Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (UEFA)
Iż-Żona Ewropea tal-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 rat 53 tim jikkompetu għal tlettax-il post. Il-proċess ta' kwalifikazzjoni beda fl-20 ta' Awwissu 2008, wara l-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008, u spiċċaw fit-18 ta' Novembru 2009. Il-kwalifiki mmarkaw ukoll id-debutt tal-Montenegro f'kompetizzjoni internazzjonalli.
Format
immodifikaIt-timijiet ġew imtellgħin fi tmien gruppi ta' sitt timijiet kull wieħed u grupp wieħed ta' ħamsa. L-għaxar timijiet nazzjonali rebbieħa tal-gruppi rispettivi tagħhom ikkwalifikaw direttament, waqt li l-aqwa tmien timijiet li spiċċaw fit-tieni post fil-grupp tagħhom lagħbu partita bbażata fuq żewġ legs (ġewwa u barra minn darhom) għall-erba' postijiet li jkun għad fadal. Biex jiġi determinat il-pożizzjoni tat-timijiet fit-tieni post, ir-riżultati kontra timijiet li spiċċaw l-aħħar fil-gruppi ta' sitt ma' jingħaddux għall-konsistenza bejn gruppi ta' ħamsa u ta' sitt timijiet.
Tlugħ tal-poloz
immodifikaWara li għall-bidu kien ġie propost li tintuża' sistema simili għall-kwalifikazzjoni riċenti tat-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonati Ewropej (ibbażata fuq riżultati mill-aħħar żewġ fażijiet ta' kwalifikazzjoni Ewropej), il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA iddeċieda fis-27 ta' Settembru 2007 wara laqgħa f'Istanbul li l-pożizzjonijiet tat-timijiet fl-urni se jkun ibbażat skont il-klassifika mondjali tal-FIFA, bl-approvazzjoni mar-regolamenti tat-Tazza tad-Dinja.
Il-perjodu li ġie wżat mill-klassifika kien l-iktar riċenti fi żmien tat-tlugħ tal-poloz għall-preliminarji, speċifikament l-verżjoni ta' Novembru 2007. Għall-bidu kienet skedata li se toħroġ fil-21 ta' Novembru, imma d-data tal-pubblikazzjoni ġiet immexxiha għat-23 ta' Novembru biex tinkludi l-aħħar partiti tal-kwalifikazzjoni għall-Euro 2008.
Fażi tal-gruppi
immodifikaGrupp 1
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (UEFA) - Grupp 1.
|
|
Grupp 2
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (UEFA) - Grupp 2.
|
Grupp 3
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (UEFA) - Grupp 3.
|
Grupp 4
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (UEFA) - Grupp 4.
|
Grupp 5
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (UEFA) - Grupp 5.
|
Grupp 6
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (UEFA) - Grupp 6.
|
Grupp 7
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (UEFA) - Grupp 7.
|
Noti fuq is-sitwazzjoni ta' spareġġ fil-pożizzjonijiet tat-timijiet:
- Il-Litwanja u r-Rumanija huma pożizzjonati skont id-differenza tal-gowls rispettiva.
Grupp 8
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (UEFA) - Grupp 8.
|
Noti fuq is-sitwazzjoni ta' spareġġ fil-pożizzjonijiet tat-timijiet:
- Ċipru u Montenegro huma pożizzjonati skont id-differenza tal-gowls rispettiva.
Grupp 9
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (UEFA) - Grupp 9.
|
|
Noti fuq is-sitwazzjoni ta' spareġġ fil-pożizzjonijiet tat-timijiet:
- In-Norveġja u l-Iskozja huma pożizzjonati skont id-differenza tal-gowls rispettiva.
Spareġġi
immodifikaKlassifika tat-timijiet fit-tieni post
immodifikaLeġġenda |
---|
Pajjiżi li avvanzaw għall-partiti ta' spareġġ (play-offs) |
Grp | Tim
|
L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
4 | Russja | 8 | 5 | 1 | 2 | 15 | 6 | +9 | 16 |
2 | Greċja | 8 | 5 | 1 | 2 | 16 | 9 | +7 | 16 |
6 | Ukrajna | 8 | 4 | 3 | 1 | 10 | 6 | +4 | 15 |
7 | Franza | 8 | 4 | 3 | 1 | 12 | 9 | +3 | 15 |
3 | Slovenja | 8 | 4 | 2 | 2 | 10 | 4 | +6 | 14 |
5 | Bosnja-Ħerzegovina | 8 | 4 | 1 | 3 | 19 | 12 | +7 | 13 |
1 | Portugall | 8 | 3 | 4 | 1 | 9 | 5 | +4 | 13 |
8 | Irlanda | 8 | 2 | 6 | 0 | 8 | 6 | +2 | 12 |
9 | Norveġja | 8 | 2 | 4 | 2 | 9 | 7 | +2 | 10 |
Regoli għall-pożizzjoni tat-timijiet[1]
- Total ta' punti
- Differenza tal-gowls
- Numru ta' gowls skorjati
- Numru ta' gowls skorjati barra minn darhom
- Rekord dixxiplinarju (karta safra, -1 punt; żewġ karti sofor fl-istess partita, -3 punti; karta ħamra, -3 punti; karta safra segwita minn karta ħamra diretta fl-istess partita, -4 punti)
- Tlugħ tax-xorti
Tlugħ tal-poloz
immodifikaIt-tieni rawnd ta' kwalifika tal-UEFA kien bejn l-aqwa tmien timijiet li kklassifikaw fit-tieni post mid-disa' gruppi tal-ewwel rawnd. Ir-rebbieħa ta' kull konfront jingħaqdu mar-rebbieħa tal-gruppi fil-finali tat-Tazza tad-Dinja ġewwa l-Afrika t'Isfel.
