Mesut Özil (Gelsenkirchen, 15 ta' Ottubru 1988) huwa plejer tal-futbol Ġermaniż li jilgħab ma' Fenerbahçe. Özil kien membru tat-tim nazzjonali żagħżugħ mill-2006, u membru tat-tim nazzjonali Ġermaniż mill-2009. Huwa kiseb attenzjoni internazzjonali matul it-Tazza tad-Dinja 2010 u kien nominat għall-Premju tal-Ballun tad-Deheb, li kien mogħti lill-aħjar plejer tal-kompetizzjoni. Fl-2006, Özil beda l-karriera professjonali tiegħu mal-klabb lokali Schalke fil-Bundesliga, fl-2008 hu ġie trasferit ma' Werder Bremen u f'Awwissu 2010 ma' Real Madrid wara l-prestazzjoni brillanti tiegħu fit-Tazza tad-Dinja mal-Ġermanja. Fl-2011, Özil ġie kklassifikat l-ewwel fl-assisti fil-kompetizzjonijiet maġġuri u domestiċi Ewropej b'25. Fl-2012, hu reġa' ġie kklassifikat l-ewwel fil-klassifika tal-assisti ta' La Liga bi 17.[4][5] Hu kien wieħed mill-aqwa assisti kemm fit-Tazza tad-Dinja 2010 u kemm fil-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012.

Mesut Özil
Informazzjoni personali
Isem sħiħMesut Özil[1]
Twelid15 ta' Ottubru 1988 (1988-10-15) (36 sena)
GelsenkirchenĠermanja
Tul1.80 m[2][3]
RwolMidfilder offensiv
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliFenerbahçe
Numru10
Mixtliet
1995–1998Westfalia 04 Gelsenkirchen
1998–1999Teutonia Schalke-Nord
1999–2000Falke Gelsenkirchen
2000–2005Rot-Weiss Essen
2005–2007Schalke 04
Karriera professjonali
SninKlabb
2006–2008Schalke 04
2008–2010Werder Bremen
2010–2013Real Madrid
2013–2021Arsenal
2021–Fenerbahçe
Tim nazzjonali
2006–2007Ġermanja U19
2007–2009Ġermanja U21
2009–2018Ġermanja

Karriera

immodifika

Gelsenkirchen u Rot-Weiss Essen

immodifika

Özil beda l-karriera tiegħu ma; diversi klabbs mill-belt ta' Gelsenkirchen u mbagħad lagħab ħames snin għal Rot-Weiss Essen.

Schalke 04

immodifika

Fl-2005, huwa mar fid-dipartiment taż-żgħażagħ ta' FC Schalke 04. Hu kien jilgħab bħala midfilder bin-numru 17 tal-flokk.

Werder Bremen

immodifika
 
Özil ma' Werder Bremen f'April 2010

Fil-31 ta' Jannar 2008, hu mar ma' Werder Bremen għal ħlas totali ta' €4.3 miljun, billi ffirma kuntratt mal-klabb Ġermaniż sat-30 ta' Ġunju 2011.[6] Huwa skorja l-gowl tar-rebħa fil-finali tad-DFB-Pokal 2009, kontra Bayer Leverkusen f'Berlin.[7] Huwa wkoll eċċella fl-Ewropa fejn huwa mexxa lil Werder Bremen fl-aħħar finali tat-Tazza UEFA, iżda sfortunament tilfu ma' Shakhtar Donetsk tal-Ukraina.[8] Għalkemm Bremen spiċċaw l-għaxar post diżappuntanti fil-Bundesliga 2008–09, Özil irnexxielhu jagħmel impatt sinifikanti fil-logħob billi skorja tlett gowls u għamel 15-il assisti rispettabbli.[8]

Fit-tieni staġun tiegħu, Bremen spiċċaw fit-tielet post rispettabbli, fejn Özil ikkontribwixxa 9 gowls u 17-il assisti f'31 apparenzi tal-kampjonat.

