Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008

Il-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008, magħrufin aktar bħala l-Euro 2008, kienu t-tlettax-il edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol, kompetizzjoni kwadrijennali għal nazzjonijiet Ewropej. Il-kampjonat, li sar fl-Awstrija u l-Iżvizzera, beda fis-7 ta' Ġunju, 2008 u ntemm bil-finali tad-29 ta' Ġunju fl-Ernst Happel Stadion fi Vjenna. Din kienet t-tieni darba li żewġ pajjiżi ospitaw flimkien edizzjoni waħda, wara l-edizzjoni tas-sena 2000 li kienet saret fil-Belġju u l-Olanda. Spanja rebħu dan il-kampjonat, meta fil-finali rebħu b'gowl wieħed lill-Ġermanja. Din kienet biss it-tieni darba fl-istorja ta' dan it-turnew li t-tim rebbieħ rebaħ kull partita fil-fażi tal-gruppi; it-tim l-ieħor kien Franza lura fl-1984. Spanja kienu wkoll l-ewwel tim li ma tilfu l-ebda logħba fil-kompetizzjoni mill-Ġermanja tal-1996.

Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008
UEFA Fußball-Europameisterschaft 2008
Dettalji tal-kompetizzjoni
Pajjiż ospitanti  Awstrija
 Żvizzera
Dati 7 ta' Ġunju – 29 ta' Ġunju
Parteċipanti 16 (minn konfederazzjoni waħda)
Grawnds (f'8 ibliet ospitanti)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ  Spanja
It-Tieni post  Ġermanja
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti 31
Gowls skorjati 77 (2.48 kull logħba)
Attendenza 1,140,902 (36,803 kull logħba)
L-aqwa skorer(s) Spanja David Villa (4 gowls)
L-aqwa plejer Spanja Xavi
2004
2012

Il-Greċja kienu ċ-ċampjins renjanti tat-turnew, wara li kienu rebħu l-edizzjoni ta' qabel. F'din l-edizzjoni l-fortuni nqalbu hekk kif ma kisbu l-ebda punt fil-fażi tal-grupp. Matul il-31 logħba, it-timijiet parteċipanti skorjaw 77 gowl. L-Awstrija u l-Iżvizzera kkwalifikaw awtomatikament bħala ospiti; l-erbatax-il tim l-ieħor ikkwalfikaw permezz tal-fażi ta' kwalifikazzjoni li bdiet f'Awwissu tal-2006. Bħala ċampjins Ewropej, Spanja ngħatat id-dritt li tieħu sehem fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009 fl-Afrika t'Isfel.[a]

L-għażla tal-ospitu

immodifika

L-Awstrija u l-Iżvizzera ingħataw id-dritt li jospitaw l-edizzjoni tal-2008 tal-Kampjonati Ewropej, wara li affrontaw il-kandidatura ta' diversi pajjiżi li pproponew pajjiżhom biex jospitaw l-Euro 2008: Greċja/Turkija, Skozja/Irlanda, Russja, Ungerija, Kroazja/Bożnija u Ħerżegovina u l-kandidatura Nordika li kienet komposta min-Norveġja, l-Iżvezja, id-Danimarka u l-Finlandja. L-Awstrija kienet diġà pproponiet il-kandidatura tagħha bħala ospitu (flimkien mal-Ungerija) għall-edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej 2004, li kienet mirbuħa mill-Portugall.

Qabel l-aħħar votazzjoni, kien għad baqa' Awstrija/Żvizzera, Ungerija u Greċja/Turkija; din tal-aħħar kienet l-ewwel eliminata, waqt li l-ewwel tnejn ikkontestaw l-għażla bħala ospitu fil-votazzjoni finali.

Trofew ġdid

immodifika

Trofew ġdid ingħata lir-rebbieħ tal-edizzjoni tal-Euro 2008. Il-verżjoni l-ġdida tat-Trofew Henri Delaunay, ikkreata minn Asprey London,[1] hi kważi replika eżatta tal-oriġinal iddisinjata minn Arthus-Bertrand. Figura żgħira li kienet tinsab fuq wara tat-trofew oriġinali kienet imneħħija. Il-bażi tal-fidda kellha titkabbar biex ikun aktar stabbli. L-ismijiet tal-pajjiżi rebbieħa ġew miktuba fuq il-wara tat-trofew, li huma magħmul minn fidda, jiżen 8 kilogrammi u għandu tul ta' 60 ċentimetru.

Kwalifikazzjoni

immodifika
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.

