Real Madrid CF

klabb tal-futbol Spanjol

Real Madrid Club de Fútbol (magħruf sempliċement bħala Real Madrid) hu klabb tal-futbol professjonali bbażat f'Madrid, fi Spanja. Fil-futbol Spanjol hu l-iktar tim b'suċċessi u ġie vvutat mill-FIFA bħala l-aqwa klabb tas-seklu 20, wara li rebaħ rekord ta' wieħed u tletin titlu tal-La Liga, sbatax-il Tazza Spanjola, disa' Tazez taċ-Ċampjins u żewġ Tazez UEFA. Real kienu fost il-membri fundatarji tal-grupp G-14, għaqda li kienet tgħaqqad l-aqwa klabbs Ewropej li ġiet sostitwita mill-European Club Association.

Real Madrid CF
Ismijiet oħra Los Blancos
Fundazzjoni 31UTCt
Grawnd Santiago Bernabéu Stadium (en) Translate
President Florentino Pérez
Kowċ Carlo Ancelotti (mul) Translate
Kampjonat LaLiga
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

Fundat fl-1902, Real Madrid qatt l-istorja kollha tiegħu fl-ogħla livell tal-futbol Spanjol. Fis-snin ħamsin, il-klabb stabilixxa lilu nnifsu bħala forza kbira kemm fil-kamp Spanjol u anki f'dak Ewropew. Fis-snin tmenin, il-klabb kellu wieħed mill-aqwa timijiet fi Spanja u l-Ewropa (magħruf bħala La Quinta del Buitre), fejn rebaħ żewġ Tazez UEFA, ħames kampjonati Spanjoli konsekuttivi u tliet Supertazez Spanjoli.

Il-kulur tradizzjonali tal-klabb għal logħob ġewwa darhom huwa kollox abjad. L-emblema ġie mibdula diversi drabi matul is-snin fi sforz biex jimmodernizzawha; l-emblema kurrenti hi verżjoni modifikata tal-ewwel waħda adottata fl-1920. Huma jilgħabu fis-Santiago Bernabéu, li jospita 80,354 ruħ, fejn ilu jilgħab fih mill-1947. B'differenza minn ħafna klabbs tal-futbol Ewropej, il-membri ta' Real Madrid (socios) kienu proprjetarji u operaw lill-klabb mill-fundazzjoni tiegħu. Real hu l-iktar klabb tal-futbol sinjur fid-dinja (366m) skont l-introjtu li jagħmel.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Storja ta' Real Madrid CF.

Kuluri u emblema

immodifika
     
 
 
L-uniformi oriġinali ta' Real Madrid

L-ewwel emblema ta' Real Madrid kellha disinn sempliċi li kien jikkonsisti mit-tliet inizzjali tal-klabb, "MCF" għal Madrid Club de Fútbol, imwaħħdin ma' xulxin u miktubin b'kulur blu skur fuq flokk abjad. L-ewwel bidla fl-emblema seħħet fl-1908 meta l-istess tliet inizzjali adottaw stil bħallikieku qegħdin fuq xulxin, bl-ittra M (ta' Madrid) tkun l-aktar waħda importanti u ċentrali, qalb ċirku tond.[1] Il-bidla segwenti fil-konfigurazzjoni tal-emblema damet ma saret sal-1920 wara l-kisba tal-presidenza ta' Pedro Parages. F'dak iż-żmien, ir-Re Alfonso XIII ta lill-klabb il-patroċinju rjali tiegħu li wasal fil-forma tat-titlu "Real", li tradotta tiġi "Rjali".[2] B'hekk, il-kuruna ta' Alfonso ġiet miżjuda mal-emblema u l-klabb biddel ismu għal Real Madrid Club de Fútbol.[1] Bix-xoljiment tal-monarkija fl-1931, is-simboli rjali kollha (il-kuruna fuq l-emblema u t-titlu Real) ġew imneħħija. Il-kuruna ġiet sostitwita minn faxxa skura kulur iċ-ċawsla tar-Reġjun ta' Kastilja. Fl-1941, sentejn wara t-tmiem tal-Gwerra Ċivili, ir-"Real Corona" tal-emblema, jew il-"Kuruna Rjali", reġgħet ġiet mpoġġija fuq l-emblema waqt li anke l-faxxa ta' Kastilja wkoll baqgħet. Aktar minn hekk, l-emblema ingħatat il-kulur, bil-kulur dehbi jkun l-iktar pominenti, u l-klabb reġgħet beda jissejaħ Real Madrid Club de Fútbol.[1] L-aktar modifika riċenti li saret, saret fl-2001 meta l-klabb ried li tkun aktar kontemporanja għas-seklu 21 u standarizza aktar din l-emblema. Waħda mill-modifikazzjonijiet li saret kienet li l-istrixxa dijagonali jitbiddlilha l-kulur għal wieħed aktar ikħal.[1]