Real Madrid

immodifika

Staġun 2010–11

immodifika
 
Özil jilgħab għal Real Madrid fl-2010

Minħabba l-prestazzjonijiet tajbin tiegħu fit-Tazza tad-Dinja 2010, huwa assigura post fost il-plejers talentużi fl-Ewropa. Hu kien mitlub minn timijiet bħal Barcelona, Arsenal, u Manchester United u saħansitra r-rapporti sostnew li ssieħeb ma' Barcelona. Werder Bremen ċaħdu r-rapport u fis-17 ta' Awwissu 2010, it-tim ħabbar li kien laħaq ftehim ma' Real Madrid.[9] Il-ħlas għat-trasferiment kien madwar 15-il miljun ewro.[10] Malli iffirma, Özil qal, "Meta tiġi l-offerta biex tingħaqad ma' Real Madrid, m'hemm l-ebda deċiżjoni biex taċċetta. Ejja nkunu onesti – int ma tirrifjutawx dan il-klabb. Ma' kelli l-ebda għaġla biex inħalli lil Werder Bremen, iżda dan huwa l-klabb wieħed li għedt iva għalih. Huma għandhom istituzzjoni, klabb bi storja fantastika, stejdjum u skwadra mimlija bi plejers ta' klassi."[11]

Huwa għamel id-debutt tiegħu fit-22 ta' Awwissu f'logħba ta' ħbiberija kontra Hércules, fejn Real Madrid rebħu 3–1.[12]

In-numri tal-flokk ta' Özil kienu mibdula spiss qabel l-istaġun beda. Huwa ngħata n-numru 26 fil-pre-staġun u 19 għad-debutt tiegħu. Iżda wara t-trasferiment ta' Rafael van der Vaart ma' Tottenham Hotspur, hu kien mogħti n-numru 23.

Özil kien imressaq ma' sieħbu tat-tim Kaká, iżda minħabba l-operazzjoni tiegħu, Özil irnexxielhu jibda l-irwol. Huwa mbagħad għamel id-debutt tiegħu f'La Liga għal Real Madrid bħala sostitut flok Ángel di María fit-62 minuta kontra Mallorca, fid-dro ta' 0–0.[13]

 
Özil fl-azzjoni kontra Daniele Bonera ta' Milan matul il-UEFA Champions League 2010–11.

Fil-15 ta' Settembru, Özil għamel id-debutt tal-istaġun tiegħu fil-UEFA Champions League. Huwa għamel l-ewwel assist tiegħu ma Real Madrid fl-74 minuta kontra Ajax wara li krossja għall-gowl ta' Gonzalo Higuaín.[14] L-ewwel gowl ta' Özil fiċ-Champions League ma' Real wasal fl-14-il minuta kontra Milan fid-19 ta' Ottubru 2010.[15]

Huwa spiċċa l-istaġun b'25 assisti, l-ogħla għal kwalunkwe plejer fi kwalunkwe kompetizzjoni Ewropea maġġura f'dak l-istaġun. Il-prestazzjonijiet ta' Ozil għal Real Madrid matul l-ewwel staġun tiegħu kienu mfaħħra mill-midja, partitarji u plejers.[16][17]

