Ludovic Magnin (twieled fl-20 ta' April 1979) huwa eks-plejer u kowċ tal-futbol Żvizzeru.

Ludovic Magnin
Informazzjoni personali
Twelid20 ta' April 1979 (1979-04-20) (45 sena)
LausanneŻvizzera
Tul1.86 m
RwolDifensur xellugi
Mixtliet
1987–1996FC Echallens
1996–1997Lausanne-Sports
Karriera professjonali
SninKlabb
1997–2000Yverdon Sport
2000–2002Lugano
2002–2005Werder Bremen
2005–2009VfB Stuttgart
2010–2012FC Zürich
Tim nazzjonali
2000–2010Żvizzera
Timijiet ikkowċjati
2018–2020FC Zürich

Bijografija

immodifika

Imrobbi f'Echallens, fil-kantun ta' Vaud, qalb familja "miġnuna fuq il-futbol": missieru kien jilgħab fi klabb tal-ewwel diviżjoni waqt li ommu kienet fl-iskwadra femminili ta' pajjiżu. Hu hu miżżewweġ lil Chantale u għandu żewġt itfal, Nicos (twieled fl-2002) u Thierry (twieled fl-2006).

Karriera

immodifika

Beda fil-livell ġovanili tal-klabb tal-lokal, FC Echallens, qabel ma fl-1996 ingħaqad għal staġun ma' Lausanne-Sports. Fis-sajf tal-1997 issieħeb ma' Yverdon, tim mit-tieni diviżjoni Żvizzera. Magħhom għamel id-debutt professjonali tiegħu, fejn fi tliet snin deher total ta' 45 logħba. Fis-sena 2000 ingħaqad mal-ambizzjuż Lugano fejn magħhom lagħab il-kampjonat 2000–01, qabel ma għamel qabża ta' kwalità f'Jannar tas-sena ta' wara meta ttrasferixxa mal-klabb Ġermaniż ta' Werder Bremen.

Fl-ewwel tliet staġuni fil-Bundesliga ftit li xejn kien involut, fejn ġabar 20 preżenza u gowl wieħed. Mal-Werder irnexxielu jirbaħ il-kampjonat u t-Tazza Ġermaniża fl-istaġun 2003–04. Madanakollu, iż-żmien mal-klabb kien imtappan minn nuqqas ta' logħob ħabba li kien iweġġa' ta' spiss.

Fis-sajf tal-2005 ġie akkwistat minn VfB Stuttgart u fl-istaġun ta' wara rnexxielu jikseb it-tieni titlu nazzjonali tal-kampjonat personali, fejn għamel 22 dehra u skorja gowl wieħed, ironikament kontra l-eks-klabb tiegħu. L-istaġun 2009–10 ftit li xejn azzjoni mat-tim, u sabiex isalva postu mat-tim nazzjonali Żvizzeru għat-Tazza tad-Dinja 2010, iddeċieda li f'Jannar 2010 jingħaqad mal-klabb Żvizzeru ta' FC Zürich. Fis-27 ta' Awwissu 2012, Magnin ħabbar li kien se jirtira wara problemi fiżiċi persistenti.

Internazzjonali

immodifika

Fis-sena 2000, grazzi għall-prestazzjonijiet tajbin li beda juri ma' Lugano, ġie msejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali Żvizzeru, bid-debutt tiegħu jasal f'Awwissu kontra l-Greċja. Mat-tim nazzjonali pparteċipa fil-Kampjonati Ewropej 2004, fit-Tazza tad-Dinja 2006 u fil-Kampjonati Ewropej 2008 fejn għal dan tal-aħħar kien hu li libes il-faxxa ta' kaptan tat-tim wara li waqt il-kompetizzjoni weġġa' Alexander Frei.

Werder Bremen
Stuttgart

Ħoloq esterni

immodifika