Klassifika dinjija tal-FIFA

(Rindirizzat minn Klassifika mondjali tal-FIFA)

Il-Klassifika dinjija tal-FIFA, magħrufha uffiċjalment bħala The FIFA/Coca-Cola World Ranking għal raġunijiet ta' sponsorizzazzjoni, hija sistema ta' klassifikazzjoni tat-timijiet nazzjonali tal-irġiel tal-futbol. It-timijiet li huma membri tal-FIFA, il-federazzjoni li tħares il-logħba tal-futbol madwar id-dinja, huma pożizzjonati skont ir-riżultati tal-logħob tagħhom, bit-timijiet bl-aktar suċċess ikunu fl-aktar postijiet għoljin. Introdotta f'Diċembru tal-1992, tmien timijiet waslu sal-quċċata (l-Arġentina, il-Belġju, il-Brażil, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, in-Netherlands u Spanja), fejn il-Brażil qatta' l-aktar żmien fl-ogħla pożizzjoni.

It-timijiet huma mogħtija punti skont ir-riżultati f'logħbiet internazzjonali li huma rikonoxxuti mill-FIFA. Is-sistema għaddiet minn diversi emendi, partikularment sabiex tindirizza kritika fuq il-kalkoli li kienu qegħdin jintużaw li ma kienux qegħdin jirriflettu s-saħħa relattiva tat-timijiet nazzjonali. Minn Awwissu tal-2018, il-verżjoni attwali tal-klassifika adottat is-sistema tal-Elo li tintuża fiċ-ċess.

L-Ewwel fil-Klassifika Mondjali tal-FIFA

F'Diċembru tal-1992, il-FIFA ppubblikat lista tal-membri tagħha skont il-pożizzjoni tagħhom biex tipprovdi bażi ta' paragun tas-saħħa relattiva ta' dawn it-timijiet. Minn Awwissu ta' wara, din il-lista bdiet tiġi aġġornata frekwentament, għal pubblikazzjoni mensili.[1] Bidliet importanti saru fl-1999 u fl-2006, wara kritika fuq is-sistema.[2] Il-membri tal-FIFA żdiedu minn 167 għal 208 minn meta beda l-użu tal-klassifiki.

Aġġornament tal-1999

immodifika

Meta l-klassifika ġiet introdotta għall-ewwel darba, tim kien jirċievi punt għal pari u tliet punti għal rebħa f'partiti rikonoxxuti mill-FIFA - xebh kbir mas-sistema tradizzjonali ta' kampjonat. Din kienet sistema aktarx faċli, u l-FIFA mal-ewwel indunat illi kien hemm diversi fatturi li kienu qed jaffettwaw l-logħob internazzjonali. Biex tilħaq aktar l-objettivi ta' paragun korrett tas-saħħa tat-timijiet nazzjonali, is-sistema tbiddlet. It-tibdil li sar kienu dawn:

  • il-klassifika tal-punti kienet maqsuma minn fattur ta' għaxra
  • il-metodu ta' kalkolu tbiddel biex jiġbor ukoll fatturi oħra li jinkludu:
    • in-numru ta' gowls li ġew skurjati jew li sofrew
    • jekk il-partita ntlgħabitx barra jew ġewwa darhom
    • l-importanza tal-partita jew kompetizzjoni
    • is-saħħa tar-reġjun
  • punti fissi ma baqgħux jingħataw aktar għal rebħa jew pari
  • it-tim li jitlef kellu ċans li jikseb xi punti

Żewġ unuri ġodda ġew introdotti bħala parti mis-sistema:

Il-bidliet li saru għal din is-sistema kienu kumplessi, imma għen biex jiżviluppaha u ssir aktar komprensiva.

Aġġornament tal-2006

immodifika

Il-FIFA ħabbret li s-sistema tal-klassifika kienet se tiġi aġġornata wara t-Tazza tad-Dinja 2006. Il-perjodu ta' evalwazzjoni kien imnaqqas minn tmienja għal erba' snin, u metodu aktar sempliċi ta' kalkolu kien implimentat. Il-gowls skurjati, u l-vantaġġ tal-partiti li jintlagħbu ġewwa jew barra minn darhom ma baqgħux aktar jingħataw importanza, u aspetti oħra tal-kalkolu, bħall-importanza tal-partita, ġew reviżati. Is-sett il-ġdid tal-klassifika reviżata u l-metodoloġija ta' kalkolu ġew imħabbra fit-12 ta' Lulju 2006.