Staġun 2011–12

immodifika

Özil beda jilbes in-numru 10 tal-flokk għal Real Madrid fl-istaġun 2011–12, l-intenzjoni tal-kowċ José Mourinho kienet li juża lil Ġermaniż internazzjonali bħala l-midfilder prinċipali tiegħu.[18] Fl-14 ta' Awwissu 2011, Özil skorja l-ewwel gowl tiegħu fl-istaġun kontra Barcelona f'El Clásico fl-ewwel leg tas-Supercopa de España 2011.[19] Fis-17 ta' Awwissu 2011, Özil kien imkeċċi fl-aħħar minuta tat-tieni leg tas-Supercopa 2011 wara argument mal-attakkant ta' Barça David Villa.[20] Özil esprima x-xewqa tiegħu biex jispiċċa l-karriera tal-futbol tiegħu fil-klabb fl-intervista mar-rivista Ġermaniża kicker, billi qal, "Nixtieq li nispiċċa l-karriera tiegħi ma' Real Madrid. Naf li se tkun diffiċli minħabba li jien għandi ħafna snin quddiemi u ħafna plejers iżgħar u tajba se jkunu wkoll hemmhekk, imma nixtieq li nkun parti minn dak il-futur. Naf dak li jien kapaċi għalih u jien konvint li se nibqgħa ma' Real Madrid għall-bosta snin."[21]

Özil kien fil-lista qasira tal-premju tal-FIFA Ballon d'Or.

 
Iż-żarbun ta' Özil fil-mużew ta' Santiago Bernabeu.

Hu spiċċa fil-quċċatta tal-klassifika tal-assisti, bi 17.[22] Fit-2 ta' Mejju 2012, hu għen lil Real Madrid jiksbu t-32 titlu ta' La Liga fejn hu assista l-ewwel gowl ta' Real Madrid u skorja t-tieni gowl kontra Bilbao, imbagħad Real Madrid tilfu 3–0. Ħdax-il jum wara, Özil skorja żewġ gowls fil-logħba finali tal-istaġun regolari kontra RCD Mallorca, għal darb'oħra kkonsolida l-prestazzjoni eċċellenti tiegħu mal-klabb. Din ir-rebħa għamlet lil Real l-ewwel klabb Spanjol li ġabar 100 punt fi staġun wieħed.[23] Minħabba l-forma fina tiegħu ma' Real Madrid u mat-tim nazzjonali Ġermaniż, Özil ġie nominat għall-Premju tal-Aqwa Plejer fl-Ewropa tal-UEFA, fejn huwa spiċċa l-10 post u kien l-iżgħar fost l-aqwa 10.[24]

Staġun 2012–13

immodifika

Bil-wasla ta' Luka Modrić qabel il-bidu tal-istaġun, xi wħud mil-midja allegaw li Özil ma' kienx kuntent ma' Real Madrid, iżda aktar tard huwa ċaħad u sostna li kien kuntent fil-klabb u ħerqan li jikkompeti għall-postu.[25] Wara l-bidu tal-istaġun, hu żied it-titlu tas-Supercopa de España mal-unuri tiegħu. F'logħba tal-kampjonat, huwa pprovda assist importanti lil Cristiano Ronaldo li ġab l-iskor fid-dro ta' 2–2 kontra Barcelona ġewwa Camp Nou.[26] Fis-6 ta' Novembru, Özil skorja free-kick kruċjali fid-89 minuta biex isalva d-dro għal Real Madrid u żgura punt kontra Borussia Dortmund.[27] Hu kompla l-forma tajba tiegħu fil-kampjonat billi skorja doppjeta oħra kontra Real Valladolid fejn Real Madrid rebħu 3–2.[28] Hu mbagħad mar biex jintemm l-istaġun b'29 assisti, għalkemm Real Madrid ma rebħu l-ebda medalji, il-prestazzjoni ta' Özil kienet imfaħra. Fl-aħħar tal-istaġun Özil kellhu aktar assisti minn kwalunkwe plejer ieħor fil-kampjonat, b'26 assisti.