Il-kuluri tradizzjonali ta' Real Madrid għal logħob ġewwa darhom huwa kollu abjad, minkejja li għall-bidu kienet ġiet adottata strixxa oblikwa bluna fuq il-flokk.[3] Il-flokk bl-istrixxa ġie sostitwit minn verżjoni kollha bajda, immudellata skont il-flokk milbus minn Corinthian FC, fl-1902.[4] Fl-istess sena, il-kalzetti bluni ġew sostitwiti minn oħrajn suwed. Lejn il-bidu tal-erbgħinijiet, il-kowċ biddel l-uniformi għal waħda bil-buttuni mal-flokk u l-emblema tal-klabb ġiet pożizzjonata fuq in-naħa xellugija (li baqgħet hekk sal-ġurnata tal-lum). Fit-23 ta' Novembru 1947, f'partita kontra Atlético Madrid fl-Istadju Metropolitano, it-tim ta' Real Madrid sar l-ewwel tim Spanjol li ħareġ bi flokkijiet numerati.

Il-kuluri tradizzjonali għal partiti barra minn darhom huma kollha suwed jew kollha vjola. L-uniformi attwali tal-klabb hi maħduma minn Adidas li l-kuntratt tagħhom mal-klabb jestendi sal-1998.[5][6] L-isponsor attwali tal-uniformi ta' Real Madrid huwa bwin.com, wara l-problemi ekonomiċi ta' BenQ Siemens.[7][8]

De las glorias deportivas, que campean por España
va el Madrid con su bandera, limpia y blanca que no empaña.
Club castizo y generoso, todo nervio y corazón,
veteranos y noveles, veteranos y noveles,
miran siempre sus laureles con respeto y emoción.

¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!
Noble y bélico adalid, caballero del honor.
¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!
A triunfar en buena lid, defendiendo tu color
¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!

Enemigo en la contienda, cuando pierde da la mano
sin envidias ni rencores, como bueno y fiel hermano.
Los domingos por la tarde, caminando a Chamartín,
las mocitas madrileñas, las mocitas madrileñas
van alegres y risueñas porque hoy juega su Madrid

¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!
Noble y bélico adalid, caballero del honor.
¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!
A triunfar en buena lid, defendiendo tu color
¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!

Benjamini u rivalità

immodifika

F'partiti li jintlagħbu ġewwa darhoma, il-biċċa l-kbira tal-postijiet fil-grawnd ikunu okkupati mill-abbonati, li jammontaw għal madwar 68,670.[9] Biex issir abbonat trid issir socio jew membru tal-klabb. Mhux kull membru jista' jiskeb abbonament. Barra l-membri, il-klabb għandu iktar minn 1,800 peñas (gruppi ta' benjamini uffiċjali affiljati mal-klabb) fi Spanja u madwar id-dinja. Real Madrid għandu l-ogħla medja ta' attendenza ta' kull żmien fil-futbol Spanjol u jattira regularment aktar minn 65,000 partitarju fis-Santiago Bernabéu.

Rivalità ma' Barcelona

immodifika
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: El Clásico.

Ir-rivalità ma' FC Barcelona hi waħda leġġendarja u tmur lura għat-tensjonijiet politiċi li kienu jinħassu bejn il-Kastiljani u l-Katalani.[10] Il-belt kapitali Madrid hi s-siġġu tal-gvern u tal-familja rjali. Speċjalment matul l-era ta' Francisco Franco, din bdiet tirrapreżenta l-forzi ċentrali ta' fehma konservattiva. Min-naħa l-oħra, kważi kull idea li biddlu l-istorja moderna ta' Spanja – ir-repubblikaniżmu, il-federaliżmu, l-anarkiżmu, is-sindikaliżmu u l-komuniżmu – ġiet introdotta fi Spanja mill-Katalunja, partikularment f'Barċellona. Il-moda, f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħwejjeġ, filosofija tal-arti, kienet tidħol l-ewwel minn Barċellona qabel ma kienet tiġi aċċettata mill-kumplament ta' Spanja.[11]