It-tlugħ tal-poloz għar-rawnd ta' kwalifikazzjoni sar f'Montreux, l-Iżvizzera, fis-27 ta' Jannar, 2006. Il-proċess ta' kwalifikazzjoni beda xahar wara t-Tazza tad-Dinja 2006. L-Awstrija u l-Iżvizzera ikkwalifikaw awtomatikament għall-fażi finali tal-kampjonat bħala pajjiżi ospiti.

Il-format ta' kwalifikazzjoni kien mibdul minn kampjonati preċedenti. Ir-rebbieħ u t-tieni klassifikat mis-seba' gruppi jikkwalifikaw awtomatikament għall-fażi finali, bl-ospiti jimlew iż-żewġ postijiet tal-kampjonat ta' sittax-il tim. Il-bidla kienet tfisser li ma kienx se jkun hemm play-offs bejn timijiet li jispiċċaw fit-tieni post tal-gruppi—huma jikkwalifikaw direttament. Timijiet li spiċċaw fit-tielet post ma kellhom l-ebda opportunità li jikkwalifikaw. Sitta mill-gruppi ta' kwalifikazzjoni kellhom seba' timijiet, waqt li Grupp A kellu tmienja.

Timijiet kwalifikati

immodifika
Pajjiż Kwalifikat bħala Data tal-kwalifikazzjoni Dehriet preċedenti1
  Awstrija 00Ospitu 0012 ta' Diċembru 2002 01 (debutt)
  Żvizzera 01Ospitu 0112 ta' Diċembru 2002 21 (1996, 2004)
  Polonja 02Rebbieħ ta' Grupp A 0917 ta' Novembru 2007 00 (debutt)
  Portugall 03Tieni post fi Grupp A 1421 ta' Novembru 2007 4 (1984, 1996, 2000, 2004)
  Italja 04Rebbieħ ta' Grupp B 0617 ta' Novembru 2007 60 (1968, 1980, 1988, 1996, 2000, 2004)
  Franza 05Tieni post fi Grupp B 0717 ta' Novembru 2007 61 (1960, 1984, 1992, 1996, 2000, 2004)
  Greċja 06Rebbieħ ta' Grupp Ċ 0317 ta' Ottubru 2007 23 (1980, 2004)
  Turkija 07Tieni post fi Grupp Ċ 1221 ta' Novembru 2007 22 (1996, 2000)
  Repubblika Ċeka 08Rebbieħ ta' Grupp D 0517 ta' Ottubru 2007 62 (19602, 19762, 19802, 1996, 2000, 2004)
  Ġermanja 09Tieni post fi Grupp D 0213 ta' Ottubru 2007 9 (19723, 19763, 19803, 19843, 19883, 1992, 1996, 2000, 2004)
  Kroazja 10Rebbieħ ta' Grupp E 0817 ta' Novembru 2007 20 (1996, 2004)
  Russja 11Tieni post fi Grupp E 1521 ta' Novembru 2007 8 (19604, 19644, 19684, 19724, 19884, 19925, 1996, 2004)
  Spanja 12Rebbieħ ta' Grupp F 1117 ta' Novembru 2007 71 (1964, 1980, 1984, 1988, 1996, 2000, 2004)
  Żvezja 13Tieni post fi Grupp F 1321 ta' Novembru 2007 30 (1992, 2000, 2004)
  Rumanija 14Rebbieħ ta' Grupp Ġ 0417 ta' Ottubru 2007 31 (1984, 1996, 2000)
  Netherlands 15Tieni post fi Grupp Ġ 1017 ta' Novembru 2007 70 (1976, 1980, 1988, 1992, 1996, 2000, 2004)
 
Pajjiżi kwalifikati
1 Tipa ħoxna tindika li jkun rebbieħ ta' dik l-edizzjoni

Il-kampjonat intlagħab fi tmien stadji fi ħdan iż-żewġ pajjiżi ospiti; erbgħa fl-Awstrija u erbgħa fl-Iżvizzera. Kull impjant kellu kapaċità tal-anqas ta' 30,000; l-ikbar minnhom kien l-Ernst Happel Stadion ta' Vjenna, li jżomm ġo fih 53,295 ruħ.[2] Kien għal din ir-raġuni li dan il-grawnd ġie magħżul biex fih tintlagħab il-finali. L-Iżvizzera lagħbu kull partita tal-fażi tal-gruppi f'St. Jakob Park ta' Bażel, li ospita wkoll il-partita tal-ftuħ bħala kompromess għall-finali li ssir fi Vjenna. L-Awstrija lagħbet il-partiti tagħha tal-fażi tal-gruppi fl-Ernst Happel Stadion.