Trasferiment

immodifika

Fit-2 ta' Settembru 2013, Özil qabel li jingħaqad mal-klabb Ingliż Arsenal.[29] Kemm it-tariffa u t-tul tal-kuntratt ma' kienux żvelata, iżda dawn huma maħsuba madwar £42.5 miljun għal ftehim ta' ħames snin.[30] Dan it-trasferiment għamel lil Özil l-aktar plejer tal-futbol Ġermaniż għoli ta' kull żmien.[31] Özil ġie assenjat in-numru 11 tal-flokk.[32]

Fuq dan it-trasferiment, Özil qal: “Jien kont ċert li se nibqgħa ma' Real Madrid imma wara ndunajt li l-kowċ u kapijiet tal-klabb ma' kellhomx fidi fija. Jien plejer li neħtieġ din il-fidi u għalhekk mort ma' Arsenal."[33] Diversi plejers ta' Real Madrid ma' kienux kuntenti minħabba t-tluq ta' Özil, speċjalment Ronaldo li qal: "Hu kien l-aħjar plejer li kien jaf il-passi tiegħi quddiem il-lasta...jien irrabjat minħabba t-tluq ta' Özil."[34]

Staġun 2013–14

immodifika

Fl-14 ta' Settembru 2013, Özil għamel id-debutt tiegħu għal Arsenal f'logħba tal-kampjonat kontra Sunderland.[35] L-ewwel assist tiegħu fil-Premier League waslet meta assista l-gowl ta' Olivier Giroud fil-11-il minuta tal-logħba. Tlett ijiem wara, hu għamel id-debutt fiċ-Champions League għal Arsenal kontra Marseille.[36] Özil għamel id-debutt fl-Emirates Stadium kontra Stoke City f'rebħa ta' 3–1. Hu skorja l-ewwel gowl tiegħu għal Arsenal f'rebħa ta' 2–0 kontra Napoli fiċ-Champions League.[37]

Karriera internazzjonali

immodifika

Fl-intervista mar-rivista FourFourTwo, Özil tkellem dwar l-għażla tiegħu li jilagħab għat-tim nazzjonali Ġermaniż: "Jiena t-tielet ġenerazzjoni fil-Ġermanja: missieri kiber hawn. It-Turkija dejjem se tkun pajjiż speċjali għalija imma jien m'għandix dubju fid-deċiżjoni tiegħi li nilagħab għall-Ġermanja. Jien bdejt nilagħab fit-timijiet taż-żgħażagħ tal-Ġermanja."[38]

F'Settembru 2006, Özil kien imsejjaħ għat-tim nazzjonali Ġermaniż ta' taħt is-17-il sena. Özil kien membru wkoll tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena sa mill-2007. Fid-29 ta' Ġunju 2009, Özil ġie magħżul ir-raġel tal-partita f'rebħa ta' 4–0 kontra l-Ingilterra matul il-finali tal-Kampjonati Ewropej ta' Taħt il-21 sena.

Huwa għamel id-debutt tiegħu għat-tim nazzjonali tal-kbar matul logħba ta' ħbiberija kontra n-Norveġja fil-11 ta' Frar 2009. Hu skorja l-ewwel gowl tiegħu għat-tim tal-kbar fit-tielet dehra tiegħu, f'logħba ta' ħbiberija oħra kontra l-Afrika t'Isfel fil-5 ta' Settembru ġewwa l-BayArena, f'Leverkusen.

 
Mesut Özil jilgħab għall-Ġermanja fl-2009

Fil-livell individwali, Özil ġie premjat għall-logħob pendenti tiegħu fil-Bundesliga fl-ewwel leg tal-istaġun 2009.[39]

Tazza tad-Dinja 2010

immodifika

Özil kien magħżul għall-iskwadra Ġermaniża għat-Tazza tad-Dinja 2010 fl-Afrika t'Isfel, hu beda mal-ewwel ħdax fil-logħbiet kollha tat-tim. Özil provda assist għal gowl ta' Cacau f'rebħa ta' 4–0 kontra l-Awstralja fl-ewwel logħba tal-grupp. Hu skorja b'siequ x-xellugija mit-tarf tal-kaxxa kontra l-Gana fil-logħba finali tal-grupp, fl-istess ħin ħarġu rebbieħa ta' Grupp D, b'sitt punti miksuba[40]

Fis-27 ta' Ġunju 2010, Özil lagħab kontra l-Ingilterra f'logħba tal-aħħar 16, huwa ħadem l-aħħar gowl billi provda kross lil Thomas Müller fejn il-Ġermanja ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 4–1.[41] Matul il-logħba tal-kwarti tal-finali kontra l-Arġentina, hu assista t-tieni gowl għal Miroslav Klose biex b'hekk il-Ġermanja ssiġillaw rebħa oħra ta' 4–0. Il-FIFA ħabbret li kien fost l-għaxar plejers tat-turnament nominati għall-Ballun tad-Deheb.