Din il-bidla saret minħabba l-krìtika tas-sistema ta' qabel. Ħafna entużjasti tal-futbol ħassew li ma kinitx sewwa, speċjalment meta kienu paragunati ma' sistemi ta' klassifika oħra u ma kinitx tirrispondi għall-bidliet tal-prestazzjoni tat-timijiet nazzjonali. Timijiet mir-Repubblika Ċeka sal-Istati Uniti kienu s-sorpriża fil-postijiet l-aktar għoljin tal-klassifika, fejn ġabu krìtika akbar u affetwaw negativament fuq il-kredibilita tas-sistema. L-eliminazzjoni ta' dawn iż-żewġ timijiet kmieni fit-Tazza tad-Dinja 2006 ġabu aktar fidi fil-krìtika li kienu jsiru.

L-ewwel postijiet fil-klassifika

immodifika

Meta s-sistema kienet introdotta, il-Ġermanja ddebutat bħala l-aqwa tim fil-klassifika wara żmien ta' dominanza fl-aħħar tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja fejn spiċċat dejjem fil-finali u rebħet darba. Il-Brażil ħadu l-ewwel post fil-fażi preliminarju għat-Tazza tad-Dinja 1994 fejn rebħu tmienja u tilfu waħda mid-disa' partiti ta' kwalifikazzjoni, u skurjaw għoxrin gowl u sofrew erba' biss. L-Italja ħadu l-ewwel post għal żmien qasir wara wkoll suċċess fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, wara li l-ewwel post reġa' ġie miksub mill-Ġermanja.

Is-suċċess tal-Brażil fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tahom perjodu qasir tal-ewwel post. Il-Ġermanja reġgħu ħadu l-ewwel post matul it-Tazza tad-Dinja 1994, sakemm il-Brażil rebħu l-edizzjoni biex b'hekk kisbu l-ewwel post u baqgħu hemm sa seba' snin. Franza ħadu l-ewwel post wara r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja 1998 u tal-Kampjonati Ewropej 2000. Is-suċċess tal-Brażil fit-Tazza tad-Dinja 2002 reġgħet tefgħet lit-tim Sud-Amerikan fl-ewwel post, fejn baqgħu hemm sa Frar tal-2007, wara li l-Italja rritornat għall-ewwel darba fl-ewwel post mill-1993 wara r-rebħa fit-Tazza tad-Dinja 2006 fil-Ġermanja. Xahar wara l-Arġentina ħadu post l-Italja, fejn kisbu l-ewwel post għall-ewwel darba, imma l-Italja rritornaw fl-ewwel post f'April. Wara r-rebħ tal-Copa América 2007 f'Lulju, il-Brażil irritornaw fl-ewwel post, imma f'Ottubru posthom reġgħu kisbuh l-Arġentina. F'Lulju 2008, Spanja ħadu l-ewwel post għall-ewwel darba, wara li rebħu l-Kampjonati Ewropej 2008. Il-Brażil reġgħu ħadu l-ewwel post wara li rebħu t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009 u Spanja reġgħet ħadet it-titlu f'Novembru tal-2009 wara li rebħu l-partiti kollha fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010. F'April tal-2010, il-Brażil reġgħu telgħu l-ewwel.

L-użu tal-klassifika

immodifika

Dawn il-klassifiki huma wżati mill-FIFA biex tara l-progress u l-abilità kurrenti tat-timijiet nazzjonali tal-futbol tan-nazzjonijiet membri, u kif ukoll biex tipparaguna t-timijiet nazzjonali.[1] Huma huma wkoll użati bħala parti tal-kalkolu li jsir biex jikklassifikaw lit-timijiet għal kompetizzjonijiet. Fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010, il-klassifiki ġew użati biex jirranġaw il-gruppi fil-kompetizzjonijiet li jinvolvu lill-membri tal-CONCACAF (bl-użu tal-klassifika ta' Mejju), tal-CAF (bil-klassifika ta' Lulju), u tal-UEFA, bl-użu tal-klassifika posposta ta' Novembru 2007.

Din il-klassifika tintuża' biex tiddetermina r-rebbieħa taż-żewġ unuri annwali għat-timijiet nazzjonali skont il-bażi tal-prestazzjoni tagħhom fil-klassifiki.

Kull sena l-FIFA tagħti żewġ unuri għan-nazzjonijiet membri, ibbażat skont il-prestazzjoni tagħhom fil-klassifiki ta' matul is-sena. Dawn huma:

Tim tas-Sena

immodifika

It-Tim tas-Sena hu unur mogħti lit-tim nazzjonali li fl-aqwa sebgħa logħbiet tas-sena rċieva l-akbar ammont ta' punti. It-tabella t'hawn taħt turi l-aqwa tliet timijiet ta' kull sena.

