Hamit Altıntop (twieled fit-8 ta' Diċembru 1982) huwa eks-plejer tal-futbol Tork u membru fl-Assoċjazzjoni tal-Futbol Torka, imwieled il-Ġermanja. Matul il-karriera tiegħu kien midfilder versatili fejn kien kapaċi jilgħab kemm fi rwol difensiv u wkoll f'dak offensiv, u fuq iż-żewġ faxex. Għandu ħuh tewmi, Halil Altıntop, li hu wkoll futboler.

Hamit Altıntop
Informazzjoni personali
Twelid8 ta' Diċembru 1982 (1982-12-08) (41 sena)
GelsenkirchenĠermanja tal-Punent
Tul1.83 m
RwolMidfilder
Mixtliet
1991–1992Schwarz-Weiß Gelsenkirchen
1992–1997TuS Rotthausen
1997–2000Wattenscheid 09
Karriera professjonali
SninKlabb
2000–2003Wattenscheid 09
2003–2007Schalke 04
2007–2011Bayern Munich
2011–2012Real Madrid
2012–2017Galatasaray
2017–2018Darmstadt
Tim nazzjonali
2004–2014Turkija

Karriera

immodifika

Altıntop beda l-karriera professjonali tiegħu fil-futbol, flimkien ma' ħuh, mal-klabb Ġermaniż ta' Wattenscheid. Fl-2003 hu issieħeb ma' Schalke 04 fejn kien jilgħab primarjament bħala midfilder difensiv. Aktar tard, matul is-suq tat-trasferimenti tal-2006–07 ħuh ingħaqad miegħu wara li ffirma minn ma' Kaiserslauten. Dak l-istaġun kellu jintemm b'Schalke fit-tieni post, żewġ punti biss 'il bogħod mir-rebbieħa eventali tal-Bundesliga, VfB Stuttgart.

Bayern Munich

immodifika

Fl-istaġun 2007–08, Bayern Munich għamlu l-akkwist tas-servizzi ta' Altıntop meta ingħaqad b'xejn mill-klabb preċedenti tiegħu. L-ewwel gowl tiegħu wasal fl-ewwel logħba tiegħu għal Bayern kontra ċ-ċampjins Brażiljani, São Paulo, gowl li ta r-rebħa ta' 2–1 lit-tim Bavarjan.

Fil-kampanja 2009–10 tal-UEFA Champions League, Bayern Munich laħqu l-finali kontra Inter tal-Italja, finali li ntlagħbet fit-22 ta' Mejju, 2010. Altıntop kien skjerat mal-ewwel ħdax, għalkemm ġie sostitwit għal Miroslav Klose wara 63 minuta logħob.

Nhar it-2 ta' Ġunju, 2010, hu iffirma estensjoni tal-kuntratt għal sena oħra.

Real Madrid

immodifika

Nhar id-19 ta' Mejju, 2011, tħabbar li Altıntop kien se jingħaqad b'xejn ma' Real Madrid fejn iffirma kuntratt ta' erba' snin.[1] Iddebutta fil-logħba miċ-Champions League kontra Ajax nhar is-27 ta' Settembru bħala sostitut għal Mesut Özil. Fil-kampjonat lagħab l-ewwel logħba tiegħu kontra Real Betis fil-15 ta' Ottubru, fejn daħal fit-78 minuta għal Cristiano Ronaldo. L-ewwel gowl tiegħu wasal fit-18 ta' Diċembru kontra Sevilla minn assist ta' Xabi Alonso.

Galatasaray

immodifika

Fit-13 ta' Lulju, 2012, il-klabb Tork ta' Galatasaray iffirmawh għal €3.5 miljun minn Real Madrid.[2]

Internazzjonali

immodifika

Altıntop lagħab iktar minn ħamsin darba man-tim nazzjonali Tork. Hu kien strumentali fl-avventura tat-tim matul il-Kampjonati Ewropej 2008 fejn barra li lagħab il-ħames partiti tat-Turkija, assista t-tliet gowls fir-rebħa ta' 3–2 fuq ir-Repubblika Ċeka. Fi tmiem it-tornew, il-prestazzjonijiet tiegħu ġew ippremjati b'post fit-"Tim tat-Tornew" tal-UEFA.

F'Jannar tal-2001, Altıntop rebaħ l-unur tal-Gowl tas-Sena tal-FIFA 2010 (magħruf aħjar bħala l-FIFA Puskás Award) wara x-xutt spettakolari tiegħu fil-partita kontra l-Każakistan ta' Settembru 2010 valida għall-kwalifikazzjoni għall-Euro 2012.

Nhar it-30 ta' Marzu, 2011, hu libes għall-ewwel darba l-faxxa ta' kaptan fir-rebħa ta' 2–0 kontra l-Awstrija.

Schalke 04
Bayern Munich
Real Madrid
Galatasaray

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Comunicado oficial: Hamit Altintop, nuevo jugador del Real Madrid" (bl-Ispanjol). Real Madrid. 2011-05-19. Miġbur 2011-05-20.
  2. ^ "Official Announcement" (bl-Ingliż). Real Madrid. 2012-07-13. Miġbur 2012-07-13.

Ħoloq esterni

immodifika