Kampjonati Ewropej 2012

immodifika

Özil kien wieħed mill-forzi ewlenin tal-kwalifikazzjoni tal-Ġermanja għall-Kampjonati Ewropej 2012, billi skorja ħames darbiet matul il-kampanja hekk kif il-Ġermanja rebħet 10 minn 10 logħbiet tal-grupp.[42] Özil ikkonferma wkoll ir-reputazzjoni tiegħu bħala plejer li jippassja spiss, hekk kif hu provda seba assisti, aktar minn kull plejer internazzjonali Ewropej matul il-kwalifikazzjoni.[43][44] Meta ġie mistoqsi dwar l-opportunitajiet tat-tim tiegħu għal dan it-turnew, Özil qal, "Aħna għandna l-potenzjal li negħlbu l-kullħadd u għandna dak li hemm bżonn biex nirbħu t-titolu."[45]

Fid-29 ta' Frar 2012, Özil kien ġie rikonoxxut bħala l-aqwa Ġermaniż internazzjonali tas-sena għal 2011 matul il-ftuħ ta' logħba ta' ħbiberija kontra Franza ġewwa Bremen.[46][47] Il-Ġermanja ta' Özil kienet abbozzata mal-Olanda, mad-Danimarka u mal-Portugall fi Grupp B tal-Kampjonati Ewropej 2012, b'mod wiesa kien magħruf il-"Grupp tal-Mewt".[48] Minħabba l-prestazzjoni tajba tiegħu f'dan it-turnew, hu kiseb żewġ Premji tal-Carlsberg Man of the Match.

Statistika

immodifika

Aġġornata fid-19 ta' Settembru 2013

Klabb Staġun Kampjonat Tazzaa Tazza tal-kampjonatb Ewropa Oħrajnc Total
Diviżjoni Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Schalke 04 2006–07[49] Fußball-Bundesliga 19 0 1 0 2 0 1d 0 23 0
2007–08[50] Fußball-Bundesliga 11 0 1 1 0 0 4e 0 16 0
Total 30 0 2 1 2 0 5 0 39 1
Werder Bremen 2007–08[50] Fußball-Bundesliga 12 1 0 0 0 0 2d 0 14 1
2008–09[51] Fußball-Bundesliga 28 3 5 2 14ed 0 47 5
2009–10[52] Fußball-Bundesliga 31 9 5 0 8f 0 44 11
2010–11[53] Fußball-Bundesliga 0 0 1 0 0 0 1 0
Total 71 13 11 2 0 0 24 2 106 17
Real Madrid 2010–11[53] La Liga 36 6 6 3 11e 1 53 10
2011–12[54] La Liga 35 4 5 0 10e 2 2 1 52 7
2012–13[55] La Liga 32 9 8 0 10e 1 2 0 52 10
2013–14[56] La Liga 2 0 0 0 0 0 0 0 2 0
Total 105 19 19 3 31 4 4 1 159 27
Arsenal 2013–14[56] Premier League 1 0 0 0 0 0 1e 0 2 0
Total 1 0 0 0 0 0 1 0 2 0
Total tal-karriera 207 32 32 6 2 0 61 6 4 1 306 45

aInklużi l-logħbiet tad-DFB-Pokal, tal-Copa del Rey, u tal-FA Cup.
bInklużi l-logħbiet tad-DFB-Ligapokal u tal-League Cup.
cInklużi l-logħbiet tas-Supercopa de España.
dApparenzi fit-Tazza UEFA
eApparenzi fil-UEFA Champions League
fApparenzi fil-UEFA Europa League

