Midfilder
Fil-logħba tal-futbol, midfilder huwa plejer li l-pożizzjoni tiegħu (kulur blu fl-istampa) hi bejn l-attakkanti u d-difensuri. Il-funzjonijiet prinċipali ta' dawn it-tip ta' plejers huma li jneħħu l-possessjoni mill-avversarji, li jerġgħu jiksbu l-possessjoni tal-ballun, u li jqassmuh lill-attakkanti, u wkoll, biex jiskorjaw. Xi midfilders għandhom tendenza ta' logħob difensiv, waqt li oħrajn jaħdmu fuq front aktar offensiv. In-numru ta' midfilders li jiġi impjegat f'logħba jiddependi fuq il-formazzjoni li tiġi adottata mit-tim u l-irwol individwali ta' kull plejer.
Midfilder ċentrali
immodifikaIl-midfilders ċentrali għandhom numru ta' rwoli differenti fil-futbol, u probabbilment huma l-iktar importanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-bini tal-attakki. Il-pożizzjoni tagħhom tippermettilhom li jkollhom dehra sħiħa tal-partita, u minħabba li l-maġġoranza tal-logħob isir madwar din iż-żona ta' nofs il-grawnd, il-midfilders ħafna drabi għandu grad għoli ta' kontroll fuq kif logħba tintlagħab. Din il-parti tal-grawnd tinstab ħafna drabi bħala l-"magna" tat-tim, minħabba li timijiet kbar ftit li xejn jagħmlu suċċess mingħajr midfilders ċentrali ta' kwalità.
Midfilder difensiv
immodifikaMidfilder difensiv huwa midfilder ċentrali li huwa stazzjonat quddiem id-difensuri għal raġunijiet difensuri, biex "iżomm lura" 'l-attakkanti milli jattakkaw. Din hi possibilment l-iktar rwol ġdid fit-tattiċi tal-futbol modern.
Ir-responsabilitajiet ta' midfilders difensivi ħafna drabi jinkludu:
- Jipprovdi tarka lid-difiża kontra l-attakkanti u d-difensuri tat-tim avversarju.
- Ikopri l-irwol ta' difensuri fuq il-faxex, midfilders jew anke difensuri ċentrali meta dawn javvanzaw għal xi attakk.
- Iżomm id-distribuzzjoni tal-ballun qrib id-difiża. Minħabba li passaġġi bejn id-difensuri tista' tkun riskjuża, il-preżenza ta' midfilder difensiv quddiem id-difensuri tipprovdi għażla iktar sigura.
- Jiddistribwixxu l-azzjoni fuq il-faxex jew fuq l-attakk.
- Jiddirezzjonaw l-azzjoni avversarja fuq il-faxex fejn tkun inqas effettiva. Ħafna drabi, il-midfilders difensivi jiġu mpjegati qrib il-faxex sabiex jannullaw l-attakki tal-midfilders offensivi fuq il-faxex tat-tim avversarju.
Midfilder offensiv
immodifikaMidfilder offensiv huwa kwalunkwe midfilder li huwa stazzjonat f'pożizzjoni aktar avvanzata f'nofs il-grawnd biex jassisti l-gowls. Il-pożizzjoni ta' midfilder offensiv hija waħda influwenti u tirrikjedi plejer li jħaddan abilitajiet tekniċi, fil-passaġġi, fl-ixuttjar, fil-ġiri u fid-dribbling.