In 2004, the Zürich venue became a problem for the organisers. Originally, the Hardturm stadium was to be renovated and used as the city's venue, but legal challenges delayed the plan to a point that would not have allowed the ground to be used in 2008. This created a problem, as the agreement between UEFA and the organizers stipulated that four venues would be used in each country. The problem was solved when the organizers proposed renovating Letzigrund instead; UEFA approved the revised plan in January 2005. The Letzigrund stadium hosted its first football match on 23 September 2007.[5]

Fl-2004, l-istadju ta' Żurigu ġab problema għall-organizzaturi. Oriġinarjament, l-istadju Hardturm kellu jkun rinnovat u wżat bħala l-istadju tal-belt, imma sfidi legali ssospendew il-pjanijiet f'punt fejn il-grawnd ma kellux jkun użat fl-2008. Din ħoloq problema minħabba li l-qbil bejn il-UEFA u l-organizzaturi kien stipulat li erba' stadji se jiġu wżati f'kull pajjiż. Din il-problema kienet solvuta meta l-organizzaturi pproponew ir-rinovazzjoni ta' Letzigrund, bil-UEFA tapprova dan il-pjan f'Jannar tal-2005. L-ewwel logħba li saret ġewwa dan il-grawnd saret nhar it-23 ta' Settembru 2007.[3]

Vjenna Klagenfurt Saliżburgu Innsbruck
Ernst-Happel-Stadion
Kapaċità: 53,295
Hypo-Arena
Kapaċità: 31,957
Wals-Siezenheim-Stadion
Kapaċità: 31,020
Tivoli Neu
Kapaċità: 31,600
       
 
Bażel Berna Ġinevra Żurigu
St. Jakob-Park
Kapaċità: 42,000
Stade de Suisse
Kapaċità: 31,907
Stade de Genève
Kapaċità: 31,228
Letzigrund
Kapaċità: 30,000
       

Uffiċċjali tal-partiti

immodifika

Tnax-il referi u erbgħa u għoxrin assistent ġew magħżula għal dan it-turnew:[4]

Pajjiż Referi Assistenti
  Awstrija Konrad Plautz Egon Bereuter Markus Mayr
  Belġju Frank de Bleeckere Peter Hermans Alex Verstraeten
  Ingilterra Howard Webb Darren Cann Mike Mullarkey
  Ġermanja Herbert Fandel Carsten Kadach Volker Wezel
  Greċja Kyros Vassaras Dimitiris Bozartzidis Dimitiris Saraidaris
  Italja Roberto Rosetti Alessandro Griselli Paolo Calcagno
  Netherlands Pieter Vink Adriaan Inia Hans ten Hoove
  Norveġja Tom Henning Øvrebø Geir Åge Holen Jan Petter Randen
  Slovakkja Ľuboš Micheľ Roman Slysko Martin Balko
  Spanja Manuel Mejuto González Juan Carlos Yuste Jiménez Jesús Calvo Guadamuro
  Żvezja Peter Fröjdfeldt Stefan Wittberg Henrik Andren
  Żvizzera Massimo Busacca Matthias Arnet Stephane Cuhat

It-tlugħ tal-poloz għall-fażi finali tal-kampjonat sar fit-2 ta' Diċembru, 2007, fil-Culture and Convention Centre f'Luċerna.[5]

Din l-edizzjoni involviet ir-ritorn tal-format li kien ġie wżat fl-Euro 92 u fl-Euro 96 fejn il-logħob ta' kull grupp jsiru f'żewġ stadji, bl-aqwa tim jibqa' fl-istess belt għat-tliet partiti. Bħal fl-2000 u fl-2004, il-finalisti kienu diviżi f'erba' urni, ibbażati skont il-punti medja akkwistati fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 u tal-Euro 2008, b'kull grupp ikollu tim minn kull urna. L-Iżvizzera u l-Awstrija, bħala ospiti, u l-Greċja, bħala d-detenturi tat-titlu, kienu fl-ewwel urna.[6][7] L-Olanda kienu wkoll fl-ewwel urna, ibbażat skond il-koëffiċjent tal-UEFA għall-klassifika tal-finalisti tal-Kampjonati Ewropej 2008.