Gowls internazzjonali

immodifika
# Data Post Avversarju Punteġġ Riżultat Kompetizzjoni
1 5 ta' Settembru 2009 BayArena, Leverkusen, Ġermanja   Afrika t'Isfel 2–0 2–0 Logħba ta' ħbiberija
2 23 ta' Ġunju 2010 Soccer City, Johannesburg, Afrika t'Isfel   Gana 0–1 0–1 Tazza tad-Dinja 2010
3 8 ta' Ottubru 2010 Olympic Stadium, Berlin, Ġermanja   Turkija 2–0 3–0 Kwal Kampjonati Ewropej 2012
4 7 ta' Ġunju 2011 Tofiq Bahramov Stadium, Baku, Ażerbajġan   Ażerbajġan 0–1 1–3 Kwal Kampjonati Ewropej 2012
5 2 ta' Settembru 2011 Veltins-Arena, Gelsenkirchen, Ġermanja   Awstrija 2–0 6–2 Kwal Kampjonati Ewropej 2012
6 2 ta' Settembru 2011 Veltins-Arena, Gelsenkirchen, Ġermanja   Awstrija 4–1 6–2 Kwal Kampjonati Ewropej 2012
7 11 ta' Ottubru 2011 Esprit Arena, Düsseldorf, Ġermanja   Belġju 1–0 3–1 Kwal Kampjonati Ewropej 2012
8 15 ta' Novembru 2011 Volksparkstadion, Amburgu, Ġermanja   Netherlands 3–0 3–0 Logħba ta' ħbiberija
9 28 ta' Ġunju 2012 National Stadium, Varsavja, Polonja   Italja 1–2 (pen.) 1–2 Kampjonati Ewropej 2012
10. 7 ta' Settembru 2012 AWD-Arena, Hanover, Ġermanja   Gżejjer Faroe 2–0 3–0 Kwal Tazza tad-Dinja 2014
11. 7 ta' Settembru 2012 AWD-Arena, Hanover, Ġermanja   Gżejjer Faroe 3–0 3–0 Kwal Tazza tad-Dinja 2014
12. 11 ta' Settembru 2012 Ernst-Happel-Stadion, Vjenna, Awstrija   Awstrija 2–0 (pen.) 2–1 Kwal Tazza tad-Dinja 2014
13. 12 ta' Ottubru 2012 Aviva Stadium, Dublin, Irlanda   Irlanda 3–0 (pen.) 6–1 Kwal Tazza tad-Dinja 2014
14. 16 ta' Ottubru 2012 Olympic Stadium, Berlin, Ġermanja   Żvezja 4–0 4–4 Kwal Tazza tad-Dinja 2014
15. 10 ta' Settembru 2013 Tórsvøllur, Tórshavn, Gżejjer Faroe   Gżejjer Faroe 2–0 (pen.) 3–0 Kwal Tazza tad-Dinja 2014
Statistika korretta sal-10 ta' Settembru 2013
Schalke 04
Werder Bremen
Real Madrid
Ġermanja U21