Sena L-ewwel post It-tieni post It-tielet post
1993   Ġermanja   Italja   Brażil
1994   Brażil   Spanja   Żvezja
1995   Brażil   Ġermanja   Italja
1996   Brażil   Ġermanja   Franza
1997   Brażil   Ġermanja   Repubblika Ċeka
1998   Brażil   Franza   Ġermanja
1999   Brażil   Repubblika Ċeka   Franza
2000   Netherlands   Ħonduras   Italja
2001   Ħonduras   Kolombja   Kosta Rika
2002   Brażil   Franza   Spanja
2003   Brażil   Franza   Spanja
2004   Brażil   Franza   Arġentina
2005   Brażil   Repubblika Ċeka   Netherlands
2006   Brażil   Italja   Arġentina
2007   Arġentina   Brażil   Italja
2008   Spanja   Ġermanja   Netherlands
2009   Spanja   Netherlands   Ġermanja
2011   Spanja   Netherlands   Ġermanja
2012   Spanja   Ġermanja   Arġentina
2013   Spanja   Ġermanja   Arġentina
2014   Ġermanja   Arġentina   Kolombja
2015   Belġju   Arġentina   Spanja
2016   Arġentina   Brażil   Ġermanja

L-Aqwa Progress tas-Sena

immodifika

L-Aqwa Progress tas-Sena huwa unur mogħti lit-tim li jkun għamel l-iktar progress matul dik is-sena fil-klassifika dinjija. Fil-klassifika tal-FIFA, dan mhuwiex sempliċi t-tim li tela' l-aktar postijiet, imma jsir kalkolu minħabba li aktar ma' tim ikun fl-aktar postijiet għolja, aktar ikun diffiċli biex jikseb aktar punti.[1] Il-kalkolu li jintuża' hu n-numru ta' punti fi tmiem is-sena (ż) immultiplikat man-numru ta' punti li kiseb matul dik is-sena (y). It-tim bl-ikbar total jirċievi dan l-unur. It-tabella t'hawn taħt turi l-aktar tliet timijiet li għamul progress ta' kull sena.[3]

Sena L-ewwel post It-tieni post It-tielet post
1993   Kolombja   Portugall   Marokk
1994   Kroazja   Brażil   Użbekistan
1995   Ġamajka   Trinidad u Tobago   Repubblika Ċeka
1996   Afrika t'Isfel   Paragwaj   Kanada
1997   Jugożlavja   Bosnja-Ħerzegovina   Iran
1998   Kroazja   Franza   Arġentina
1999   Slovenja   Kuba   Użbekistan
2000   Niġerja   Ħonduras   Kamerun
2001   Kosta Rika   Awstralja   Ħonduras
2002   Senegal   Wales   Brażil
2003   Baħrejn   Oman   Turkmenistan
2004   Ċina   Użbekistan   Kosta tal-Avorju
2005   Gana   Etjopja   Żvizzera
2006   Italja   Ġermanja   Franza

Waqt li ma sar l-ebda unur uffiċjali għall-movimenti li seħħew fl-2007, il-FIFA ħarġet lista tal-'Aqwa Progress' fil-klassifiki tal-2007.[4] Madanakollu, il-metodu ta' kalkoli tbiddel skont id-differenza fil-punti tal-klassifiki matul il-kors tas-sena (aktar milli l-metodu wżat fl-unur uffiċjali mill-1993 sal-2006). Ir-riżultati għas-snin riċenti huma bbażati skont metodu simili.

Sena L-aqwa progressur It-tieni l-aqwa It-tielet l-aqwa
2007   Możambik   Norveġja   Kaledonja l-Ġdida
2008   Spanja   Montenegro   Russja
2009   Brażil   Alġerija   Slovenja
2010   Netherlands   Montenegro   Botswana
2011   Wales   Sierra Leone   Bosnja-Ħerzegovina
2012   Kolombja   Ekwador   Mali
2013   Ukrajna   Armenja   Stati Uniti
2014   Ġermanja   Slovakkja   Belġju
2015   Turkija   Ungerija   Nikaragwa
2016   Franza   Perù   Polonja

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ "FIFA/Coca-Cola World Ranking Procedure". FIFA.com (bl-Ingliż). Fédération internationale de Football Association. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-07-09. Miġbur 2008-08-05.
  2. ^ "Revised FIFA/Coca-Cola World Ranking". FIFA.com (bl-Ingliż). Fédération internationale de Football Association. 2006-07-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-07. Miġbur 2008-03-28.
  3. ^ "Best Mover of the Year". FIFA.com (bl-Ingliż). Fédération internationale de Football Association. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-11-16. Miġbur 2008-09-05.
  4. ^ "L-Aqwa Progress tas-Sena, riżultati tal-2007" (PDF). FIFA.com (bl-Ingliż). Fédération internationale de Football Association. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2011-09-20.

Ħoloq esterni

immodifika