Matul is-snin ħamsin, ir-rivalità ġiet aktar intensea meta l-klabbs waqgħu f'disputa fuq il-firma tal-plejer Alfredo di Stéfano, li finalment ingħaqad ma' Real Madrid u mas-snin kellu jkun figura importanti fis-suċċess miksub mill-klabb.[12] Is-snin sittin raw ir-rivalità tilħaq il-kamp Ewropew meta ltaqgħu darbtejn fit-Tazza taċ-Ċampjins, b'Real Madrid jirbħu fl-1960 u Barça fl-1961. Fis-sena 2000, ir-rivalità reġgħet tkebbset wara d-deċiżjoni kontroversajli ta' Luís Figo li jħalli lil Barça biex jingħaqad ma' Real Madrid.[13] Iż-żewġ timijiet reġgħu ltaqgħu fis-semifinali tal-UEFA Champions League 2002. Real Madrid, iċ-ċampjins eventwali tal-kompetizzjoni, rebħu l-konfront li kien imlaqqam mill-istampa Spanjola bħala l-Partita tas-Seklu. Bħala l-ikbar u l-aqwa żewġ klabbs fi Spanja, ir-rivalità tiġġedded kull sena meta ħafna drabi huma jkunu t-timijiet li jisfidaw lil xulxin għar-rebħ tal-kampjonat.

Rivalità ma' Atlético Madrid

immodifika
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: El Derbi madrileño.

Real Madrid għandu rivalità storika lokali ma' Atlético Madrid. Minkejja li Atlético kienu oriġinarjament fundati minn tliet studenti Baski fl-1903, magħhom issieħbu fl-1904 membri ta' Madrid FC. Aktar tensjonijiet inħolqu minħabba l-fatt li għall-bidu l-partitarji ta' Atlético kienu ġejjin mill-klassi tal-ħaddiema, waqt li dawk li jsostnu lil Real Madrid kienu jappartjenu għall-klassi medja. Illum il-ġurnata dawn id-diverġenzi ftit li xejn għadhom jeżistu.

Huma ltaqgħu għall-ewwel darba fil-21 ta' Frar 1929 fit-tielet ġurnata tal-ewwel edizzjoni tal-kampjonat fl-istadju Chamartín. Ir-rivalità kisbet l-ewwel attenzjonii internazzjonali fl-1959 matul it-Tazza taċ-Ċampjins meta ż-żewġ timijiet affrontaw lil xulxin fis-semifinali. Fl-ewwel leg fil-Bernabéu, Real rebħu 2–1, waqt li fit-tieni leg fil-Metropolitano, Atlético ħarġu 1–0 rebbieħa. Il-partita kellha terġa' tintlagħab, b'Real jirbħu 2–1. Madanakollu, Atlético għamlet xi vendetti meta iggwidati mill-eks-kowċ ta' Real José Villalonga, huma rebħu żewġ finali konsekuttivi tal-Copa del Generalísimo fl-1960 u fl-1961. [14]

Bejn l-1961 u l-1989, meta Real iddominaw il-La Liga, kienu Atlético bissu l-uniku sfida serja, hekk kif rebħu t-titli tal-La Liga fl-1966, fl-1970, fl-1973 u fl-1977. Fl-1965, Atlético sar l-ewwel tim li għeleb lil Real fil-Bernabéu fi tmien snin. Il-bilanċ tal-aħħar sfidi kontra Atlético hu aktar favorevoli għal Real. L-ogħla punt tad-dominju tal-merengues wasal fl-istaġun 2002–03 meta permezz ta' rebħa ta' 4–0 fuq Atlético ġewwa l-Vicente Calderón, il-klabb kiseb it-titlu tal-kampjonat.[15]

Rekords u statistika

immodifika
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Statistika ta' Real Madrid CF.
 
Raúl hu l-aqwa skorer ta' kull żmien ta' Real Madrid.

Il-plejer Manuel Sanchís Hontiyuelo iżomm ir-rekord tal-aktar preżenti mal-ewwel tim ta' Real Madrid, b'total ta' 712-il dehra bejn l-1983 u l-2001.[16] L-attakkant Raúl isegwi wara b'700 apparenza. Ir-rekord għal gowler hu f'idejn Iker Casillas, li jinsab fi kwota 400 apparenza. B'127 dehra internazzjonali (47 waqt li kien għadu mal-klabb), Luís Figo tal-Portugall iżomm ir-rekord tal-aktar plejer ta' Real li lagħab mat-tim nazzjonali.[17]

Raúl hu l-aqwa skorer ta' kull żmien għal Real, bi 316-il gowl f'700 partita (1994–preżent).[3] Erba' plejers irnexxielhom jaslu sat-tragward ta' 200 gowl għal Real: Alfredo di Stéfano (1953–64), Carlos Santillana (1971–88), Ferenc Puskás (1958–66) u Hugo Sánchez (1985–92).