Individwali

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ "FIFA World Cup South Africa 2010 – List of Players" (PDF) (bl-Ingliż). Fédération Internationale de Football Association (FIFA). p. 11. Miġbur 2013-09-02. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  2. ^ "Real Madrid CF – Official Web Site – Mesut Özil" (bl-Ingliż). Realmadrid.com. Miġbur 2012-07-11.
  3. ^ "DFB – Deutscher Fußball-Bund e.V. – Team – Mesut Özil Profile" (bl-Ingliż). Dfb.de. Miġbur 2012-07-11.
  4. ^ "Spanish La Liga" (bl-Ingliż). ESPN Soccernat. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-18. Miġbur 2012-05-13.
  5. ^ "The top 10 assists leaders in Europe for 2010⁄11". imscouting.com (bl-Ingliż). 2011-05-30. Miġbur 2012-05-13.
  6. ^ "23 Mesut Özil". transfermarkt.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2010-10-04.
  7. ^ "Mesut Oezil: A gift for German Football". 4to40.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-07. Miġbur 2010-11-09.
  8. ^ a b Shapland, Dave (2009-11-28). "Bundesliga player profile – Mesut Ozil, Werder Bremen". adifferentleague.co.uk (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-11-19. Miġbur 2010-11-09.
  9. ^ "Mesut Özil to Play for Real Madrid" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. Miġbur 2010-08-17.
  10. ^ "Real Madrid confirm signing of Germany star Mesut Ozil" (bl-Ingliż). BBC sport. 2010-08-17. Miġbur 2010-08-17.
  11. ^ "Mesut Ozil Interview: Real Madrid's new star". soccernet.com (bl-Ingliż). 2010-09-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-09-18. Miġbur 2012-04-22.
  12. ^ Madden, Paul (2010-08-22). "Hercules 1–3 Real Madrid: Benzema Brace Seals Friendly Triumph" (bl-Ingliż). Goal.com. Miġbur 2010-08-23.
  13. ^ "Report: The Whites make their debut in the 2010/11 edition of La Liga" (bl-Ingliż). Real Madrid. 2010-08-29. Miġbur 2010-09-16.
  14. ^ "Report: The Whites earn a victory in their Champions League debut" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2010-09-15. Miġbur 2010-09-16.
  15. ^ Lutz, Tom (2010-10-19). "Real Madrid v Milan – as it happened" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2010-10-20.
  16. ^ "Praise for Mesut Ozil" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2010-09-13. Miġbur 2010-10-04.
  17. ^ "Ozil's magic amazes the entire planet" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2011-03-07. Miġbur 2011-03-07.
  18. ^ "Mesut Ozil To Wear No.10 Shirt For Real Madrid in 2011–12" (bl-Ingliż). Goal.com. 2011-07-23. Miġbur 2011-07-31.
  19. ^ "Real Madrid 2–2 Barcelona: All-square in thrilling Supercopa contest" (bl-Ingliż). Goal.com. 2011-08-14. Miġbur 2011-11-28.
  20. ^ "Barcelona 3–2 Real Madrid (Agg. 5–4): Lionel Messi brace wins Supercopa amid violent scenes at Camp Nou" (bl-Ingliż). Goal.com. 2011-09-17. Miġbur 2011-08-28.
  21. ^ "Ozil: "I'd like to end my career at Real Madrid"" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2012-02-02. Miġbur 2012-02-02.
  22. ^ "La Liga Scorerpoints". transfermarkt.co.uk (bl-Ingliż). 2012-05-23. Miġbur 2012-05-23.
  23. ^ "Ton-up Real set new landmark" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2012-05-13. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-13. Miġbur 2012-05-13.
  24. ^ "Iniesta, Messi, Ronaldo up for Best Player Award". UEFA (bl-Ingliż). 2012-08-14. Miġbur 2012-08-19.
  25. ^ "Mesut Ozil reiterates happiness" (bl-Ingliż). ESPN. 2012-10-11. Miġbur 2012-10-12.
  26. ^ "Ronaldo, Messi share spoils in draw" (bl-Ingliż). ESPN FC. 2012-10-07. Miġbur 2012-10-16.
