostolika)
- Ukrajna
- Kjiv (Nunzjatura Appostolika)
- Ungerija
- Budapest (Nunzjatura Appostolika)
- Użbekistan
- Taxkent (Nunzjatura Appostolika)
- Żvezja
- Stokkolma (Nunzjatura Appostolika)
- Żvizzera
- Bern (Nunzjatura Appostolika)
Amerika ta’ Fuq
immodifika- El Salvador
- San Salvador (Nunzjatura Appostolika)
- Gwatemala
- Gwatemala City (Nunzjatura Appostolika)
- Ħaiti
- Port au Prince (Nunzjatura Appostolika)
- Ħonduras
- Tegucigalpa (Nunzjatura Appostolika)
- Kanada
- Ottawa (Nunzjatura Appostolika)
- Kosta Rika
- San José (Nunzjatura Appostolika)
- Kuba
- Havana (Nunzjatura Appostolika)
- Messiku
- Mexico City (Nunzjatura Appostolika)
- Nikaragwa
- Managua (Nunzjatura Appostolika)
- Panama
- Panama City (Nunzjatura Appostolika)
- Repubblika Dominikana
- Santo Domingo (Nunzjatura Appostolika)
- Stati Uniti
- Washington DC (Nunzjatura Appostolika)
- Trinidad u Tobago
- Port of Spain (Nunzjatura Appostolika)
Amerika ta’ Isfel
immodifika- Arġentina
- Buenos Aires (Nunzjatura Appostolika)
- Bolivja
- La Paz (Nunzjatura Appostolika)
- Brażil
- Brasília (Nunzjatura Appostolika)
- Ċili
- Santiago (Nunzjatura Appostolika)
- Ekwador
- Quito (Nunzjatura Appostolika)
- Kolombja
- Bogotá (Nunzjatura Appostolika)
- Paragwaj
- Asunción (Nunzjatura Appostolika)
- Peru
- Lima (Nunzjatura Appostolika)
- Urugwaj
- Montevideo (Nunzjatura Appostolika)
- Veneżwela
- Caracas (Nunzjatura Appostolika)
Afrika
immodifika- Afrika t'Isfel
- Pretoria (Nunzjatura Appostolika)
- Alġerija
- Alġirs (Nunzjatura Appostolika)
- Angola
- Luanda (Nunzjatura Appostolika)
- Benin
- Cotonou (Nunzjatura Appostolika)
- Burundi
- Bujumbura (Nunzjatura Appostolika)
- Ċad
- N’Djamena (Nunzjatura Appostolika)
- Eġittu
- Kajr (Nunzjatura Appostolika)
- Etjopja
- Addis Ababa (Nunzjatura Appostolika)
- Gabon
- Libreville (Nunzjatura Appostolika)
- Gana
- Accra (Nunzjatura Appostolika)
- Gwinea
- Conakry (Nunzjatura Appostolika)
- Kamerun
- Yaounde (Nunzjatura Appostolika)
- Kenja
- Nairobi (Nunzjatura Appostolika)
- Kosta tal-Avorju
- Abidjan (Nunzjatura Appostolika)
- Madagaskar
- Antananarivo (Nunzjatura Appostolika)
- Marokk
- Rabat (Nunzjatura Appostolika)
- Możambikk
- Maputo (Nunzjatura Appostolika)
- Niġerja
- Abuja (Nunzjatura Appostolika)
- Repubblika tal-Kongo
- Kinshasa (Nunzjatura Appostolika)
- Repubblika Ċentrali Afrikana
- Bangui (Nunzjatura Appostolika)
- Rwanda
- Kigali (Nunzjatura Appostolika)
- Sudan
- Khartoum (Nunzjatura Appostolika)
- Tanżanija
- Dar Es Salaam (Nunzjatura Appostolika)
- Uganda
- Kampala (Nunzjatura Appostolika)
- Żambja
- Żambja (Nunzjatura Appostolika)
- Żimbabwe
- Harare (Nunzjatura Appostolika)
Lvant Nofsani
immodifika- Ġordan
- Amman (Nunzjatura Appostolika)
- Iran
- Tehran (Nunzjatura Appostolika)
- Iraq
- Baghdad (Nunzjatura Appostolika)
- Iżrael
- Tel Aviv (Nunzjatura Appostolika)
- Kuwajt
- Kuwait City (Nunzjatura Appostolika)
- Libanu
- Harissa (Nunzjatura Appostolika)
- Palestina
- Ġerusalemm (Nunzjatura Appostolika)
- Sirja
- Damasku (Nunzjatura Appostolika)
- Turkija
- Ankara (Nunzjatura Appostolika)
Asja
immodifika- Bangladexx
- Dhaka (Nunzjatura Appostolika)
- Ċina (Tajwan)
- Taipei (Nunzjatura Appostolika)
- Filippini
- Manila (Nunzjatura Appostolika)
- Ġappun
- Tokyo (Nunzjatura Appostolika)
- Indja
- New Delhi (Nunzjatura Appostolika)
- Każakistan
- Astana (Nunzjatura Appostolika)
- Kirġiżistan
- Bishkek (Nunzjatura Appostolika)
- Korea t'Isfel
- Seoul (Nunzjatura Appostolika)
- Pakistan
- Islamabad (Nunzjatura Appostolika)
- Singapor
- Singapor (Nunzjatura Appostolika)
- Sri Lanka
- Colombo (Nunzjatura Appostolika)
Oċeanja
immodifika- Awstralja
- Canberra (Nunzjatura Appostolika)
- New Zealand
- Wellington (Nunzjatura Appostolika)
- Papwa Gwinea l-Ġdida
- Port Moresby (Nunzjatura Appostolika)
Organizzazzjonijiet Multilaterali
immodifikaReferenzi
immodifika- ^ "Mission Impossible: Eject the Holy See from the United Nations". chiesa.espresso.repubblica.it. Miġbur 2023-02-10.
- ^ Paġni 1343-1372 tal-edizzjoni tal-2007(ISBN 978-88-209-7908-9)