It-tmien timijiet ġew maqsuma skont il-klassifika mondjali tal-FIFA li ħarġet fis-16 ta' Ottubru (murija fil-parenteżi fit-tabella t'hawn taħt). It-tlugħ tal-poloz saru f'Żurigu fid-19 ta' Ottubru, bl-aqwa erba' timijiet jitpoġġew fl-ewwel urna, u l-kumplament fit-tieni waħda.[2]
Urna 1 | Urna 2 |
---|---|
Ukrajna (22) |
Partiti
immodifikaL-ewwel spareġġ
immodifika14 ta' Novembru 2009 20:00 UTC |
Irlanda | 0 – 1 | Franza | Croke Park, Dublin Attendenza: 74,103 Referi: Felix Brych |
---|---|---|---|---|
Rapport | 72' Anelka |
18 ta' Novembru 2009 21:00 UTC+1 |
Franza | 1 – 1 | Irlanda | Stade de France, Saint-Denis Attendenza: 79,145 Referi: Martin Hansson |
---|---|---|---|---|
Gallas 103' | Rapport | 33' Keane |
- Franza ikkwalifikat għall-fażi finali b'riżultat aggregat ta' 2–1.
- Il-gowl deċisiv ta' Gallas fil-103' ġie skurjat grazzi għal kontroll bl-idejn doppju min-naħa ta' Henry li ma ġiex imsaffar. L-istess Henry, ammetta li żamm il-ballun b'idejh. Il-federazzjoni Irlandiża għamlet rikjesta lill-FIFA sabiex tirrepeti l-konfront, però, din ġiet miċħuda.
It-tieni spareġġ
immodifika14 ta' Novembru 2009 20:30 UTC |
Portugall | 1 – 0 | Bosnja-Ħerzegovina | Estádio da Luz, Liżbona Attendenza: 60,588 Referi: Martin Atkinson |
---|---|---|---|---|
Alves 31' | Rapport |
18 ta' Novembru 2009 20:45 UTC+1 |
Bosnja-Ħerzegovina | 0 – 1 | Portugall | Bilino Polje, Zenica Attendenza: 15,000 Referi: Roberto Rosetti |
---|---|---|---|---|
Rapport | 56' Meireles |
- Il- Portugall ikkwalifika għall-fażi finali b'riżultat aggregat ta' 2–0.
It-tielet spareġġ
immodifika14 ta' Novembru 2009 20:00 UTC+2 |
Greċja | 0 – 0 | Ukrajna | Stadju Olimpiku, Ateni Attendenza: 39,045 Referi: Laurent Duhamel |
---|---|---|---|---|
Rapport |
18 ta' Novembru 2009 20:00 UTC+2 |
Ukrajna | 0 – 1 | Greċja | Donbass Arena, Donetsk Attendenza: 31,643 Referi: Olegário Benquerença |
---|---|---|---|---|
Rapport | 31' Salpigidis |
- Il- Greċja ikkwalifikat għall-fażi finali b'riżultat aggregat ta' 1–0.
Ir-raba' spareġġ
immodifika14 ta' Novembru 2009 19:00 UTC+3 |
Russja | 2 – 1 | Slovenja | Stadju Luzhniki, Moska Attendenza: 71,600 Referi: Claus Bo Larsen |
---|---|---|---|---|
Bilyaletdinov 40', 52' | Rapport | 88' Pečnik |
18 ta' Novembru 2009 20:45 UTC+1 |
Slovenja | 1 – 0 | Russja | Stadion Ljudski vrt, Maribor Attendenza: 12,510 Referi: Terje Hauge |
---|---|---|---|---|
Dedič 44' | Rapport |
- Is- Slovenja ikkwalifikat għall-fażi finali b'riżultat aggregat ta' 2–2, grazzi għar-regola tal-gowls barra mid-dar.
L-aqwa skorers
immodifikaMatul il-fażi ta' kwalifikazzjoni ġew skorjati 725 gowl f'268 logħba minn 399 pleer differenti, b'medja ta' 2.71 gowls kull logħba. L-Ingilterra kienu l-iktar tim li skorja gowls fiż-żona Ewropea b'total ta' 34 gowl. Malta ma skorjat l-ebda gowl.
- 10 gowls
Referenziimmodifika
Ħoloq esterniimmodifika
|