  27. ^ Lowe, Sid (2012-11-06). "Mesut Ozil saves Real Madrid with late goal against Borussia Dortmund" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2012-11-09.
  28. ^ "Ozil to the rescue after Real hit by brace from former Man United flop Manucho" (bl-Ingliż). dailymail.co.uk. 2012-12-08. Miġbur 2012-12-14.
  29. ^ "German international Ozil joins Arsenal" (bl-Ingliż). Arsenal FC. 2013-09-02. Miġbur 2013-09-02.
  30. ^ Ornstein, David (2013-09-02). "Mesut Ozil: Arsenal sign Real Madrid midfielder for £42.4m" (bl-Ingliż). BBC. Miġbur 2013-09-04.
  31. ^ "Arsenal smash club record to sign Mesut Ozil" (bl-Ingliż). The Guardian. 2013-09-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-09-27. Miġbur 2013-09-04.
  32. ^ Whitwell, Laurie (2013-09-03). "Did Real Madrid 'bully' Ozil into joining Arsenal? Claims in Germany suggest £42.5m record signing was forced into move" (bl-Ingliż). DailyMail. Miġbur 2013-09-03.
  33. ^ Olley, James (2013-09-03). "'With Arsene Wenger's belief I can get even better' - Mesut Ozil" (bl-Ingliż). Londra: Evening Standard. Miġbur 2013-09-03.
  34. ^ Whitwell, Laurie (2013-09-04). "Cristiano Ronaldo angry at Mesut Ozil transfer from Real Madrid to Arsenal" (bl-Ingliż). Dailymail.co.uk. Miġbur 2013-09-04.
  35. ^ "Sunderland 1-3 Arsenal" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2013-09-14. Miġbur 2013-09-14.
  36. ^ Magowan, Alistair (2013-09-18). "Marseille 1-2 Arsenal" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2013-09-27.
  37. ^ "Arsenal 2-0 Napoli - Match Report" (bl-Ingliż). arsenal.com. 2013-10-01. Miġbur 2013-10-02.
  38. ^ "Ozil – Q&A – Interviews" (bl-Ingliż). FourFourTwo. 2010-06-11. Miġbur 2012-04-22.
  39. ^ "Mesut Özil" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. Miġbur 2012-04-27.
  40. ^ Stevenson, Jonathan (2010-06-23). "Ghana 0–1 Germany" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2010-06-30.
  41. ^ McNulty, Phil (2010-06-27). "Germany 4–1 England" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2010-06-27.
  42. ^ "Germany stroll past Austria to reach EURO 2012" (bl-Ingliż). UEFA. 2011-09-02. Miġbur 2011-09-04.
  43. ^ "Die Top-Elf der EM-Qualifikation". Sportal.de (bil-Ġermaniż). 2011-10-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-14. Miġbur 2011-10-19.
  44. ^ "Statistics". UEFA. Miġbur 2012-05-13.
  45. ^ "Ozil to receive German POTY award". soccernet.com. 2012-02-28. Miġbur 2012-04-22.
  46. ^ "Fan Club wählt Mesut Özil zum "Nationalspieler des Jahres"" (bil-Ġermaniż). DFB. 2012-01-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-09-08. Miġbur 2013-09-20.
  47. ^ "Ozil to receive German POTY award". espnsoccernet.com (bl-Ingliż). Miġbur 2012-03-06.
  48. ^ "Netherlands, Germany drawn in Euro "Group of Death"" (bl-Ingliż). foxnews.com. 2011-12-02. Miġbur 2012-04-22.
  49. ^ "Mesut Özil - Performance data". Transfermarkt. Miġbur 2013-09-17.
  50. ^ a b "Mesut Özil - Performance data". Transfermarkt. Miġbur 2013-09-17.
  51. ^ "Mesut Özil - Performance data". Transfermarkt. Miġbur 2013-09-17.
  52. ^ "Mesut Özil - Performance data". Transfermarkt. Miġbur 2013-09-17.
  53. ^ a b "Mesut Özil - Performance data". Transfermarkt. Miġbur 2013-09-17.
  54. ^ "Mesut Özil - Performance data". Transfermarkt. Miġbur 2013-09-17.
  55. ^ "Mesut Özil - Performance data". Transfermarkt. Miġbur 2013-09-17.
  56. ^ a b "Mesut Özil - Performance data". Transfermarkt. Miġbur 2013-09-17.

Ħoloq esterni

immodifika