Urna A Urna B Urna Ċ Urna D

Riżultati

immodifika

Fażi tal-gruppi

immodifika
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp A tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Portugall 3 2 0 1 5 3 +2 6
  Turkija 3 2 0 1 5 5 0 6
  Repubblika Ċeka 3 1 0 2 4 6 −2 3
  Żvizzera 3 1 0 2 3 3 0 3
7 ta' Ġunju 2008
Żvizzera   0 – 1   Kroazja
Portugall   2 – 0   Turkija
11 ta' Ġunju 2008
Repubblika Ċeka   1 – 3   Portugall
Żvizzera   1 – 2   Turkija
15 ta' Ġunju 2008
Żvizzera   2 – 0   Portugall
Turkija   3 – 2   Repubblika Ċeka
Noti fuq il-pożizzjonijiet fil-grupp
  • Il-Portugall u t-Turkija huma pożizzjonati skond ir-rekord tal-partita kontra xulxin
  • Ir-Repubblika Ċeka u l-Iżvizzera huma pożizzjonati skond ir-rekord tal-partita kontra xulxin
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp B tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Kroazja 3 3 0 0 4 1 +3 9
  Ġermanja 3 2 0 1 4 2 +2 6
  Awstrija 3 0 1 2 1 3 −2 1
  Polonja 3 0 1 2 1 4 −3 1
8 ta' Ġunju 2008
Awstrija   0 – 1   Kroazja
Ġermanja   2 – 0   Polonja
12 ta' Ġunju 2008
Kroazja   2 – 1   Ġermanja
Awstrija   1 – 1   Polonja
16 ta' Ġunju 2008
Polonja   0 – 1   Kroazja
Awstrija   0 – 1   Ġermanja
Noti fuq il-pożizzjonijiet fil-grupp
  • L-Awstrija u l-Polonja huma pożizzjonati skond id-differenza ta' gowls, minħabba li r-rekord tal-partita kontra xulxin hu l-istess

Grupp Ċ

immodifika
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp Ċ tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Netherlands 3 3 0 0 9 1 +8 9
  Italja 3 1 1 1 1 4 −1 4
  Rumanija 3 0 2 1 1 3 −2 2
  Franza 3 0 1 2 1 6 −5 1
9 ta' Ġunju 2008
Rumanija   0 – 0   Franza
Netherlands   3 – 0   Italja
13 ta' Ġunju 2008
Italja   1 – 1   Rumanija
Netherlands   4 – 1   Franza
17 ta' Ġunju 2008
Netherlands   2 – 0   Rumanija
Franza   0 – 2   Italja
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp D tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Spanja 3 3 0 0 8 3 +5 9
  Russja 3 2 0 1 4 4 0 6
  Żvezja 3 1 0 2 3 4 −1 3
  Greċja 3 0 0 3 1 5 −4 0
10 ta' Ġunju 2008
Spanja   4 – 1   Russja
Greċja   0 – 2   Żvezja
14 ta' Ġunju 2008
Żvezja   1 – 2   Spanja
Greċja   0 – 1   Russja
18 ta' Ġunju 2008
Greċja   1 – 2   Spanja
Russja   2 – 0   Żvezja

Fażi eliminatorja

immodifika
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Fażi eliminatorja tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.

Il-fażi eliminatorja hi differenti minn kampjonati tal-passat. Timijiet fi gruppi A u B se jkunu separati mit-timijiet ta' gruppi Ċ u D sal-finali. Ir-raġuni tal-bidla fil-format hu biex ikun ugwaljanza fil-perjodu ta' mistrieħ matul il-fażi eliminatorja. Madankollu, b'dan il-format hemm ċans li partita fil-fażi tal-gruppi tista' tkun repetuta fil-fażi eliminatorja; hu impossibli li jkun hemm finali bejn żewġ timijiet li jkunu affaċċjaw lil xulxin fl-ewwel nofs tal-kampjonat. Ukoll, f'bidla oħra, għall-ewwel darba fil-Kampjonati Ewropej, se jkunu żewġ stadji (St. Jakob-Park, Bażel u Ernst Happel Stadion, Vjenna) se jkunu wżati fis-seba' partiti tal-fażi eliminatorja.[8]

Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                   
19 ta' Ġunju - Bażel        
   Portugall  2
25 ta' Ġunju - Bażel
   Ġermanja  3  
   Ġermanja  3
20 ta' Ġunju - Vjenna
     Turkija  2  
   Kroazja  1 (1)
29 ta' Ġunju - Vjenna
   Turkija (pen)  1 (3)  
   Ġermanja  0
21 ta' Ġunju - Bażel
     Spanja  1
   Netherlands  1
26 ta' Ġunju - Vjenna
   Russja (ħs)  3  
   Russja  0
22 ta' Ġunju - Vjenna
     Spanja  3  
   Spanja (pen)  0 (4)
   Italja  0 (2)  