Bord tad-diretturi

immodifika
Isem Rwol
Florentino Pérez President
Eduardo Fernández de Blas Viċi-President
Enrique Sánchez González Segretarju
Jorge Valdano Direttur Ġenerali u Għajnuna Presidenzjali
Manuel Redondo Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tal-President
Miguel Pardeza Direttur Sportiv
Perjodu Isem Preżenzi Gowls
  Miguel Muñoz 1948–1958 347 23
  José María Zárraga 1958–1961 306 96
  Francisco Gento 1961–1971 605 183
  Amancio 1971–1976 471 155
  Pirri 1976–1979 595 210
  Carlos Santillana 1979–1988 643 290
  Manuel Sanchís 1988–2001 710 49
  Fernando Hierro 2001–2003 598 126
  Raúl González 2003–preżent 687 311

Rekords tal-plejers

immodifika

L-aktar apparenzi

immodifika
# Isem Karriera Apparenzi Gowls
1   Manuel Sanchís 1983–2001 712 49
2   Raúl González 1994–preżent 696 316
3   Carlos Santillana 1971–1988 643 9
4   Francisco Gento 1953–1971 605 183
5   Fernando Hierro 1989–2003 598 126
6   José Camacho 1973–1989 577 11
7   Pirri 1964–1979 561 171
8   Míchel 1981–1996 560 130
9   Roberto Carlos 1996–2007 527
10   Guti 1996–preżent 508

L-aktar gowls

immodifika

Presidenti

immodifika
Sas-17 ta' Jannar 2009.[18]
Isem Minn Sa
  Julián Palacios 1900 6 ta' Marzu 1902
  Juan Padrós 6 ta' Marzu 1902 Jannar 1904
  Carlos Padrós Jannar 1904 1908
  Adolfo Meléndez 1908 Lulju 1916
  Pedro Parages Lulju 1916 16 ta' Mejju 1926
  Luis de Urquijo 16 ta' Mejju 1926 1930
  Luis Usera 1930 31 ta' Mejju 1935
  Rafael Sánchez Guerra 31 ta' Mejju 1935 4 ta' Awwissu 1936
  Adolfo Meléndez 4 ta' Awwissu 1936 1940
  Antonio Santos Peralba 1940 11 ta' Settembru 1943
  Santiago Bernabéu Yeste 11 ta' Settembru 1943 2 ta' Ġunju 1978
  Luis de Carlos Settembru 1978 24 ta' Mejju 1985
  Ramón Mendoza 24 ta' Mejju 1985 26 ta' Novembru 1995
  Lorenzo Sanz 26 ta' Novembru 1995 16 ta' Lulju 2000
  Florentino Pérez 16 ta' Lulju 2000 27 ta' Frar 2006
  Fernando Martín Álvarez 27 ta' Frar 2006 26 ta' April 2006
  Ramón Calderón 2 ta' Lulju 2006 16 ta' Jannar 2009
  Vicente Boluda 16 ta' Jannar 2009 5 ta' Lulju 2009
  Florentino Pérez 16 ta' Ġunju 2009

Matul l-istorja ta' Real Madrid kien hemm 41 kowċ minn mindu ġie maħtur l-ewwel kowċ professjonista, Arthur Johnson lura fl-1910. L-aktar kowċ li serva fuq bażi ta' żmien u partiti hu Miguel Muñoz (1960–1974) b'604 partiti. L-Arġentin Luis Carniglia hu l-aktar kowċ ta' suċċess fuq bażi ta' persentaġġ ta' rebħiet b'69.81%, waqt li Jacinto Quincoces hu l-inqas wieħed li kiseb suċċess mal-klabb b'37.21% tal-partiti jkunu biss rebħiet.