Kwarti tal-finali

immodifika
19 ta' Ġunju 2008
20:45
  Portugall 2 – 3   Ġermanja St. Jakob-Park, Bażel
Attendenza: 39,374
Referi:   Peter Fröjdfeldt
Nuno Gomes   40'
Postiga   87'
Rapport Schweinsteiger   22'
Klose   26'
Ballack   61'

20 ta' Ġunju 2008
20:45
  Kroazja 1 – 1 (ħs)   Turkija Ernst Happel Stadion, Vjenna
Attendenza: 51,428
Referi:   Roberto Rosetti
Klasnić   119' Rapport Semih   120+2'
  Penalties  
  Modrić  
Srna  
Rakitić  
Petrić  
1 – 3   Arda
  Semih
  Hamit Altıntop
 

21 ta' Ġunju 2008
20:45
  Netherlands 1 – 3 (ħs)   Russja St. Jakob-Park, Bażel
Attendenza: 38,374
Referi:   Ľuboš Micheľ
van Nistelrooy   86' Rapport Pavlyuchenko   56'
Torbinsky   112'
Arshavin   116'

22 ta' Ġunju 2008
20:45
  Spanja 0 – 0 (ħs)   Italja Ernst Happel Stadion, Vjenna
Attendenza: 48,000
Referi:   Herbert Fandel
Rapport
  Penalties  
  Villa  
Cazorla  
Senna  
Güiza  
Fàbregas  
4 – 2   Grosso
  De Rossi
  Camoranesi
  Di Natale
 

Semifinali

immodifika
25 ta' Ġunju 2008
20:45
  Ġermanja 3 – 2   Turkija St. Jakob-Park, Bażel
Attendenza: 39,374
Referi:   Massimo Busacca
Schweinsteiger   26'
Klose   79'
Lahm   90'
Rapport Boral   22'
Semih   86'

26 ta' Ġunju 2008
20:45
  Russja 0 – 3   Spanja Ernst Happel Stadion, Vjenna
Attendenza: 51,428
Referi:   Frank de Bleeckere
Rapport Xavi   50'
Güiza   73'
Silva   82'
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Finali tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
29 ta' Ġunju 2008
20:45
  Ġermanja 0 – 1   Spanja Ernst Happel Stadion, Vjenna
Attendenza: 51,428
Referi:   Roberto Rosetti
Rapport Torres   33'

Rebbieħ

immodifika
Rebbieħ tal-Kampjonati Ewropej 2008
 
Spanja
It-tieni titlu

Statistika

immodifika
4 gowls
3 gowls
2 gowls

 

gowl

 

Tim tal-Kampjonat
Gowlers Difensuri Midfielders Attakkanti
  Gianluigi Buffon   José Bosingwa   Hamit Altıntop   Andrei Arshavin
  Iker Casillas   Philipp Lahm   Michael Ballack   Roman Pavlyuchenko
  Edwin van der Sar   Carlos Marchena   Cesc Fàbregas   Fernando Torres
  Pepe   Andrés Iniesta   David Villa
  Carles Puyol   Luka Modrić
  Yuri Zhirkov   Lukas Podolski
  Marcos Senna
  Wesley Sneijder
  Xavi
  Konstantin Zyrianov
Żarbuna tad-deheb
Plejer tal-Kampjonat

L-ewwel drabi fil-kampjonat

immodifika
  1. ^ Spanja ma kinitx obbligata li tipparteċipa fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet. Qabel l-2004, iċ-ċampjins Ewropej u Sud-Amerikani kienu obblgiati biex jipparteċipaw, imma fl-2004 tbiddlet ir-regola mill-FIFA.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "New trophy announced at UEFA site" (bl-Ingliż).
  2. ^ "UEFA EURO 2008". fussballtempel.net (bl-Ingliż). Miġbur 2008-06-08.
  3. ^ "Zurich - Letzigrund Stadion" (bl-Ingliż).
  4. ^ "UEFA Euro 2008 referees" (bl-Ingliż).
  5. ^ "Draw sets up heavyweight contests" (bl-Ingliż). UEFA. 2007-12-02. Miġbur 2007-12-02.
  6. ^ "Format" (bl-Ingliż). UEFA.
  7. ^ "UEFA Euro 2008 Information" (PDF) (bl-Ingliż). UEFA.
  8. ^ "Euro-Format means group rivals cannot meet again in final" (bl-Ingliż). Yahoo! Sports. 2008-06-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-25. Miġbur 2008-06-03.

Ħoloq esterni

immodifika