Huma biss il-kowċ li rebħu tal-anqas trofew li huma elenkati hawn taħt.[19][20]
Isem Perjodu Trofej Total
Domestiċi Internazzjonali
LC SC SS LC CL UC USC IC
  Arthur Johnson 1910–20
5
5
  Lippo Hertzka 1930–32
1
1
  Robert Firth 1932–34
1
1
  Francisco Bru 1934–41
1
1
  Jacinto Quincoces 1945–46, 1947–48
1
1
  Baltasar Albéniz 1946–47, 1950–51
1
1
  Enrique Fernández 1953–54
1
1
  José Villalonga 1954–57
2
2
4
  Luis Carniglia 1957–59, 1959
1
2
3
  Miguel Muñoz 1959, 1960–74
9
2
2
1
14
  Miljan Miljanić 1974–77
2
1
3
  Vujadin Boškov 1979–82
1
1
2
  Luis Molowny 1974, 1977–79, 1982, 1985–86
3
3
1
2
9
  Leo Beenhakker 1986–89, 1992
3
1
1
5
  John Toshack 1989–90, 1999
1
1
2
  Alfredo di Stéfano 1990–91
1
1
  Radomir Antić 1991–92
1
1
  Benito Floro Sanz 1992–94
1
1
2
  Jorge Valdano 1994–96
1
1
  Jupp Heynckes 1997–98
1
1
2
  Guus Hiddink 1998–99
1
1
  Vicente del Bosque 1999-2003
2
1
2
1
1
7
  Carlos Queiroz 2003–04
1
1
  Fabio Capello 1996-97, 2006–07
2
2
  Bernd Schuster 2007–08
1
1
2

Kompetizzjonijiet domestiċi

immodifika
1931–32, 1932–33, 1953–54, 1954–55, 1956–57, 1957–58, 1960–61, 1961–62, 1962–63, 1963–64, 1964–65, 1966–67, 1967–68, 1968–69, 1971–72, 1974–75, 1975–76, 1977–78, 1978–79, 1979–80, 1985–86, 1986–87, 1987–88, 1988–89, 1989–90, 1994–95, 1996–97, 2000–01, 2002–03, 2006–07, 2007–08
1904–05, 1905–06, 1906–07, 1907–08, 1916–17, 1933–34, 1935–36, 1945–46, 1946–47, 1961–62, 1969–70, 1973–74, 1974–75, 1979–80, 1981–82, 1988–89, 1992–93
1988, 1989, 1990, 1993, 1997, 2001, 2003, 2008
1984–85

Kompetizzjonijiet internazzjonali

immodifika
1955–56, 1956–57, 1957–58, 1958–59, 1959–60, 1965–66, 1997–98, 1999–2000, 2001–02
1960, 1998, 2002
1984–85, 1985–86
2002

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d "Escudo Real Madrid" (bl-Ispanjol). santiagobernabeu.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-05. Miġbur 2009-04-12.
  2. ^ "Presidents — Pedro Parages" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. Miġbur 2009-04-12.
  3. ^ "Camiseta Real Madrid" (bl-Ispanjol). santiagobernabeu.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-22. Miġbur 2008-11-29.
  4. ^ L-uniformi kompleta ta' Real Madrid għal partiti ġewwa darhom, fl-1905, kienet kollha bajda, u kien għalhekk li l-benjamini tagħhom bdew isejjħu 'l-plejers bħala Los Blancos
  5. ^ Velasco, Álvaro (2006-12-01). "Leaders in sporting goods" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. Miġbur 2008-07-12.
  6. ^ "Our Sponsors — Adidas" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. Miġbur 2008-07-18.
  7. ^ López Soto, Juan José (2008-06-11). "Real Madrid and Bwin sign sponsorship agreement" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. Miġbur 2008-07-18.
  8. ^ "Our Sponsors — bwin.com" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. Miġbur 2008-07-18.
  9. ^ "Real Madrid Club de Fútbol" (bl-Ispanjol). Liga de Fútbol Profesional. Miġbur 2009-04-11.
  10. ^ "The Politics Of Real Madrid Football Club" (bl-Ingliż). Madrid-tourist-guide.com. Miġbur 2009-04-11.
  11. ^ "Barcelona vs. Real Madrid: More than a game" (bl-Ingliż). Time.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-05-08. Miġbur 2009-04-11.
  12. ^ Jimmy Burns: Barca, a people's passion, Bloomsbury Publishing, London 1999, pġ 31-34
  13. ^ "Figo's the Real deal" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2000-07-24. Miġbur 2009-04-11.
  14. ^ Real rebħu l-El Derbi madrileño għal 75 darba.
  15. ^ "The derby turns 78" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2007-02-22. Miġbur 2009-04-11.
  16. ^ "Legends — Manolo Sanchís Hontiyuela" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. Miġbur 2009-05-10.
  17. ^ "FIFA Century Club" (PDF) (bl-Ingliż). FIFA. Miġbur 2009-05-10.
  18. ^ "Presidents" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. Miġbur 2009-04-12.
  19. ^ "Coaches" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. Miġbur 2009-05-08.
  20. ^ "Aquí están todos los entrenadores del Real Madrid" (bl-Ispanjol). Historialago.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2009-05-08.

Ħoloq esterni

immodifika